Ittra ta’ riżenja mill-PN

                                                                                                      10 Triq ir-Rnella

                                                                                                      KALKARA  KKR 1237

 

Is-Sur Joe Saliba

Segretarju Ġenerali PN

Triq Herbert Ganado

ĦAMRUN                                                          

 

 

16 ta’ Jannar 2008

Sur Saliba,

Ilni iktar minn tletin sena membru tal-Partit Nazzjonalista.

Matulhom servejt fost oħrajn bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN għal madwar 12-il sena. Matul is-snin 90 servejt ukoll bħala Segretarju Informazzjoni, Assistant Segretarju Ġenerali u President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN. Ikkontestajt tlett elezzjonijiet ġenerali f’isem il-PN u ċjoe dawk tal-1987, 1992 u 1996.

Kont nikteb fil-gazzetti tal-PN sa mill-bidu tas-snin 80 u bħala riżultat ta’ dan kif ukoll tal-involviment politiku tiegħi domt żmien twil iktar minn dawk li ggradwaw miegħi biex ħadt il-warrant ta’ Perit. Għall-istess raġunijiet fl-eta ta’ 26 sena sfajt imkeċċi mix-xogħol. Flimkien ma bosta oħrajn sfajt vittma ta’ diskriminazzjoni politika u l-arroganza tal-poter mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista. Sitwazzjoni li għal uħud minn dawk li bdew il-ħidma fil-ħajja pubblika reċentement iktar tista’ tixbah il-fantaxjenza milli xi ħaġa li seħħet realment.

Dan kollu ġie dokumentat f’deċizjonijiet tal-Qrati Maltin kif ukoll f’rapport tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni tal-Inġustizzji, t-tnejn fis-snin tmenin.

Wara, kif ukoll minħabba dawn l-esperjenzi flimkien ma dawk ta’ oħrajn bħalhom, ħafna emmnu li l-PN seta jreġġa’ lura lill-pajjiż fit-triq li jirrispetta lilu nnifsu w lil niesu. Jiena ukoll emmint dan u flimkien ma ħafna oħrajn tajt is-sehem żgħir tiegħi biex ikun jista’ jseħħ. Ta’ dan m’għandi l-ebda dispjaċir għax l-involviment fil-ħajja pubblika jiena dejjem qiestu bħala dmir, mhux bħala investiment.

Meta sseħibt fil-Partit Nazzjonalista kont nidentifika ruħi bla diffikulta miegħu.  Iżda illum ilni żmien nagħmel sforz nistaqsi lili nnifsi jekk il-PN għadux l-istess Partit li jiena sseħibt fih fis-snin 70. Qiegħed nasal għall-konkluzjoni illi kieku kelli nagħmel l-għażla illum ma kontx nagħżel li nissieħeb.

Għal dan hemm bosta raġunijiet. Prinċipalment (iżda mhux biss) l-attitudni leġġera li bih il-Gvern immexxi mill-PN (kif ukoll il-PN innifsu) ħares lejn w aġixxa fil-konfront ta’ min mexa ħażin fil-ħajja pubblika.

Fil-konfront ta’ min mexa ħażin kontinwament isir attentat biex jinsatru u jitmewwtu l-affarijiet. Iżda imbagħad fil-konfront tal-ħidma tiegħi fil-MEPA jiena ġejt ostakolat milli nkompli l-ħidma li kont qed inwettaq fl-Uffiċċju tal-Verifika (Audit Office) b’elf skuża. Ir-raġuni vera ma tissemma qatt : li nibtet intolleranza għall-kritika u għal min kapaċi jaħseb b’moħħu. Min ma jittollerax il-ġbid tal-ispag qiegħed kontinwament jiġi imwarrab.

Huwa inutli li nidħol f’iktar dettall jew li nsemmi ismijiet. Din l-informazzjoni hi fid-dominju pubbliku u ilha hekk għal xhur sħaħ.

Ir-responsabblita għal dak li seħħ m’hiex biss ta’ min ma aġixxiex sewwa : hi responsabbilta kollettiva. Hi ukoll responsabbilta ta’ min kellu jieħu d-deċiżjonijiet konsegwenzjali u ma ħadhomx.

Għalkemm inti tista’ targumenta li dawn huma materji li tagħhom huwa direttament responsabbli l-Gvern, jiena naħseb illi finalment din ir-responsabbilta trid iġġorrha ukoll it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Naħseb li dan kollu kien in parti possibli minħabba li l-Parlament Malti għal snin twal, kontinwament mill-1964 lil hawn, kien dejjem ikkontrollat minn partit politiku wieħed li għax gawda maġġoranza assoluta dejjem irrombla minn fuq kulħadd. Kif kostitwit matul dawn is-snin kollha l-Parlament Malti wera li m’huwiex kapaċi jassigura l-kontabilita’ vera tal-Gvern tal-ġurnata.

Dan kollu ser jibqa’ jsir b’atturi li jalternaw sakemm dan il-pajjiż ma jħossx il-ħtieġa ta’ taqliba radikali fit-tip ta’ persuni eletti fil-Parlament. In partikolari naħseb li huwa prinċipalment fl-interess tal-kontabilita’ vera li jidħol malajr kemm jista’ jkun it-tielet partit fil-Parlament. Għax min iddikjara illi daħal fil-politika biex jibdilha spiċċa biex sar ħaġa waħda mas-sistema, kontinwament ifittex li jiġġustifika l-inġustifikabbli.

Fid-dawl ta’ dan jiena tal-fehma li m’għadux iktar posti fil-Partit Nazzjonalista. Ma nistax nidentifika ruħi mal-Partit Nazzjonalista tal-lum. Għaldaqstant qiegħed ninfurmak li b’effett immedjat qiegħed nirreżenja minn membru tal-Partit Nazzjonalista.

 

 

 

Carmel Cacopardo

tessera numru 16942

 

also of relevance : blogpost entitled : Cacopardo’s coalition

2 comments on “Ittra ta’ riżenja mill-PN

  1. You have identified the crux of the problem…
    alternating absolute dictatorial governments – (the latter controlled by a compact bunch of people with deep vested interest) and the free for all uncontrolled and shrouded party financing (read investment by businesses).

    Still how near are we to have a third let alone honest voice in parliament?
    What realistic chances does AD or any other party/candidate have to be elected, considering the disproportionate electoral law, that protects the PNPL absolute governments?

    Whilst AD’s efforts to pronounce itself objectively on diverse issues and areas of national or sectoral interest is commendable, nonetheless essentially, it also serves to divert the attention, focus and energy from the aforementioned most critical problem.

    Unless AD somehow gets all those who intend to vote for AD, relocated in one district (albeit now it is too late already) – the chances of being elected under the current law is remote at best.

    At this stage AD should focus all its (inherently limited) energy to try and convince those who do not intend to vote – either because they are distrustful of both the PN & PL or because they are sick of the whole political scenario – to consider the effective change, transparency and true accountability, that a credible third party (with no strings attached) in parliament and in a coalition government would bring about.

    Obviously the non-voters whose objective is to ‘send a recorded message’ and ‘punish their party’ for a ‘personal matter’ are out of scope.

Leave a comment