It-tibdil fil-klima: it-turiżmu mhux ser jeħlisha

Żmien il-biljetti tal-ajru bid-€10 spiċċa, qalilna Michael O’Leary, tar-Ryanair. Dan wara li sirna nafu matul dawn l-aħħar ġimgħat li fl-Unjoni Ewropeja, biex tkun implimentata l-inizjattiva l-ħadra (Green Deal), anke l-avjazzjoni teħtieġ li tagħti s-sehem tagħha billi tibda tinternalizza l-impatti ambjentali. Dan ifisser li l-ispiża riżultat tal-impatti ambjentali tal-avjazzjoni għandha tibda tkun inkluża fil-prezz tal-vjaġġ. Dan hu applikazzjoni diretta u prattika tal-prinċipju ambjentali li min iħammeg jeħtieġ li jħallas (polluter pays principle).

L-avjazzjoni ilha teħlisha billi kienet eżentata għal żmien twil milli terfa’ l-piż tal-impatti tal-emissjonijiet li tiġġenera. Issa dan ma jistax jibqa’ hekk. Din l-industrija ukoll trid tibda tagħti kont ta’ egħmilha. Bħas-setturi ekonomiċi l-oħra trid terfa’ l-piz tal-impatti ambjentali tagħha.  

Li min iħammeġ iħallas hu prinċipju ambjentali bażiku li jifforma parti integrali mill-liġi Ewropeja. Riżultat ta’ hekk dan iservi ta’ gwida għall-formolazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropeja.  Sa mill-2004 dan il-prinċipju hu ukoll parti integrali mil-leġislazzjoni ambjentali Maltija. Anke fil-kaz tagħna dan il-prinċipju għandu jagħti direzzjoni ċara fil-formolazzjoni tal-politika Maltija.

Sfortunatament, minkejja li l-Parliament f’Malta approva mozzjoni li biha għaraf l-emerġenza klimatika, din id-dikjarazzjoni baqgħet fuq il-karta.  Ftit li xejn sar biex id-deċiżjonijiet meħtieġa riżultat tal-għarfien ta’ l-eżistenza ta’ din l-emerġenza jittieħdu. Hu diżappuntanti li wieħed minn dawk responsabbli biex mexxa l-quddiem din il-mozzjoni issa qed jgħid li l-azzjoni biex ikunu indirizzati l-impatti klimatiċi tal-avjazzjoni huma kontra l-interess nazzjonali. M’għandux idea x’inhu jgħid.

Ejja nkunu ċari:  bħala arċipelagu f’nofs il- Mediterran, il-gżejjer Maltin inevitabilment ikunu effettwati mill-istadji li jmiss tal-impatti tat-tibdil tal-klima, ċjoe l-għoli fil-livell tal-baħar.  Iz-zoni mal-kosta ilaqqtuha waħda sewwa, possibilment jispiċċaw taħt l-ilma, kollha jew kważi, skond kemm jogħla l-livell tal-baħar.  Dan japplika ukoll għall-infrastruttura kostali li tinkludi l-parti l-kbira tal-faċilitajiet turistiċi.

Hu fl-interess nazzjonali ta’ Malta li l-miri klimatiċi tal-2015 ta’ Pariġi jkun osservati u li jiġu  implimentati l-iktar kmieni possibli. Ma jagħmilx sens li nfittxu li nkunu eżentati. Bla dubju jkun hemm impatti konsiderevoli. Imma l-impatti  jekk naġixxu  biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima huma ferm inqas mill-impatti li jkollna nħabbtu wiċċna magħhom jekk nibqgħu nippruvaw nevitaw ir-responsabbiltajiet  tagħna.

Tul is-snin, bla dubju, it-teknologija tkompli titjieb, u probabbilment li din tgħin biex jonqos il-piz tal-impatti.  It-tieni rapport ambjentali dwar l-avjazzjoni Ewropeja ippubblikat fl-2019 jiġbed l-attenzjoni li fiz-zona Ewropeja l-konsum medju tal-fuel fuq it-titjiriet kummerċjali naqas b’ 24 fil-mija bejn l-2005 u l-2017. Imma fl-istess żmien kien hemm żieda ta’ 60 fil-mija fil-kilometraġġ tat-titjiriet kummerċjali!

Din l-istatistika tiġbor fiha l-problema kollha: it-teknoloġija qed tnaqqas l-emissjonijiet għal kull kilometru tat-titjiriet, imma n-numru ta’ kilometri tal-vjaġġi qed jiżdied bil-kbir għax ħafna iktar nies qed jivvjaġġaw bl-ajru.  

Bħalissa għaddej dibattitu dwar taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni. Din hi waħda mill-miżuri essenzjali u meħtieġa biex ikun possibli li sal-2030 u lil hinn il-gassijiet serra jonqsu b’55 fil-mija.  

Din l-inizjattiva għandha twassal biex il-prezz tal-biljett tal-ajru jkun jirrifletti l-ispiza reali, inkluż dik ambjentali ikkawżata mill-emissjonijiet.  Dan jista’ jseħħ jew b’żieda ta’ taxxa mal-prezz tal-biljett tal-ajru inkella billi dak li jkun jagħmel użu minn mezzi alternattivi ta’ transport.

Jekk wieħed jagħmel użu ta’ mezzi alternattivi ta’ transport it-taxxa tkun evitata u dan bil-konsegwenza li jkunu evitati ukoll l-impatti ambjentali tal-ivvjaġġar bl-ajru. Fl-Ewropa kontinentali dan jista’ jseħħ bl-użu tal-ferrovija li bosta drabi  hi alternattiva kemm effiċjenti kif ukoll iktar nadifa. Imma fil-kaz ta’ Malta u gżejjer oħra dan l-użu tal-alternattivi potenzjali hu limitat ħafna.  Dan iwassal għal żieda inevitabbli fl-ispiża biex dak li jkun jivvjaġġa bl-ajru u riżultat ta’ hekk jonqos in-numru kemm ta’ Maltin li jivvjaġġaw kif ukoll ta’ barranin (turisti) li jiġu Malta.

Għalkemm eventwalment jista’ jkun hemm xi konċessjonijiet raġjonevoli għal dawk li jgħixu fil-periferiji/gżejjer, it-turiżmu ma jistax jibqa’ jevita li jerfa’ l-piz tal-impatti tiegħu: dan hu meħtieġ biex isseħħ ġustizzja, kemm soċjali kif ukoll ambjentali!  Hu fl-interess ta’ Malta li l-impatt ambjentali tat-turiżmu, b’mod partikolari dak tal-massa, jkun indirizzat u ikkontrollat qabel ma jkun tard wisq. L-industrija tal-avjazzjoni teħtieġ li tkun imċaqalqa bi strumenti ekonomiċi bħat-taxxa ambjentali biex tirristruttura ruħha. Ejja niftakru li bħall-gżejjer kollha, Malta, flimkien mal-komunitajiet kostali, tkun minn tal-ewwel li ssofri l-agħar konsegwenzi tat-tibdil tal-klima: l-għoli fil-livell tal-baħar. It-turiżmu ma jeħlisiex. Il-klima mhux ser tikkunsidra l-posizzjoni partikolari ta’ Malta jew l-impatt fuq l-ekonomija: in-natura ma tiddiskriminax, tibqa’ għaddejja minn fuqna bħalma għamlet bnadi l-oħra fejn kaxkret kull ma sabet fin-nofs!

It-turiżmu qiegħed f’salib it-toroq. Jeħtieġ li b’mod urġenti jaddatta ruħu u jaddatta għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Dan hu l-futur reali tat-turiżmu, mhux l-eżenzjoni mit-taxxi.

ippubblikat fuq Illum: 14 t’Awwissu 2022

Climate change: tourism will not be spared

The era of €10 air fares is over, warned Michael O’Leary, Ryanair boss. This follows the news in the past weeks that within the European Union, in order to implement the Green Deal, aviation must do its part by internalising its environmental costs. That is, environmental costs must be incorporated in the price of air fares. This is a direct and practical application of the polluter pays principle.

Aviation has been a free rider for quite some time, being exempted from shouldering the impacts of the emissions which it generates. The holiday is now over and as a direct result the tourism industry must take stock of the situation. Like all other economic sectors, it must factor in its costings the environmental impacts which it generates.

The polluter pays principle is a basic environmental principle which forms an integral part of the EU acquis: it guides EU policy. Since 2004 it also forms an integral part of Malta’s environmental legislation and consequently it should also guide the formulation of Maltese policy.

Unfortunately, notwithstanding the approval by Parliament of a motion declaring recognition of the climate emergency, this declaration is still a paper declaration. The necessary policies required to face this emergency have never been discussed, approved and acted upon. It is disappointing that a prime mover behind the climate emergency motion is now equating the required action to address aviation’s climate change impacts as being contrary to the national interest. He has no idea on the matter!

Let us be clear:  as an archipelago in the centre of the Mediterranean, the Maltese islands will be severely impacted by the next stages of climate change impacts, that is the rise in sea level. The coastal areas will be hard hit, possibly they will be wiped out or substantially reduced, depending on the extent of the sea level rise. This is also applicable for all the coastal infrastructure, which includes practically all tourism facilities.

It is in Malta’s national interest that the 2015 Paris climate goals are adhered to and implemented the soonest. Seeking exemptions is not on.  Obviously there will be considerable impacts. The impacts of acting to address climate change will however be substantially less if we act than if we continue avoiding our responsibilities. 

Over the years technology will undoubtedly improve, possibly reducing the burden. The second European Aviation Environment Report drawn up in 2019 by the European Union Aviation Safety Agency (EASA), the European Environment Agency (EEA) and Eurocontrol points out that within the European area, the average fuel consumption of commercial flights has decreased by 24 per cent over the period 2005-2017. However, over the same time frame there has been a 60 per cent increase in the kilometres flown by commercial flights!

This statistic frames the issue: technology is driving down the emissions per passenger kilometre, however the number of passenger kilometres has been on an exponential increase as more people are travelling by air.

Currently there is an ongoing debate regarding a tax on aviation fuel. This is one of the essential measures needed to enable the reduction of 55 per cent of greenhouse gas emissions by 2030 and beyond.

This initiative is aimed to ensure that the price of an air flight includes all costs, including the environmental costs caused by the resulting emissions. This can be carried out either by a tax on air travel or else through the use of alternative means of transport, as a result of which the tax can be avoided legally, with the resultant decrease of the environmental impacts. In mainland Europe the use of trains is many a time a good alternative for air travel not just due to its efficiency but also in generating less environmental impacts. In the case of Malta and other islands the potential use of alternatives is very limited. This leads to an inevitable increase in the cost of air travel and the consequential decrease in air travelling, both incoming and outgoing.

Although there may eventually be some reasonable concessions for those who live on isolated islands, tourism cannot keep avoiding its own environmental impacts: this is what social and environmental justice demands! It is in Malta’s interest that the environmental impacts of tourism, particularly mass tourism, is contained before it is too late. The aviation industry must be prodded through economic means, such as environmental taxation, to restructure itself. Let us all remember that like all islands, Malta, together with coastal communities, will be the first to suffer some of the worsts repercussions of climate change: the increase in sea level. Tourism will not be spared. The climate will not consider our special situation or our economic considerations – nature does not discriminate: it will roll over us as it did elsewhere!

Tourism is at a crossroad. It needs to urgently adapt to the impacts of climate change. This is tourism’s future, not tax exemptions.

published in The Malta Independent on Sunday : 14 August 2022

It-turiżmu wara l-pandemija

It-turiżmu kien wieħed mis-setturi li l-iktar intlaqat bħala riżultat tal-pandemija Covid-19. Tul is-snin in-numri tat-turisti li ġew iżuruna żdied kull meta tjiebet il-konnettività: min-naħa l-oħra hekk kif il-konnettività naqset u eventwalment waqfet kompletament, ġara bil-maqlub.

Iktar kmieni din il-ġimgħa bdew jaslu l-ewwel turisti fil-port u l-ajruport tagħna. Bil-mod qed terġa’ tiġi stabilita l-konnettività li twassal biex it-turiżmu jibda jirpilja bil-mod. Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia-Portelli f’dawn il-ġranet ħabbret il-mira tal-Gvern: 700,000 turist sal-aħħar tas-sena. Iktar kmieni t-tmexxija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kienet emfasizzat li jeħtieġ madwar sentejn biex il-wasla tal-passiġġiera tirkupra u naslu fejn konna qabel ma faqqgħet il-pandemija.

Jista’ t-turiżmu qatt jilħaq il-livelli ta’ qabel il-pandemija?

Jeżistu stimi diversi dwar il-kontribut tat-turiżmu lejn l-ekonomija. Stima minnhom tipponta lejn kontribut dirett ta’ 5 fil-mija tal-ekonomija. Imma, bħala riżultat tal-impatt fuq setturi oħra dan is-sehem jitla għal madwar 12 fil-mija. Barijiet, restoranti, ħwienet li jbiegħu bl-imnut, attivitajiet pubbliċi, l-industrija tad-divertiment u t-trasport (in partikolari l-kiri tal-karozzi) huma dipendenti fuq it-turiżmu. Setturi partikolari bħat-tagħlim tal-Ingliż u ċ-ċentri tal-għaddasa huma meqjusa bħala parti integrali mill-ekonomija turistika.

Intqal ħafna dwar l-impatt tal-pandemija fuq il-lukandi. Imma anke dawk li jipprovdu sodod turistiċi barra mil-lukandi ġarrew fuq spallejhom impatt sostanzjali avolja ftit li xejn issemmew fid-dibattitu konness mal-impatti tal-pandemija. Dan huwa settur li jinvolvi negozjanti żgħar u dawk li nirreferu għalihom bħala micro-businesses li kull wieħed minnhom jimpjega inqas minn għaxar persuni.

UNCTAD, l-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, iktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret li l-iġġammjar tat-turiżmu minħabba l-pandemija ser jiswa’ lill-industrija globali tat-turiżmu madwar $1.2 triljun . Din l-istima tista’ tirdoppja skond kif tiżviluppa t-tieni mewġa tal-pandemija.

Il-Ġamajka tista’ titlef madwar 11 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, t-Tajlandja 9 fil-mija, l-Italja 5 fil-mija. Fl-Unjoni Ewropeja l-agħar impatti huma mal-kosta Mediterranja fejn l-ekonomija hi dipendenti ħafna fuq it-turiżmu. Minbarra Malta hemm l-Italja, l-Kroazja, is-Slovenja, Cipru u l-Greċja li kollha ntlaqtu sew. It-Turkija u t-Tunesija, parteċipanti Mediterranji fl-industrija turistika ukoll iġġammjaw, wara li gawdew minn żidiet sostanzjali fin-numri ta’ turisti tul is-snin.

Jagħmel sens li l-Gvern, f’dan il-waqt, permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qiegħed jiffoka fuq li jġib lill-industrija tat-turiżmu lura fuq saqajha. Dan imma, mhux biżżejjed. Jeħtieġ li nibdew naħsbu dwar il-futur tal-industrija u dan billi neżaminaw fid-dettall dak li l-industrja teħtieġ li tiffaċċja fit-tul.

Fi tmiem is-sena li għaddiet, l-2019, ilħaqna in-numru ta’ 2.8 miljun turista iżuruna. Il-punt hu jekk dawn in-numri humiex sostenibbli. Dan hu argument ta’ dejjem li ilu għaddej sa minnmeta n-numri kienu ferm iżgħar. Id-dibattitu kien, u għandu jibqa’ jkun dwar jekk għandniex niffukaw iktar fuq il-kwalità milli fuq il-kwantità.

Il-miġja fostna tal-linji tal-ajru low-cost bħala parti essenzjali mill-politika tat-turiżmu illum tpoġġi emfasi ikbar fuq in-numri. Din hi għażla politika li saret u li teħtieġ li tkun eżaminata u analizzata fil-fond. L-impatti ekonomiċi għandhom jitqiesu fl-istess ħin mal-impatti ambjentali. Irridu niftakru kontinwament li t-turiżmu jiġġenera bosta impatti ambjentali.

Wasal iż-żmien li nirrealizzaw li d-dibattitu meħtieġ dwar il-futur tat-turiżmu jeħtieġ li jsir fl-isfond tal-Patt l-Aħdar: The Green Deal.

L-emissjonijiet tal-ajruplani ser ikollhom ikunu indirizzati fil-futur qarib. Hu inevitabbli li jiddaħħlu taxxi dwar dawn l-emissjonijiet (carbon taxes) fi żmien mhux il-bogħod. Jekk mhux ser jittieħdu passi immedjati dwar dawn l-emissjonijiet ser ikun ħafna iktar diffiċli, biex ma ngħidx impossibli, biex ikunu ndirizzati l-konklużjonijiet tas-Summit Klimatiku ta’ Pariġi tal-2015. Summit li Malta ħarġet tiftaħar li kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi li rratifikatu. F’dak il-mument (jekk nibqgħu ma nieħdux passi) mhux biss it-turiżmu jaqla’ daqqa kbira oħra imma tkun il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll li tieħu daqqa l-isfel.

Il-gżejjer Maltin, bħall-parti l-kbira tal-gżejjer imxerrda mal-ibħra, ikunu minn tal-ewwel biex jaqilgħu ġo fihom l-impatti tat-tibdil fil-klima. Il-kosta tkun effettwat bl-għoli tal-livell tal-baħar. Tajjeb li niftakru li l-infrastruttura tat-turiżmu qegħda kważi kollha mal-kosta! Iktar ma ninjoraw dan il-fatt bażiku ikbar tkun id-daqqa li naqilgħu.

S’issa naħseb li kulħadd irrealizza kemm l-industrija tat-turiżmu hi waħda fraġli. Kull xokk li l-industrija issofri jista’ jwassal għal tnaqqis kbir fl-impiegi f’din l-industrija. It-turiżmu għadu staġjonali wisq u dan minnu innifsu jwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ natura prekarja.

Jeħtieġ li nippjanaw iżjed billi nħarsu il-bogħod u fuq medda twila ta’ żmien: naħsbu u nippjanaw sewwa dwar l-impatti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta’ kull deċiżjoni. Dan wara kollox hu l-proċess li jwassal għal żvilupp sostenibbli. Hu l-unika mod kif nistgħu nassiguraw li l-impatti negattivi tal-industrija tat-turiżmu nistgħu nindirizzawhom illum qabel għada.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 5 ta’ Lulju 2020

Post-Covid Tourism

Tourism is understandably one of the hardest hit sectors as a result of the Covid-19 pandemic. Over the years, tourism numbers increased substantially as a result of an increased connectivity: the reverse happened the moment that connectivity was restricted or became practically inexistent.

Earlier this week saw the first arrivals at our air and seaports. Slowly, connectivity is being restored. It is expected that tourism will now start a slow recovery. Tourism Minister Julia Farrugia-Portelli is on record with a 700,000-tourist target for year end. Malta International Airport CEO had earlier opined that it will take at least two years to recover to pre-pandemic level airport movements.

Will tourism ever recover to the pre-pandemic levels?

There are various estimates of the contribution of tourism to the economy. One such estimate points at a direct contribution of around 5 percent of our economy. However, as a result of its impacts on other sectors the overall contribution rises to around 12 percent. Bars, restaurants, retail trade, events, entertainment and transport (in particular car hire), are heavily dependent on tourism. Specific sectors such as the English language school sector as well as diving are important sectors in the tourism economy.

Much has been stated on the impact of the pandemic on the hotel industry. The providers of non-hotel beds, however, have also been heavily impacted by the pandemic, but they have not featured much in the post-Covid-19 debate. This is a sector which involves a number of small-scale investors and micro-businesses each employing less than ten employees.

UNCTAD, the UN Trade and Development Agency, earlier this week stated that the four-month standstill of the tourism industry due to the pandemic Covid-19 could cost the industry around $1.2 trillion. This estimated cost could more than double, depending on the severity and spread of a second wave of the pandemic.

Jamaica could lose as much as 11 percent of its GDP, Thailand 9 percent, Italy 5 percent. In the EU, the worst impacts are along the Mediterranean coast where the economy is heavily dependent on tourism. In addition to Malta, Italy, Croatia, Slovenia, Cyprus and Greece are also heavily impacted. Turkey and Tunisia, Mediterranean players in the tourism industry have also been almost at a standstill, after experiencing a substantial expansion of their tourism industry throughout the years.

It is understandable that government through the Malta Tourism Authority is currently focused on getting tourism back on its feet. This is however not enough. We must start discussing a long-term view of the tourism industry.

At the end of 2019 the 2.8 million mark of tourists visiting the Maltese islands had been attained. The point at issue is whether this is sustainable in the long-term. This has been a perennial issue in tourism politics since the days when the numbers were much lower. The debate was and should be whether we should focus more on quality than on quantity.

The advent of low-cost carriers as an essential part of the tourism equation places more emphasis on numbers than on quality. It is a choice which may need to be analysed and revisited. Economic impacts have to be viewed concurrently with environmental impacts. We must remember that tourism has a considerable environmental impact. It is about time that the tourism debate is carried out within the parameters of the Green Deal.

Aeroplane emissions will at some point in time in the near future have to be addressed. Carbon taxes will sooner or later come into play. Unless they are addressed immediately it will be more difficult, if not practically impossible, to address the Paris Climate Change conclusions to which Malta has adhered. At that point it will not be just the tourism industry but our whole lifestyle which will be in for the chop.

The Maltese archipelago, like all islands, will bear the brunt of climate change impacts. The coastline will be severely hit by a sea level rise. It may be pertinent to remember that the coast houses practically all of the tourism infrastructure. The longer we ignore this basic fact, the more severe will the impacts be.

By now all of us are aware that Tourism is a very volatile industry: any shock will result in mass redundancies. Tourism is currently way too seasonal, and consequently it only serves to create precarious working conditions.

It is the time to plan ahead: thinking carefully of the social, environmental and economic impacts of all decisions. This is what sustainable development is, after all, about. It is the only way to ensure that the negative impacts of the tourism industry are addressed by us sooner rather than later.

 

published in The Malta Independent on Sunday : 5 July 2020

Politika dwar turiżmu sostenibbli

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għadha kif ħabbret li tul l-2019 2.75 miljun turist żaru Malta. Din qabża kbir fuq perjodu ta’ għaxar snin. Fl-2010 iċ-ċifra kienet ta’ 1.33 miljun turist. Ġejna infurmati wkoll li t-turisti li żaru Malta tul l-2019, kemm damu fostna, nefqu iktar minn 2.2 biljun euro, ċifra li taqbeż ir-rekord stabilit fl-2018.

Dawn numri impressjonanti, sakemm tistaqsi (u jkollok tweġiba għal) mistoqsija bażika. Dan kollu, sostenibbli?

Xi snin ilu l-Awtorità tat-Turiżmu kienet ikkonkludiet studju li minnu joħroġ li t-turist li jiġi jżura, ras għal ras, jikkonsma 50% mir-riżorsi iktar minna li noqgħodu hawn. Din l-informazzjoni kont sibtha jiena u naqra wieħed mir-rapport dwar il-qagħda ambjentali tal-pajjiż (State of the Environment Report). Fil-qosor, dan ifisser impatt addizzjonali ras għal ras fuq ir-riżorsi li nagħmlu użu minnhom u mhux biss l-ilma u l-elettriku imma wkoll l-iskart iġġenerat, it-trasport, l-art żviluppata u ħafna iktar.

L-istatistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tiffoka fuq l-aħbar pożittiva relatata mat-turiżmu lejn Malta. Imma dan kollu xejn ma jispjega l-impatti ġġenerati bħala riżultat. L-istatistika, wara kollox, m’għandiex dan l-iskop! Mhuwiex xieraq li tiffoka fuq l-aħbar li timpressjona mingħajr ma tfisser u tispjega l-impatti kkawżati biex jitlaħqu dawn ir-riżultati. .

Xi ġimgħat ilu, fuq dawn il-paġni kont iddiskutejt turiżmu li qed jikber iżżejjed (overtourism). Dakinnhar kont staqsejt jekk l-impatt ekonomiku tat-turiżmu jiġġustifikax l-effetti soċjali u ambjentali tiegħu. Dak li jiflaħ pajjiżna, jiġifieri dak li nirreferu għalih bħala l-carrying capacity tal-gżejjer Maltin, ċioe n-numru ta’ turisti li għalihom għandna riżorsi adegwati, hu ta’ importanza fundamentali f’din id-diskussjoni. Politika dwar it-turiżmu li dan kollu ma tqiesux sewwa hi politka difettuża.

Julia Farrugia Portelli, Ministru għat-Turiżmu, donnha hi tal-istess ħsieb. Fil-fatt, hi u titkellem dwar iċ-ċifri tat-turiżmu għas-sena 2019 ħabbret li l-abbozz tal-pjan għat-Turiżmu li għandu jwassalna sal-2025 ser ikun ibbażat fuq il-prinċipji ta’ turiżmu sostenibbli, kif ukoll fuq il-kisbiet tas- snin li għaddew.

Jista’ t-turiżmu qatt ikun sostenibbli? Kif bosta minna bla dubju ntebħu, is-sostenibilità hi terminu minn l-iktar abbużat.

Aħna u neżaminaw il-kontribut tat-turiżmu lis-soċjetà Maltija m’għandniex nillimitaw ruħna għad-dħul finanzjarju: għandna nagħtu każ ukoll tal-ispejjeż, mhux biss f’termini ta’ flus imma wkoll l-ispiża soċjali u ambjentali.

B’żieda mal-eċċessività ta’ riżorsi ikkunsmati ras għal ras mit-turisti wieħed għandu jżid mhux biss l-iżvilupp esaġerat tal-art, li għalih it-turiżmu wkoll jagħti sehem mhux żgħir, imma ukoll il-kontribuzzjoni lejn it-tibdil fil-klima mill-industrija tal-avjazzjoni. Din hi materja li ma nistgħux nibqgħu ninjorawha. Bla dubju ser nisimgħu ħafna iktar dwar dan matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin huwa u jiżviluppa d-dibattitu dwar il-Patt Ġdid Aħdar tal-Unjoni Ewropea (EU Green Deal) ippilotat mill-Kummissarju Frans Timmermanns. Dakinhar nifhmu aħjar dwar kif jaħsbuha dwar is-sostenibilità u l-iżvilupp sostenibbli dawk li jfasslu l-politika.

Il-viżjoni għat-turiżmu għas-snin li ġejjin tkun waħda werċa jekk ma tagħtix kaz tal-impatti soċjali u ambjentali tal-industrija. Dawk li jfasslu l-politika għat-turiżmu għandhom iħarsu lil hinn mid-dħul finanzjarju.

Lura fl-2008 l-antropologu Katalan Manoel Delgado kien ħoloq it-terminu turistofobia, biża’ mit-turiżmu, terminu li jwassal taħlita ta’ sentimenti ta’ stmerrija, nuqqas ta’ fiduċja u tmaqdir tat-turiżmu. Il-politika dwar it-turiżmu għandha tindirizza dawn l-impatti tat-turiżmu billi tassigura li t-turiżmu jkun limitat u ma jaqbiżx dak li jiflaħ il-pajjiż (carrying capacity). Dan ikun pass tajjeb il-quddiem għat-turiżmu u jikkuntrasta mal-qagħda xejn sostenibbli li għandna illum.

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020

A sustainable tourism policy!

The Malta Tourism Authority has announced that, during 2019, the Maltese Islands received a record 2.75 million tourists, an impressive jump from the 2010 figure of 1.33 million.

We are told that the expenditure on the part of tourists visiting Malta during 2019 exceeded €2.2 billion, surpassing the previous record set in 2018.

The numbers are quite impressive but the basic question to ask, however, goes beyond impressive numbers. Is this sustainable?

Some years back, a study carried out by MTA concluded that a tourist visiting the Maltese islands makes use of 50 per cent more resources that locals. I originally came across this information when going through one of the State of the Environment Reports. In brief, this signifies an additional per capita impact on all resources that we use – not just water and electricity, but also waste generated, transport, land developed and much more.

The statistics published by the National Statistics Office give positive news regarding inbound tourism to Malta. They do not, however, explain in any way the impacts generated as a result, which is something beyond the scope of statistics. It is not, however, appropriate to sing the praises with numbers and ignore these impacts. Some weeks ago, I discussed the issue of over-tourism in these pages. I posed the question as to whether the economic impact of tourism justifies its social and environmental impacts. The carrying capacity of our islands – that is, the number of tourists with which our resources can reasonably cope – is of fundamental importance. A tourism policy that does not adequately consider the carrying capacity of the Maltese Islands is fundamentally flawed.

Tourism Minister Julia Farrugia Portelli is apparently thinking on the same wavelength. When discussing the 2019 tourism results, she announced that a draft tourism policy leading us up to 2025, will be based on the principles of sustainable tourism “while building on achievements of the past years”.

Can tourism ever be sustainable? The term “sustainability”, as most of us are by now aware, is a much-abused word and it is often used out of context in an effort to try and justify anything.

In order to gauge the contribution of tourism to Maltese society, we should not only consider the earnings derived there from but should also factor in the costs – not just financial ones but also social and environmental costs.

To the 50 per cent excess consumption of resources per capita one must add not only the overdevelopment of land generated by tourism but also the contribution to climate change by the aviation industry. This is certainly not negligible and we only ignore it at our peril. We will undoubtedly hear much more about this as the debate on the EU Green Deal – piloted by EU Commissioner Frans Timmermans – unfolds over the coming weeks and months. We will then understand much better what policy-makers assume when they use the terms “sustainability” and “sustainable development”.

The proposed tourism vision for the years ahead will be myopic if it does not factor in environmental and social impacts. Policy makers should look beyond the financial bottom-line.

Way back in 2008, Catalan anthropologist Manoel Delgado had coined the term “turistofobia” which term conveys a mixture of repudiation, mistrust and contempt for tourists. A tourism policy should address these negative impacts of tourism by ensuring that it is restrained within the carrying capacity of the Maltese Islands. This would be a reasonable first step towards a tourism that is less unsustainable than at present.

published on The Independent on Sunday : 9 February 2020