Iż-żiemel ta’ Trojja

Il-mitoloġija Griega tgħallimna ħafna: tajjeb li kultant nagħtu ftit każ. Waħda minn dawn it-tagħlimiet  hi dwar ir-rigali: kuntant dawn ikunu rigali finta għax, xi drabi, warajhom jinħbew motivi li xejn ma jkunu sbieħ!  Tagħlima partikolari toħroġ fl-Ilijade, ir-rakkont ta’ Omeru dwar il-gwerra ta’ Trojja, rakkuntata ukoll fl-Anejadi, kapulavur tal-poeta Ruman Virgilju. 

Virgilju jagħtina l-parir biex noqgħodu attenti mill-Griegi meta dawn b’ħafna ħlewwa jiġu joffru r-rigali. L-osservazzjoni ta’  Virgilju hi referenza għaż-żiemel ta’ Trojja, żiemel tal-injam li s-suldati Griegi ħallew barra s-swar tal-Belt assedjata ta’ Trojja.

Kif nafu, moħbija f’dan iż-żiemel/rigal kien hemm suldati armati Griegi li matul il-lejl, meta fi tmiem l-assedju ta’ Trojja iddaħħal fil-belt b’ċelebrazzjoni, issarraf f’ħerba għax minnu ħargu s-suldati armati.  Dan hu t-tifsira taż-żiemel ta’ Trojja!

In-nomina xi xhur ilu ta’ George Hyzler minn Robert Abela, għan-nom tal-Gvern, biex Hyzler ikun membru tal-Qorti Ewropeja tal-Awdituri hu rigal minn dawn. Bħaż-żiemel ta’ Trojja dan kien rigal li l-Opposizzjoni kellha toqgħod attenta minnu: kien intenzjonat li jkollu effetti oħra li mal-ewwel daqqa t’għajn ma jidhrux.

Kważi kulħadd jaqbel li George Hyzler ħadem sewwa bħala Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Anke l-Gvern jaqbel! Tant qabel li offrielu promozzjoni: karrotta tad-deheb li kien diffiċli li jirrifjuta. Hyzler ingħata promozzjoni biex ikun jista’ jitwarrab minn fejn kien u riżultat ta’ hekk ikun hemm xewka inqas tiġri mas-saqajn. Fil-fehma tiegħi ma hemm l-ebda mod ieħor kif tista’ tinterpreta dak li ġara.  

In-nomina ta’ Hyzler bħala membru tal-Qorti Ewropeja tal-Awdituri hi parti mill-logħba ta’ manuvri politiċi ta’ Abela. Ħafna drabi jimmanuvra b’ta’ madwaru. Permezz tan-nomina ta’ Hyzler, imma, irnexxielu jpoġġi lill-Oppożizzjoni f’posizzjoni ta’ diffikultà li Bernard Grech ma rnexxielux jinduna biha minn kmieni u allura ma rnexxielux jevita.  

L-Oppożizzjoni messa ġibdet l-attenzjoni ta’ Hyzler li kien mistenni li hu jservi t-terminu kollu li għalih inħatar bħala Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Fiċ-ċirkustanzi politiċi tal-lum Hyzler qatt ma messu aċċetta n-nomina bħala membru tal-Qorti Ewropeja tal-Awdituri. L-iskop tan-nomina messu kien ċar anke għal min għadu jibda fil-politika! Sfortunatament donnu li kulħadd induna x’kien qed jiġri, ħlief l-Opposizzjoni.

Dan hu l-kuntest għad-dibattitu parlamentari kurrenti dwar l-emendi proposti għall-liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika.

Uffiċjalment l-emendi proposti kellhom l-iskop li jħollu l-problema f’każ li ż-żewġ terzi ma jintlaħqux (anti-deadlock mechanism). Meta ż-żewġ terzi meħtieġa biex jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma jintlaħqux f’żewġ votazzjonijiet konsekuttivi,  b’ġimgħa bejniethom, hu propost li minn hemm il-quddiem tkun meħtieġa  maġġoranza sempliċi biss biex tkun approvata l-ħatra.

L-emendi proposti qed ifittxu li jeliminaw oġġettiv ewlieni tal-liġi eżistenti. Dan hu li, għalkemm il-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika hu approvat mill-Parlament, hu għandu jgawdi ukoll il-fiduċja tal-Opposizzjoni.  (Jeżistu liġijiet oħra li jipprovdu posizzjoni ċentrali garantita għall-Opposizzjoni: fost dawn hemm il-Presidenza tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi kif ukoll ir-rwol ta’ Deputat Speaker.)

Li l-persuna nominata tkun persuna ta’ integrità bħalma hu Joe Azzopardi l-Prim Imħallef Emeritu, mhux biżżejjed. Il-fatt li mhux aċċettabbli għall-Opposizzjoni hu minnu innifsu raġuni suffiċjenti u valida biex ma jkunx addattat għall-ħatra, sakemm hemm raġuni valida għal din l-opposizzjoni.  Ma hemmx ħtieġa li jkun nominat mill-Opposizzjoni, imma għandu jkun persuna aċċettabbli għaliha.

Il-Gvern qal li Bernard Grech l-ewwel qabel man-nomina u mbagħad bidel fehemtu. Anke kieku dan kien minnu, dan hu irrelevanti, għax il-persuna nominata għandha tkun aċċettabbli għall-Opposizzjoni kollha u mhux biss għall-Kap tal-Opposizzjoni. Il-Grupp Parlamentari għandu kull dritt li ma jaqbilx mal-Kap tiegħu kull meta jħoss il-ħtieġa għal dan. F’partiti politiċi demokratiċi, din mhiex xi ħaġa rari li issir.

L-iskop kollu li l-ħatra tikseb l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi hu li jinħoloq l-iktar kunsens wiesa’ possibli meta jinħatar Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Li titneħħa din il-ħtieġa għall-kunsens iwassal biex ikun imminat il-proċess kollu.

Riżultat tal-ħtieġa ta’ żewġ terzi biex tkun approvata l-ħatra, l-Opposizzjoni m’għandiex biss is-saħħa li tkun determinanti fid-deċiżjoni: għandha ukoll l-obbligu li taġixxi b’mod responsabbli. Jiġifieri għandha l-obbligu li iġgib il-quddiem raġunijiet validi biex issostni l-posizzjoni tagħha.  Anke l-Opposizzjoni hi soġġetta għall-kontabilità.

Id-dibattitu parlamentari sadanittant qed idur mal-lewża. L-Gvern irid jikkontrolla l-proċess kollu waħdu. Dan minkejja li diġa fil-prattika jikkontrolla d-deċiżjoni finali dwar kull investigazzjoni: kemm riżultat tal-maġġoranza parlamentari kif ukoll in vista tal-komposizzjoni tal-Kumitat Parlamentari dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Partit Laburista fil-Gvern  donnu ddeċieda li m’għadux essenzjali li min jinħatar tkun persuna aċċettabbli għall-Opposizzjoni Parlamentari. Il-ħtieġa li jkun hemm kunsens qiegħed jitwarrab. Dan jimmina  l-integrità tal-proċess kollu li bih huma regolati l-iStandards fil-Ħajja Pubblika.  L-Opposizzjoni, s’issa, għadha ma spjegatx  il-għala qed topponi n-nomina tal-ħatra tal-Prim Imħallef Emeritu Joe Azzopardi. Għandha obbligu politiku li dan tagħmlu.

Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-PN ħadu posizzjoni intransiġenti: jew kif ngħid jien, inkella insa kollox, qed jgħidu. Flimkien qed iżarmaw dak li ħa ħafna żmien biex inbena.

Dan hu li kapaċi tagħtina sistema Parlamentari ta’ żewġ partiti!

ippubblikat fuq Illum: 22 ta’ Jannar 2023

Towards a wider cannabis consensus

It has been more than 10 years since the publication of the report of the Global Commission on Drug Policy led by former UN Secretary General Kofi Anan. One of its main recommendations was to end criminalisation, marginalisation and stigmatisation of people who use drugs but who do no harm to others.  

The changes in drug legislation approved by Parliament earlier this week as a result of which the possession of cannabis for personal use was decriminalised was a definite step in the right direction. This does not however signify that all provisions of the approved legislation are satisfactory. It means that the general thrust of the legislation is positive and acceptable. Improvements are however still necessary.

The legislation approved earlier this week is a radical change and as such there is still a reluctance in some quarters and sectors about it. This is understandable. It is however a fact that the decriminalisation of the possession of cannabis for personal use has been generally accepted. This is a reflection of the positive development in our society’s attitudes and should form the basis for the way forward.

The Daniel Holmes case as a result of which the cultivation of a number of cannabis plants for personal use led to a draconian prison sentence is too recent for anyone of us to forget. Until this week, drug legislation was out of tune and not an adequate reflection of what our society is prepared to accept.

The publication of the 24-page White Paper in March 2021 entitled “Towards the strengthening of the legal framework on the responsible use of cannabis” should not be viewed as an end in itself but rather as part of a continuous consultation process with all stakeholders. It has to be borne in mind that notwithstanding the sterling work of the NGO ReLeaf Malta on behalf of cannabis users there are others who, while recognising the urgent need for reform, are however much more cautious and would prefer that the required reforms are more gradual.

Ignoring the rudderless parliamentary Opposition, which does not yet have a clue on the issue, I refer to various proposals on the drug reform legislation which proposals were prepared by a number of NGOs and presented to Parliament.  Parliament was wrong to ignore these proposals and to steamroll ahead, notwithstanding. Such an attitude is not conducive to good governance. Parliament ought to have listened much more before deciding. This applies even if at the end of the day not all of the proposals made by the NGOs would have been taken on board.

At this critical juncture it is imperative that the drug reform is supported by as wide as possible a base. The consensus achieved has to be as wide as possible. This is essential in order to isolate those elements in our society who still believe that the criminalisation of cannabis users should be the rule.

It has been estimated that in 2021 there are around 40,000 consumers of cannabis in Malta. That is the current state of play after 40 years of militarised crackdown on cannabis use in the Maltese Islands. Criminalisation of cannabis users has not yielded any tangible positive results over the years.

The way forward in drug reform is to ensure that possession for personal use can be dealt with differently from trafficking. The legislation which Parliament approved earlier this week does precisely that. It can however be improved by ensuring that there are suitable buffers which protect children and vulnerable persons. This is one of the principal points made by the NGOs, who, to their credit, accept decriminalisation of possession for personal use of cannabis as a positive step forward.

Greens in Malta support the need for drug reform in general and specifically the decriminalisation for personal use relative to cannabis. In fact, the Green Electoral Manifesto for the 2017 General Election was the only electoral platform which presented this as an electoral pledge.

It is indeed unfortunate that Government and Parliament have squandered a unique opportunity at consensus building. It is however still possible at this late hour to remedy.

published in The Malta Independent on Sunday: 19 December 2021

Il-Konvenzjoni Kostituzzjonali iġġammjat

Kostituzzjoni ta' Malta

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet smajna diversi kummenti dwar il-ħtieġa li  l-Konvenzjoni Kostituzzjonali tiċċaqlaq. Jidher ċar li preżentement hi ġġammjata!

Tkellmet l-Eċċellenza Tagħha l-President fl-okkazjoni ta’ l-ewwel anniversarju mill-ħatra tagħha fil-kariga u qalet li kienet tittama li sa tmiem is-sena (li qegħdin fiha) jkun hemm progress.

B’reazzjoni għal dak li qalet il-President tkellem ukoll l-Avukat Franco Debono li sentejn ilu, fil-bidu ta’ din il-leġislatura kien inħatar mill-Gvern bħala l-koordinatur tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali.

Dr Debono qal li inħela ħafna żmien u għadu ma sar xejn.

Id-diffikulta li forsi Dr Franco Debono ma japprezzax biżżejjed hi li filwaqt li l-Konvenzjoni Kostituzzjonali għadha ma bdietx, anzi filwaqt li l-konvenzjoni innifisha għadha l-anqas biss ma ġiet iffurmata, diġa għandna l-koordinatur tagħha appuntat. Nazzarda ngħid li għandna koordinatur li hu impost fuq il-Konvenzjoni Kostituzzjonali.

Jiena dejjem fhimt illi kieku hemm rieda tajba biex l-affarijiet mhux biss isiru, imma jsiru sewwa, kienet tkun il-Konvenzjoni Kostituzzjonali innifisha illi taħtar lill-koordinatur tagħha. Dan il-koordinatur jista’ jkun Dr Franco Debono, imma jista’ jkun ukoll xi ħaddieħor.

Huwa inutli li noqgħodu nistaħbew wara subgħajna: kulħadd jaf li din hi ir-raġuni ewlenija għala s’issa kollox hu iġġammjat dwar il-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Il-proċess huwa delikat u seta jkun iffaċilitat ħafna iktar kieku id-deċiżjonijiet jittieħdu b’kunsens mhux b’imposizzjoni.

Dak li ġara s’issa xejn ma jawgura tajjeb għall-futur tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Hemm ħafna x’jista’ jsir. Iżda il-parti l-kbira ta’ dak li jista’ jsir jirrikjedi kunsens għax fl-aħħar ser ikun meħtieġ l-approvazzjoni ta’ tnejn minn kull tlett membri tal-Parlament. Dan il-kunsens mhux ġej bħala riżultat ta’ strateġija ta’ imposizzjoni. Jista’ iżda jinbena ftit ftit jekk ikun hemm min jifhem li bil-kunsens biss nistgħu naslu.

Min għandu widnejn, ħa jisma’.

AD issejjaħ għal Politika konsenswali Nazzjonali dwar l-Immigrazzjoni

consensus

Stqarrija ta’ Alternattiva Demokratika

 

Issa hu l-mument li f’Malta tkun imfassala politika konsenswali dwar l-immigrazzjoni. Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, meta kien qed jindirizza l-aħħar konferenza stampa ta’ AD f’din il-kampanja elettorali.

Carmel Cacopardo qal li tul il-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew Alternattiva Demokratika iffukat fuq materji li filwaqt li kienu ta’ relevanza għal Malta jiffurmaw parti ukoll mill-aġenda tal-UE.

Id-drittijiet diġitali kif ukoll il-kontabilita/trasparenza tal-istituzzjonijiet Ewropej ser ikunu elementi essenzjali tul il-ħames snin li gejjin tal-Parlament Ewropew. Billi ffukat fuq dawn il-materji Alternattiva Demokratika fittxet li tiddibatti materji politiċi relevanti mal-partiti politici l-ohra li kkontestaw dawn l-elezzjonijiet. Sfortunatament kemm il-PN kif ukoll il-PL iktar kienu interessati li jitfgħu t-tajn lil xulxin milli jieħdu sehem f’diskussjoni politika serja.

“AD,” żied jgħid Cacopardo, “kellha l-opportunita’ li tikkummenta fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ Jean Claude Junker u Martin Schultz, kandidati ghall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropeja għan-nom tal-PPE u l-Partit Soċjalista Ewropew rispettivament. Filwaqt li AD tilqa’ l-kummenti pubbliċi ta’ Junker u Schultz, tosserva għaldaqstant li dal-kummenti ma jirriżultawx mill-Manifesti Elettorali tal-partiti rispettivi.

Alternattiva Demokratika temfasizza li l-pajjiżi fuq il-fruntiera tal-UE m’għandhomx jibqgħu jerfgħu r-responsabbilta għall-migrazzjoni prattikament waħedhom. Emendi għar-regoli ta’ Dublin,  flimkien mal-formolazzjoni u l-approvazzjoni ta’ politika olistika tal-UE dwar il-migrazzjoni li permezz tagħha t-28 stat membru tal-UE jieħdu fuq spallejhom ir-responabbilta’ għall-migrazzjoni mingħand l-istati fuq il-fruntiera, hi t-triq ‘il quddiem.”

Carmel Cacopardo emfasizza li tul din il-Kampanja Elettorali, bħala riżultat tad-dikjarazzjonijiet ta’ Junker u Schultz, il-posizzjoni politika kemm tal-PL kif ukoll tal-PN hi issa iktar viċin dik ta’ AD milli kienet qatt qabel. Alternattiva Demokratika jidhrilha li issa hu l-waqt li l-PL, il-PN u AD jidħlu f’diskussjonijiet biex ikun ifformulat abbozz konsenswali ta’ politika nazzjonali dwar l-immigrazzjoni li għandu jservi bħala l-bażi għal kunsens nazzjonali fuq din il-materja sensittiva.

“MEP elett f’isem Alternattiva Demokratika jaħdem biex jiffaċilita dan id-djalogu kemm lokalment kif ukoll fl-istituzzjonijiet Ewropej,” ikkonkluda Cacopardo.