Waqt li Joseph jilgħab bis-silġ …………….

 

joseph_muscat_konrad_mizzi_ice_bucket_challenge

Waqt li f’Malta l-Prim Ministru u l-Kabinett tiegħu flimkien ma diversi personalitajiet oħra qed jilgħabu bis-silġ,  fil-Libja, wara biebna hawn ħuġġieġa.

George Vella f’intervista l-ġimgħa l-oħra fisser kemm din il-ħuġġieġa fil-Libja hi ta’ theddida għal Malta. In-newtralita’ ta’ Malta, qal George Vella, kif inhi dikjarata fil-Kostituzzjoni ma tiswiex il-karta li hi miktuba fuqha.

Għandna bżonn naħsbuha sewwa dwar x’ser nagħmlu dwar id-difiża tagħna u dan għax aħna vulnerabbli.

Sa issa kellna skiet komplet dwar l-intervista ta’ George Vella.

“Wasal iż-żmien” qal Vella, “li nirrevedu dak li iddeċidejna dwar id-difiża ta’ Malta. Dak li kien jgħodd fis-snin 80 m’għadux jgħodd illum.”

Ikun ferm aħjar kieku flok mal-Prim Ministru jibqa’ jilgħab bis-silġ jipprova jindirizza din il-materja.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qed jgħid lil Muscat li Malta m’għandha l-ebda difiża sura. Imma Muscat jippreferi li joqgħod jilgħab bis-silġ.

Advertisements

L-isfida tas-silġ ………… apparti l-ħela tal-ilma

ice

Din l-isfida tas-silġ hi kollha bluha.

Li tgħin lil min jeħtieġ l-għajnuna hu għan nobbli. Li tgħin ir-riċerka biex jinstab fejqan għal mard jew għal kundizzjoni li qed tagħmel il-ħajja ta’ diversi persuni miżerabbli, huwa tajjeb ukoll.

Ħadd ma qatt jista’ jkun kontra dan.

Imma l-flus li jinġabru minn kampanja li għaddejja bħalissa favur riċerka immexxija mill-ALS  Association (Amyotrophic Lateral Sclerosis Association) huma flus li ser jintużaw f’riċerka li issir fuq l-annimali u fuq l-embrijuni (embryonic stem cell research).

Dan hu fatt li t-tejatrin ta’ dawn il-jiem ma infurmakhomx bih. U dan apparti l-ħela tal-ilma!

Għal iktar informazzjoni ara:

Pamela Anderson rejects ice bucket challenge because of ALS experiments on animals: “Mice had holes drilled into their skulls”.

US Bishops pour cold water on Ice Bucket Challenge because money could support embryonic stem cell research.