Waqt li f’Malta l-Prim Ministru u l-Kabinett tiegħu flimkien ma diversi personalitajiet oħra qed jilgħabu bis-silġ, fil-Libja, wara biebna hawn ħuġġieġa.
George Vella f’intervista l-ġimgħa l-oħra fisser kemm din il-ħuġġieġa fil-Libja hi ta’ theddida għal Malta. In-newtralita’ ta’ Malta, qal George Vella, kif inhi dikjarata fil-Kostituzzjoni ma tiswiex il-karta li hi miktuba fuqha.
Għandna bżonn naħsbuha sewwa dwar x’ser nagħmlu dwar id-difiża tagħna u dan għax aħna vulnerabbli.
Sa issa kellna skiet komplet dwar l-intervista ta’ George Vella.
“Wasal iż-żmien” qal Vella, “li nirrevedu dak li iddeċidejna dwar id-difiża ta’ Malta. Dak li kien jgħodd fis-snin 80 m’għadux jgħodd illum.”
Ikun ferm aħjar kieku flok mal-Prim Ministru jibqa’ jilgħab bis-silġ jipprova jindirizza din il-materja.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qed jgħid lil Muscat li Malta m’għandha l-ebda difiża sura. Imma Muscat jippreferi li joqgħod jilgħab bis-silġ.