Dwari

L-Għan ta’ dan il-blog

Dan il-blog hu intenzjonat bħala mezz ta’ diskussjoni dwar issues ta’ importanza. Għax id-diskussjoni serja hi l-bażi tal-ħidma politika. Pemezz ta’ dan il-blog irrid nilħaq l-ikbar numru possibli ta’ dawk li huma interessati li jiddiskutu. Idealment niddiskutu wiċċ imb’wiċċ iżda dan mhux dejjem hu possibli. Permezz ta’ dan il-blog għaldaqstant ser ikun possibli li b’mod regolari mhux biss nagħtikom l-opinjonijiet tiegħi iżda niddiskuti magħkom il-fehmiet tagħkom.

Dwari

Twelidt nhar il-5 ta’ Marzu 1956.Miżżewweġ lil Miriam u missier ta’ Martina (20) u Dario (18). Noqgħod il-Kalkara. Perit. Iggradwajt mill-Universita’ ta’ Malta fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili (1982) u mill-Universita’ ta’ Staffordshire fir-Renju Unit (2006) fis-Sostenibilita’ u l-Management Ambjentali. Imsieħeb fl-Institute of Environmental Management and Assessment tar-Renju Unit (IEMA) bħala membru assoċjat. Fl-2006 ippubblikajt ktieb bl-isem Time For Radical Change, riċerka dwar l-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni f’Malta. Ilni attiv fil-politika mill-1976.

Tul iż-żmien li kont student fl-Universita’ ta’ Malta kont President tal-SDM (Studenti Demokristjani Maltin) u President tal-KSU (Kunsill tal-Istudenti Universitarji). Kont ukoll nirrappreżenta lill-istudenti universitarji fuq is-Senat u l-Kunsill tal-Universita’.

Fuq livell internazzjonali kont Viċi Chairman tal-EDS (European Democrat Students) federazzjoni ta’ għaqdiet ta’ Studenti demokristjani, liberali u konservattivi.

Ilni nikteb fil-gazzetti, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż mis-snin 80.

Dwar uħud mill-artikli li kont ktibt fil-1984 kont tkeċċejt mix-xogħol f’Ottubru 1984. Kont dħalt il-Qorti li kienet ikkonkludiet li kienet saret diskriminazzjoni politika fil-konfront tiegħi. [Jekk trid tara l-istorja kollha, ara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali f’Malta mogħtija nhar id-29 ta’Jannar 1986: ibgħatli email u ngħaddilek kopja ta’pdf tas-sentenza)

Ir-Rizenja mill-PN u s-Shubija fl-AD

Sa nofs Jannar 2008 kont membru tal-PN li f’ismu ukoll ikkontestajt tlett elezzjonijiet ġenerali (1987, 1992 u 1996). Għal tnax-il sena kont membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN. Okkupajt fi snin differenti l-karigi ta’ Segretarju Informazzjoni, Assistant Segretarju Ġenerali u President tal-Kunsill Aministrattiv tal-PN. Kont ukoll Segretarju Ġenerali tal-MŻPN (Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista). Irreżenjajt minn membru tal-PN f’Jannar 2008 minhabba li l-Gvern immexxi mill-PN ma mexiex sewwa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika u fl-istess ħin għamel l-ostakoli lili f’xogħoli ta’ uffiċjal investigattiv fl-uffiċċju tal-verifika (Audit Office) tal-MEPA. Illum imsieħeb ma’ l-Alternattiva Demokratika.

L-ittra ta’ riżenja tista tinqara hawn.

Ħidma f’AD

Jien il-kelliemi ta’ l-AD dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-Intern.

Kemm fl-elezzjoni  tal-2008 kif ukoll f’dik tal-2013 kont kandidat f’isem Alternattiva Demokratika għat-III u l-XI-il Distrett. It-III Distrett kien iffurmat minn Marsaskala, l-Fgura u ż-Żejtun; fil-waqt li l-XI-il Distrett kien iffurmat minn Ħ’Attard, Ħal-Balzan u l-Mosta. 

Presentement Viċi Chairman ta’ AD.

Kuntatti

Min jixtieq jikkuntattjani jkun jista’ jagħmel dan fuq l-email: cacopardocarm@gmail.com .Min irid jiddiskuti dak li jidher fuq dan il-blog ikun jista’ jibghat il-kummenti tieghu. Hu pjaċir tiegħi kemm li nippubblikom kif ukoll li niddiskutihom.

Advertisements

6 comments on “Dwari

  1. Dear Lino,

    I wish to congratulate you for this web-site. I take this opportunity to wish you success. I live in fleur de lys, so I cannot enjoy the fact that I can vote for a geniune person like you.

    Hope that our future will be better, and have a better environment for ourselves and our children.

    Best Wishes Joe

  2. Fid dawl ta x gara illum nitolbok tinvestiga ftit. Ma nafx lil min nista nafda malta.

    Hafna whistle blowers kienu jibghatu linformaxjoni taghhom lil dcg fuq ilgmail tagha. Issa bl investigazjoni il puluzija se jkolhha access ghal dawn l emails u jsiru jafu minn baghthom.
    Gmail hija kumpanija amerikana.. koincidenza li gew involuti fbi? Ghaliex mhux il forza tal puluzija ingliza ..li ghandna struturra bhal taghhom ?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s