Politika dwar il-klima fl-Unjoni Ewropea

 

Il-politika dwar il-klima hi materja ewlenija li qegħda taħt il-lenti fil-laqgħat li Ursula von der Leyen, innominata bħala President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, qed ikollha mal-gruppi politiċi diversi fil-Parlament Ewropew.

Kemm il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi kif ukoll dak Liberali fil-Parlament Ewropew ippubblikaw lista ta’ talbiet li għamlu lil von der Leyen dwar dak li jriduha tikkommetti ruħha dwaru imma li s’issa evitat. Fuq quddiem nett f’dan kollu hemm impenn ikbar dwar li politika meħtieġa biex ikun indirizzati l-impatti tat-tibdil fil-klima.

Min-naħa l-oħra, l-Grupp tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew ħareġ stqarrija li permezz tagħha ta’ l-ġenb lill-kandidatura ta’ von der Leyen u dan għax, fi kliem Ska Keller, ko-president tal-grupp: “ma smajna l-ebda proposta konkreta, la dwar is-saltna tad-dritt u l-anqas dwar il-klima. Ġejna eletti b’mandat ta’ bidla u m’aħniex naraw kif din il-bidla tista’ sseħħ b’din il-kandidata.”

Azzjoni dwar il-bidla fil-klima hi prijorità u din il-prijorità għandha tkun riflessa fl-ambizzjonijiet li l-kandidat għall-Presidenza tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea trid tmexxi ‘l-quddiem. Sfortunatament hu magħruf li Ursula von der Leyen qatt ma tat prijorità lill-azzjoni dwar il-bidla fil-klima tul iż-żmien kollu li ilha attiva fil-politika nazzjonali tal-Ġermanja!

Tul l-għaxar snin li ġejjin, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq livell globali jeħtieġ li jonqsu b’iktar min-nofs. Anke iktar mit-tnaqqis ta’ 55% kif talab il-Parlament Ewropew kif ukoll mill-40% tnaqqis li s’issa aċċettaw il-pajjiżi membri. Dan fl-istess ħin li l-emissjonijiet netti għandhom jilħqu żero sa mhux iktar tard mill- 2050. Il-miri tal-ftehim ta’ Pariġi illum jiuffurmaw parti integrali mill-liġijiet tal-Unjoni Ewropea imma għad hemm ħafna ħidma x’issir biex dawn il-miri jitwettqu fir-realtà.

Soluzzjonijiet jeżistu biex ikunu ikunu indirizzati u trasformati l-enerġija, t-trasport, l-agrikultura u l-proċessi industrijali. Imma jeħtieġ li nkunu kapaċi li naħdmu flimkien biex l-impenn li jitwettaq il-Ftehim ta’ Pariġi mhux biss ikun onorat, imma li nkunu kapaċi nħajru oħrajn jagħmlu bħalna.

Minkejja l-wegħdiet li saru mill-pajjiżi differenti dwar emissjonijiet bħala parti mill-ftehim ta’ Pariġi xorta waħda jidher li ż-żieda fit-temperatura, sa tmiem is-seklu kurrenti, ser tkun ta’ madwar tlett gradi Celsius (3°C) fuq it-temperatura pre-industrijali. Dan meta nafu li iktar min-nofs din iż-żieda jkollha effetti katastrofiċi.

Diġà bdejna nduqu l-konsegwenzi bis-sħana tilħaq livelli ġodda, estremi ta’ għargħar u nuqqas ta’ xita u nirien li qed jagħmlu ħsara mhux żgħira f’kull rokna tad-dinja. L-affarijiet sejrin għall-agħar. Imma għad baqa’ ċans, kemm-il darba niċċaqalqu bla iktar dewmien.

Il-Gvernijiet m’humiex jieħdu l-inizjattiva. Mhux qed jindirizzaw dak li qed jirriżulta mir-riċerka xjentifika. Sfortunatament, uħud mill-Gvernijiet (u l-partiti politiċi li jiffurmawhom) jaraw kull azzjoni meħtieġa biex tkun indirizzata l-bidla fil-klima bħala ta’ xkiel għall-industrija u għall-ekonomija.

Sa minn meta saru tibdiliet fit-trattati Ewropej fl-1987, l-Unjoni Ewropea bdiet tieħu deċiżjonijiet dwar l-oqsma ambjentali b’maġġoranza kkwalifikata. Dan wassal biex ġiet sviluppata leġislazzjoni ambjentali li tiffaċilita politika Ewropea li tirrispondi għal dak kollu meħtieġ mit-tibdil fil-klima. Tul dan iż-żmien kollu, l-Parlament Ewropew kien dejjem fuq quddiem jinsisti dwar miri ċari u ambizzjużi fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. Hu meħtieġ li anke l-Kummissjoni Ewropea timxi fuq dawn il-passi.

Hu għalhekk li hu meħtieġ li l-President approvat għall-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-azzjoni dwar il-bidla fil-klima bħala prijorità u li tkun lesta biex il-Kummissjoni immexxija minnha taġixxi b’dan il-mod.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2019

Advertisements

Climate Change politics at the EU

The politics of climate change is a main topic of discussion at the meetings which Ursula von der Leyen, European Commission President-designate, is currently participating in with the various political groups in the EU Parliament.

The Progressive Alliance of Socialists and Democrats Group, as well as the Liberal Group, have issued written demands to von der Leyen detailing the various policy commitments which they expect but not yet see. The politics of climate change is at the forefront of the requests made.

The Greens, on the other hand, have issued a statement rejecting von der Leyen’s candidacy, as in the words of Ska Keller, co-president of the group: “We did not hear any concrete proposal, be it on the rule of law or on climate. We have been elected on a mandate for change and we don’t see how change will be possible with this candidate.”

Action on climate change is a priority and this priority must be reflected in the ambitions which the European Commission President-designate puts forward. Unfortunately, it is known that Ursula von der Leyen has never prioritised climate action during her long career in German National politics!

Over the next 10 years, global greenhouse gas (GHG) emissions need to be more than halved (beyond the 55% reduction as requested by the European Parliament and surely beyond the 40% committed to by the EU Member States), while net GHG emissions must reach zero by 2050 at the latest. Attaining the commitments of the Paris Agreement is now enshrined in EU climate and energy laws but the European Union must do much more to make it a reality.

Solutions exist for transforming energy, transport, agriculture and industrial production systems. We must act together to fulfil our commitments to the Paris Agreement and beyond, and encourage others to do so too.

Notwithstanding the national pledges made as part of the Paris Agreement, we are on course for warming of about 3°C above pre-industrial temperatures by 2100. It is known that any increase exceeding 1.5°C will be catastrophic.

We are already at the receiving end, with global temperatures warming-up at unprecedented rates, floods, droughts and fires which are impacting our communities all over the world. It is getting worse. Yet it is not too late, provided we act without further delay.

Governments are not showing leadership in tackling climate change. They are not addressing the gap between the expectations of the citizens and the analysis of the scientists on one hand, and their decisions on the other.

Unfortunately, some governments, and the political parties which form them, see climate change policies only as an obstacle for industry and the economy.

Since the Treaty change of 1987, the European Union has decided legislation in the field of the environment on the basis of a qualified majority voting. This has allowed for the development of a comprehensive set of new environmental legislation and facilitated a concerted EU policy response towards climate change.

The EU Parliament has, most of the time, been the most progressive EU institution, demanding more ambitious targets and measures in the fight against climate change. It is about time that the EU Commission follows suit.

We need a European Commission President who considers climate change action as a priority and acts accordingly.

published in The Malta Independent on Sunday : 14 July 2019