Ħrejjef? Ferm il-bogħod mill-Pakistan.

L-istorja ippubblikata f’gazzetta fil-Pakistan nhar il-31 ta’ Mejju dwar Carmen Ciantar hi interessanti. Storja attribwita lil Ram Tumuluri tal-Vitals Global Health Care. L-istess wieħed li qal li ġie mhedded li jekk ma jbaxxix rasu, jispiċċa bħal Daphne Caruana Galizia.

Jekk hux storja li għandha mill-verità jew le m’għandix idea.

Hemm min qed jgħid, inkluża Ciantar innifisha, li din hi gidba: mill-bidu sal-aħħar. Possibilment li din (il-gidba) hi parti minn kampanja ta’ diżinformazzjoni li għaddejja bħalissa. Jidher li hemm min qed jinkwieta li żmien il-kontijiet wasal.

Però, kif qed jgħidu oħrajn, il-mira mhiex Carmen Ciantar iżda Chris Fearne, Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa. Dan hu spjegabbli fil-kuntest tal-argument bejn il-ħbieb li għaddej bħalissa bejn Kastilja u Burmarrad. Fir-realtà dan hu ħafna iktar qrib mill-Pakistan. L-aqwa, imma, li illum il-Prim qalilna li hu għandu fiduċja sħiħa fi Chris Fearne! Eżattament, kulħadd hu konvint minn dan bla ebda dubju!

Jista’ jkun li hemm min irid itellef lil Chris Fearne il-ħatra bħala Kummissarju tal-Unjoni Ewropeja f’isem Malta s-sena d-dieħla. Dan qed jiġri wara x-xniegħa li jidher li ma rnexxewx żewġ attentati biex Fearne jitneħħa minn Ministru tas-Saħħa tul dawn l-aħħar tlett snin.

Qed ngħixu tabilħaqq fi żminijiet interessanti.

Huma mistennija stejjer jew possibilment ħrejjef oħra li jkomplu jibnu fuq din tal-Pakistan jew minn fejn tabilħaqq bdiet.

Il-burokrazija u l-Belt ta’ Stivala

Xahar wara l-ieħor jibbumbardjawna bi statistika dwar kuntratti ta’ bejgħ tal-propjetà inkella dwar in-numru ta’ konvenji. Dan l-aħħar qieshom inbidlu ftit in-numri b’mod li beda jidher li l-bejgħ qed jonqos.  Dak li jmexxi l-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi qalilna li hi l-burokrazija li qed ittellef ir-ritmu tal-bejgħ.  

Il-proċess tal-permessi għall-iżvilupp, ġeneralment, hu iffukat fid-direzzjoni tar-rgħiba. Ħolqu regoli msejħa regoli tal-flessibilità biex isibu mod kif iduru mar-regoli tal-iżvilupp li oriġinalment saru bl-iskop li jħarsu t-tessut urban u l-kwalità tal-ħajja tal-komunità residenzjali.  Per eżempju, żona intenzjonata għal taraġ pubbliku fil-pjan lokali għall-Gżira għamel il-wisa’ biex tinbena lukanda. Dan qed isir f’żona residenzjali, jiġifieri fejn suppost jinbnew biss djar għan-nies.  Din il-flessibilità estrema fl-ippjanar għall-użu tal-art qed igawdu minnha l-Grupp tal-Kumpaniji Stivala. Dan ngħidu b’referenza għall-parti ta’ fuq ta’ Triq Moroni: żona li r-residenti tal-Gżira illum isibuha bħala l-Belt Stivala. Minkejja dan kollu l-kap tal-MDA għandu l-wiċċ li jilmenta! Qiesu dan mhux biżżejjed.

Żviluppaturi fil-Mellieħa mhumiex daqstant fortunati bir-regoli tal-flessibilità għax lukanda li ħarġilha permess ta’ żvilupp f’ċirkustanzi simili laqqtita meta l-Qorti tal-Appell ħassret il-permess. Il-permess ta’ żvilupp għal lukanda fil-Belt ta’ Stivala għandha ċans li jkollha l-istess destin bħall-dak tal-Mellieħa fil-futur qarib. Għalkemm l-applikazzjoni għall-permess ġie approvat madwar ħames xhur ilu  (PA5962/21) il-permess ta’ żvilupp għadu ma ħarigx.

Kultant l-opinjoni pubblika tiġiha waħda żewġ! Il-protezzjoni riċenti permezz ta’ skedar ta’ Palazzino Vincenti f’San Ġiljan hi materja oħra ta’ kunflitt bejn ta’ Stivala u l-burokrazija tal-ippjanar. Għadu kmieni wisq biex wieħed jista’ jgħid li dan hu każ magħluq.  B’ansjetà u biża’ nistenna l-passi li jmiss, u dan minkejja li hemm xi forma ta’ skedar tal-wirt li ħalla warajh l-Perit Vincenti.

Ta’ Stivala kienu qed jippjanaw li jħottu Palazzino Vincenti u floku, f’San Ġiljan, jiżviluppaw lukanda oħra.  F’Diċembru 2022 Palazzino Vincenti kien protett temporanjament fi Grad 1 permezz ta’ Ordni ta’ Konservazzjoni ta’ Emerġenza.  Din il-protezzjoni temporanja issa spiċċat u flokha għandna protezzjoni fi Grad 2 fuq bażi permanenti kif deċiż mill-Awtorità tal-Ippjanar ix-xahar li għadda. Din mhiex aħbar tajba għax issa probabbilment ser nispiċċaw  bil-faċċata biss ta’ Palazzino Vincenti: ġewwa jispiċċa kollu.

Għal dawk li ferħu bl-aħbar tal-protezzjoni imħabbra, naħseb li għaġġlu. Probabbilment hu biss l-iżviluppatur u l-konsulenti tiegħu li għandhom għax jgħorku jdejhom għax mhux ser ikunu wisq il-bogħod milli jilħqu l-miri tagħhom.

F’dan il-kaz ukoll il-burokrazija tal-ippjanar mhux ser ikun irnexxielha milli żżomm lil ta’ Stivala milli jagħmlu ħerba mill-wirt nazzjonali. Kollox bil-barka tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-burokrazija tal-ippjanar li minnha jilmenta l-Kap tal-MDA l-anqas ma kienet tidher b’nemes meta ta’ Stivala ġiehom il-ħsieb li jġebbdu l-iżvilupp sat-tarf tal-kosta. Tiftakru? Erba’ snin ilu f’din il-paġna, f’artiklu ntitolat : Il-ħarsien tal-kosta: ma hemmx rieda politika (Illum: 14 t’ April 2019) kont ktibt dwar il-permess ta’ żvilupp tal-blokk bini fejn kien hemm ir-restorant Piccolo Padre mal-kosta ta’ San Ġiljan. Kont emfasizzajt dan li ġej: “L-iżvilupp in kwistjoni ngħata permess fuq art mal-kosta.  B’żieda ma dan …………………. jidher ċar li l-binja tibqa’ ħierġa fuq il-baħar.  Jidher li l-Awtorità tal-Artijiet l-anqas biss tniffset dwar dan.” Minkejja dak li jgħid il-Kap tal-MDA, il-burokrazija tal-ippjanar (u l-kuġini tagħha) kontinwament tagħmel il-wisa’ għal żvilupp bla rażan.  

Din hi l-effettività tal-burokrazija: dejjem fuq in-naħa tar-rgħiba.

ippubblikat fuq Illum: 28 ta’ Mejju 2023

Wara nhar is-Sibt: flimkien ma’ Sandra

Nhar is-Sibt, f’ADPD kellna bidla fil-tmexxija. Sandra ħadet postha bħala Chairperson tal-Partit.

Kif stqarret tajjeb fid-diskors tagħha, fit-tmiem tal-Laqgħa Ġenerali Annwali, irridu nħejju l-partit għal għada: biex ikun iktar effettiv u biex jikkomunika aħjar mal-votanti.

Il-partit illum hu differenti milli kien għaxar snin ilu. Tul is-snin sar aħjar. Imma dak li għamilna qatt ma hu bizzejjed, dejjem jinħtieġ ħidma iktar. Skond ir-riżorsi li jkollna għad-disposizzjoni tagħna.

Is-sena l-oħra, jiena, flok ma qbadt u warrabt hekk kif ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali, ftaħt diskussjoni interna fil-partit. Diskussjoni li pass pass wasslitna għall-bidla meħtieġa. Mit-tibdil li għamilna fil-passat, ħafna drabi sfurzat fuqna minħabba riżenji wara l-elezzjoni ġenerali, tgħallimna li fil-waqt li l-bidla hi realtà li rridu niffaċċjaw kontinwament, kien aktar għaqli li nħejju ruħna għaliha flok ma noqgħod nistennew li tiġi fuqna u tkissirna!

Sandra offriet ruħha għall-vjaġġ li jmiss tal-partit. Vjaġġ ta’ ħidma importanti ħafna. Vjaġġ li ilha li bdiet sena imma li l-bieraħ qabdet ritmu li għandu jwassalha biex tiggwida lill-partit għal riżultati aħjar tul is-snin li ġejjin.

Tul is-snin għamilna passi l-quddiem. Mhumiex biżżejjed. Dejjem hemm il-ħtieġa ta’ iktar.

Inkomplu l-mixja tagħna flimkien ma’ Sandra.

Ara ukoll fuq dan il-blog

B’sodisfazzjon inħarsu l-quddiem: 28 ta’ Marzu 2022

Jistaqsuni: meta ser twarrab? : 31 ta’ Marzu 2022

Għada s-Sibt. : 26 ta’ Marzu 2023

Bureaucracy and Stivalaland

Month in month out we are inundated with the latest statistics on property contracts or “promise of sale” agreements. Recently we have had some blips with statistics indicating that property sales were possibly diminishing. Out comes the Malta Developers Association (MDA) supremo thundering that bureaucracy is holding back property deals.

The development permitting process is, generally, greed oriented. It has resulted in so-called flexibility policies which seek to facilitate going around development policy restrictions intended to protect the urban fabric and the quality of life of the residential community. For example, an area earmarked for a public staircase in the Gżira local plan was transformed into a hotel. This is taking place in a residential area where only residences ought to have been permitted. The beneficiary of such land use planning extreme flexibility is the Stivala Group of Companies. I am referring to upper Moroni Street in Gżira, which area has nowadays been labelled as Stivalaland by Gżira residents. Yet the MDA supremo has the cheek to complain.

Developers in Mellieħa were less lucky with flexibility bureaucracy as a hotel permitted in similar circumstances has seen its development permit being recently revoked by the Court of Appeal. The Stivalaland hotel permit in Gżira may possibly meet the same fate in the not-too-distant future as although it has been approved by the Planning Commission some 5 months ago (PA5962/21) the development permit has not been issued yet. Consequently, the time frame for objectors to commence the appeal process has not yet commenced.

Occasionally public opinion manages to pull a fast one. The recent scheduling of the Palazzino Vincenti landmark at St Julians is another area of conflict between the Stivala brand and planning bureaucracy. It is still too early to consider this as a closed case. One awaits with trepidation the next steps notwithstanding the scheduling of the Vincenti masterpiece.

The Stivala brand had planned to pull down Palazzino Vincenti and to develop yet another hotel in St Julians. On 12 December 2022 Palazzino Vincenti was temporarily protected at Grade 1 level through an Emergency Conservation Order. This temporary protection has now been lifted and downgraded to a Grade 2 protection on a long-term basis as decided by the Planning Authority last month. This is extremely bad news as it signifies that most probably only the elevation of this landmark will be preserved: its interior will be gutted. Those who rejoiced at this level of protection were ill-advised. I think that it will be the developer and his advisors who will eventually have the last laugh as they will not be too far from their original objectives!

In this specific case planning bureaucracy will, once more, not be preventing the Stivala brand from making mincemeat of our national heritage, with the Planning Authority’s blessing. And yet the MDA supremo complains.

The planning bureaucracy which the MDA supremo complains about was nowhere to be seen when the Stivala brand sought to stretch development as close as possible to the shoreline. Do you remember? Four years ago, in these very columns, in an article entitled: Protecting Our Coast: No political will in sight (TMIS: 14 April 2019) I had written about the development permit relative to the building block of which the restaurant Piccolo Padre along the St Julian’s coastline forms part. I had then emphasised as follows: “The development in question has been permitted on a footprint starting along the coastline itself. In addition, ………………… planning permission issued by the Planning Authority includes part of the approved structure protruding over the sea. Not even a whimper has been heard from the Lands Authority on the matter.”

Contrary to what the MDA supremo says land use planning bureaucracy, and its cousins, continuously make way for unbridled development.

That is the extent of how effective the bureaucracy is, practically always on the side of greed.

published in The Malta Independent on Sunday: 28 May 2023

Għada s-Sibt

Għada s-Sibt għandna l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-partit.

Kif ħabbart żmien ilu (is-sena l-oħra fil-fatt) naħseb li jkun għaqli li t-tmexxija tal-partit tgħaddi f’idejn persuna iżgħar minni. Persuna li tista’ twassal lill-partit sal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u dik tal-Kunsilli Lokali s-sena d-dieħla u sal-Elezzjoni Ġenerali madwar 4 snin oħra.

Naħseb li dan hu fl-aħjar interess tal-partit li jsir. Issa hu l-aħjar waqt għal pass bħal dan. F’partit żgħir bħal tagħna hu għaqli li t-tibdil meħtieġ nagħmluh gradwalment, fil-mument addattat, bil-pass tagħna, biex inkunu nistgħu nieħdu l-ikbar benefiċċju possibbli minnu!

Aħna jkollna elezzjoni tal-uffiċjali kollha tal-partit kull sena. Din is-sena mhux ser nippreżenta ismi għal kariga ta’ Chairperson tal-partit. (Aħna m’għandniex Kap iżda Chairperson! Qafas sempliċi ta’ tmexxija bla ħafna kumplikazzjonijiet u xinxilli.)

Meta nħares lejn il-ħidma li għamilna flimkien tul is-snin, sar ħafna xogħol, mertu ta’ kulħadd. Imma għad baqa’ ukoll ħafna x’isir.

Da parti tiegħi għalkemm mhux ser nibqa’ fil-kariga ta’ Chairperson tal-partit fi ħsiebni nibqa’ attiv fil-partit biex nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi fil-ħidma li hi tant meħtieġa li tibqa’ issir.

Ir-riżultati li ħdimna għalihom mhux dejjem jidhru. Ħdimna ħafna, numru żgħir ta’ nies f’ambjent li hu mfassal għal żewġ partiti politiċi biss. Ambjent li lilna jarana żejda u jostakolna l-ħin kollu.

Is-sena l-oħra, ftit wara l-elezzjoni ġenerali ftaħna kawża kostituzzjonali dwar is-sistema elettorali imfassla b’mod li toħnoqna. Din il-kawża qed toqrob lejn it-tmiem u huwa ittamat li fl-aħħar kwart tas-sena, wara s-sajf, ikollna l-ewwel deċiżjoni. Hi triq twila li irridu nimxu flimkien.

Mhiex triq faċli, imma hi triq li mxejniha pass pass. Kultant b’diffikultà kbira. Hemm min jikkritikana għax jixtieqilna l-ġid. Lil dawn ngħidilhom grazzi. Nagħtu każ kull ma jingħad. Hemm min imaqdar. B’dawn nieħdu paċenzja.

Tagħna hi ħidma li tirrikjedi paċenzja, inkluż li anke tissaporti kritika inġusta li kultant ifajjar min hu mgħaġġel, bla sabar, inkella ma jafx l-affarijiet jew saħansitra moħħu biss fih innifsu.

Repetutament immorru għand l-Awtorità tax-Xandir dwar il-mod kif il-medja politika tinjorana. Jagħtuna raġun, imma bla rimedju.

Dan hu l-ambjent li fih ħdimna u għadna naħdmu, ghax qatt ma qtajna qalbna. F’dan l-ambjent fl-aħħar elezzjoni ġenerali ġibna 4747 vot, kważi d-doppju tal-elezzjoni ta’ qabel. Mhux biżżejjed. Imma fil-klima li qed naħdmu, b’kollox kontra tagħna, bla riżorsi, hu raġjonevoli.

Dan mhux ambjent li ser jinbidel mil-lum għal għada. Però qatt ma qtajna qalbna. Sadanittant il-ħidma tkompli.

Għada s-Sibt ngħaddi s-siġġu lil Sandra li nawgurala ħafna ħidma fejjieda.

Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lit-tim kollu li ħdimna flimkien. Grazzi lil kulħadd.

In-Nigret: more agricultural land to be bulldozed

The local plans are seven in number. They are supplemented by a land use planning rationalisation exercise. This consists of the identification of land outside the development zone (ODZ), approximately 2 million square metres in area, on the outskirts of existing urban areas and settlements all over the islands. In July 2006, Parliament, decided that this ODZ land was suitable for development.

The PN led government had then proposed and voted in favour of developing this ODZ land with the Labour Opposition voting against the proposal. But come March 2013 nothing changed as a result of the change in government. Notwithstanding that Labour in Opposition had voted against the proposal, the ODZ land remained within the development zone. All two million square metres of it. As aptly underlined by Giuseppe Tomasi di Lampedusa in his Il Gattopardo: the more things appear to change the more they remain the same. Greed is in fact colour blind.

Today, almost 17 years after the event, our local communities are realising what that Parliamentary vote signifies. Together with my colleagues I have been all around the island on a regular basis discussing with residents the resulting overdevelopment which is eating up agricultural land at a fast rate. Most localities are impacted.

This week it is the turn of agricultural land at In-Nigret, on the outskirts of Żurrieq, where more agricultural land will soon be cleared for development. Residents are up in arms as they have realised that another 14,960 square metres of arable agricultural land will be shortly developed. Two particular applications for planning control have been submitted (PC85/18 and PC49/19). The former application has already been approved last year while the second application will be considered shortly: it has already been recommended for approval by the Planning Directorate at the Planning Authority.

The planning process currently in hand is concerned with zoning and with determining the extent of permissible development, that is the permissible height and the development density. The development has however already been approved in principle 17 years ago. Unfortunately, notwithstanding the efforts of my party as well as those of environmental NGOs, residential communities ignored the warning signs staring them in the face. Now that the threat of destructive development is approaching individual communities, they are realising that they have been taken for a ride for quite some time. They are now awakening from their blissful slumber, suddenly realising that those whom they trusted all along have betrayed them by giving up for development the open spaces surrounding our settlements and urban areas.

Giving up agricultural land for building development does not make any sense. This is not just an objective argument in favour of protecting agricultural land. It is also essential to protect the green lungs around our urban areas and settlements.

What sense does it make to embark on a €700 million spending spree on the greening of our urban environment and then, simultaneously to bulldoze through our fertile fields? Project Green, if it is to have any worth should first and foremost seek to protect our existing green lungs. This applies not only to the Nigret fields facing the bulldozer in the coming months. It also applies all around the islands to each and every one of the two million square metres of ODZ land which Parliament, 17 years ago, earmarked for development.

The question being asked is: what can be done about it? Is it not too late to act after 17 years? There are very few avenues which can be explored at this late hour but there are some possibilities which hopefully can be utilised to defend the little we have been left with. 

published in The Malta Independent on Sunday: 21 May 2023

“int taf xi ġralha Daphne u ma naħsibx li trid tispiċċa bħala”

L-istorja dwar il-korruzzjoni konnessa mal-konċessjoni tal-isptarijiet issa qed tiżviluppa b’pass mgħaġġel.

L-artikli ippubblikati mit-Times huma tat-biża’.

Dak li hu rappurtat li qal Ram Tumuluri minn Vitals Global Healthcare l-bieraħ hu mill-iktar gravi: “int taf xi ġralha Daphne u ma naħsibx li trid tispiċċa bħala” (You know what happened with Daphne and you don’t want to end up in that position.) Kliem attribwit lil Keith Schembri, li naturalment jiċħad li qalu.

Ix-xhieda dettaljata fuq 500 paġna li tirreferi għaliha t-Times għad irridu nisimgħu iktar dwarhom kemm-il darba Tumuluri jingħata l-protezzjoni li talab fl-Istati Uniti bħala whistleblower.

Hi interessanti li propju issa tfaċċa xi ħadd li qed joffri li jixhed.

Dan kollu qed jiġri waqt li l-Pulizija hi siekta. Qiesa ma teżistix!

Pajjiżna ma jixraqlux dan kollu. Nittama li dan jwassal biex il-kobba tinħall u kulħadd jerfa r-responsabbiltà tiegħu. Jidher imma li fl-aħħar ser tagħqad. Il-biża’ tinħass!

L-Awtorità tax-Xandir: għalfejn qegħda hemm?

Xi ġimgħat ilu iddeċidejna bħala partit li nħarsu sewwa lejn il-media politika (ONE u NET) u l-fatt li dawn kienu qed jinjorawna. Għalihom qiesna ma neżistux. Hekk jixtiequ fil-fatt, għax jidhrilhom li l-eżistenza tagħna hi xkiel għalihom. Jidhrilhom li ntellfuhom.

Meta ilmentajna mal-Edituri tal-ONE u tan-NET dwar il-fatt li ma jirrappurtawniex, it-tnejn li huma, għall-ewwel weġbuna bl-istess mod: dak li jxandru hu fi-diskrezzjoni editorjali tagħhom.

Sussegwentement, imma, in-NET bidel id-diska. L-ewwel beda jxandar xi affarijiet żgħar, imbagħad beda jxandar ftit iktar. Li ġara kien li ċempilli s-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino. Niftakar kont Brussels u ċempilli biex infurmani li qalulu bl-ilmenti ta’ ADPD u li hu kien ta’ struzzjonijiet biex dawn ikunu indirizzati. Kien pass tajjeb il-quddiem.

Kien hemm kambjament fuq in-NET. Beda jkun hemm rappurtaġġ avolja mhux ta’ xi kwalità. Kif mistenni joqgħodu attenti biex filwaqt li jirrappurtaw, ħafna drabi fuq fuq, iħallu barra fejn jinqaras il-PN. Dik kont nistenniha, avolja, jekk irridu xandir sura din trid tinqata’ ukoll.

Fil-kaz tal-ONE imma bqajna l-istess. Baqgħu għaddejjin b’ċensura politika totali fl-interess tal-Partit Laburista u kontra l-obbligi li jirriżultaw mill-liċenzja li għandhom.

F’Marzu kellna deċiżjoni li kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fejn l-Awtorità tax-Xandir laqgħet ilment ta’ ADPD u ordnat lil ONE ixandru rapport qasir dwar dak li kienu iċċensuraw. Dan kien ġie imxandar, b’geddum sal-art! Is-suġġett dakinnhar kien dwar l-isptarijiet, dwar Vitals u Stewards Health Care!

Il-bieraħ kellna kaz ieħor, dwar il-fatt li xi politiċi qegħdin viċin wisq ta’uħud fin-negożju u li dan hu perikoluż għad-demokrazija. Il-bieraħ l-Awtorità tax-Xandir ħabbret li laqgħet l-ilment tagħna. Qaltilna li għandna raġun. Imma din id-darba ma tatx rimedju. Ma ħarget l-ebda ordni lil ONE biex ixandar fil-qosor dak li kien ġie ċċensurat.

Ngħiduha kif inhi: dan it-tip ta’ rimedju hu essenzjalment wieħed simboliku imma hu meħtieġ.

Imma ma jagħmilx sens li l-Awtorità tax-Xandir tgħidli li għandi raġun, imma fl-istess nifs tgħidli biex nieħu paċenzja.

Għax ngħiduha kif inhi: f’dawn iċ-ċirkustanzi għalfejn għandna awtorità?

Skuża (komda) ta’ Kabinett kompliċi

Ħareġ rapport ieħor tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt li l-Labour fil-Gvern ta’ lill-Vitals Global Health Care. Kuntratt li spiċċa għand Steward Health Care.

L-Awditur Ġenerali qed jirrapporta li l-Ministri,msieken iħossuhom li ġew żgwidati minn Konrad Mizzi, seħibhom fil-Kabinett!

Melal0Ministri mzazen, jilbilgħu kull ma jisimgħu?

Xi skuża komda biex tagħlaq għajnejk għall-korruzzjoni! Kollha flimkien iridu jerfgħu l-piz ta’ dan il-ħmieġ. Il-Kabinett kollu hu kompliċi. Il-Kabinett kellu l-poter li jwaqqaf dan il-ħmieg u ma għamel xejn. Anzi għalaq għajnejh.

Riforma tal-Awtorità tal-Ippjanar

Il-Prim Ministru Robert Abela, fid-diskors tiegħu tal-Ewwel ta’ Mejju, qal li ser jagħti bidu għal riforma fil-qasam tal-ippjanar tal-użu tal-art. Ftit li xejn ta’ dettalji. Fi kliemu, imma, kien ċar li kien qed jipprova jsewwi l-ħsara li rriżultat mill-kritika li saret f’dawn il-jiem minn żewġ Sindki Laburisti. Wieħed minnhom (Christian Zammit – Sindku tax-Xagħra) irriżenja, għax xebbgħuh. L-ieħor, Conrad Borg Manché, Sindku tal-Gżira, baqa’ għaddej. Idu msaħħa riżultat ta’ rebħa fil-Qrati li kellu kontra l-Awtorità tal-Artijiet u d-deċiżjoni tagħha li tieħu lura biċċa mill-ġnien tal-Gżira biex tagħmel il-wisa’ għal pompa tal-petrol.

Bħas-soltu, l-Partit Laburista jipprova jingħoġob ma’ kulħadd. Il-Mexxej tal-Partit Laburista ifaħħar l-impenn ambjentali taż-żewġ sindki. Imma oħrajn fit-tmexxija tal-partit, fl-istess ħin, kontinwament jiddefendu lil min qed jagħmlilhom xogħolhom bħala sindki diffiċli.

Il-problema bażika tal-Awtorità tal-Ippjanar hi li kontinwament tinjora ir-regoli tal-ippjanar tagħha stess. Għal din ir-raġuni, din il-ġimgħa stess, il-Qorti tal-Appell ħassret żewġ deċiżjonijiet oħra tal-istess Awtorità tal-Ippjanar.

Ir-residenti, kif ukoll uħud mill-kunsilli lokali, kontinwament qed isemmgħu leħinhom kontra kull xorta ta’ deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-permess għall-iżvilupp mill-ġdid tal-villaġġ tal-Mistra kien ħareġ għall-ewwel darba fl- 2013 għal żvilupp b’għoli ta’ tnax-il sular. Ir-residenti opponew it-tiġdid ta’ dan il-permess minħabba li dan mhux kompatibbli mar-regoli tal-ippjanar li huma fis-seħħ illum. It-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) ma aċċettax l-appell tar-residenti, imma l-Qorti tal-Appell waqqfet kollox u bagħtet il-file lura biex il-każ ikun eżaminat mill-ġdid. Dan, il-Qorti għamlitu, għax ikkonkludiet li t-talbiet tar-residenti ma ġewx eżaminati sewwa mill-EPRT.

Fid-dawl ta’ din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ikun floku li wieħed jistaqsi “il-għala, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-ippjanar, kontinwament jinjoraw ir-regoli”? Xi snin ilu kien l- Ombudsman innifsu li wasal għall-istess konklużjoni.

Dan il-kaz mhux xi eċċezzjoni!

Nhar l-Erbgħa, l-Qorti tal-Appell, tat deċiżjoni oħra, din id-darba dwar żvilupp fil-Mellieħa. Aċċettat appell li sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u ħassret permess ta’ żvilupp għal-lukanda (bil-faċilitajiet anċillari għaliha) liema permess kien inħareg f’żona fejn dan l-iżvilupp ma jistax isir ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Din il-lukanda ta’ tmien sulari hi konnessa mal-interessi tal-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli.

L-applikazzjoni għall-ewwel kien hemm il-parir dwarha (bil-miktub) biex din tkun rifjutata. Imma l-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp ma qablitx ma’ dan u approvat il-ħruġ ta’ permess. Dan il-permess ġie ikkonfermat ukoll mit-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar  (EPRT). L-EPRT l-anqas ma qabel li joħroġ ordni biex ma jsirx xogħol fuq is-sit sakemm jinqata’ l-appell. Riżultat ta’ hekk, il-lukanda li issa tilfet il-permess għax dan ġie mħassar mill-Qorti tal-Appell hi issa lesta u mibnija! Ser ikunu meħtieġa alterazzjonijiet sostanzjali u probabbilment partijiet minn dik li hi lukanda jkollhom jitwaqqgħu minħabba li dan l-iżvilupp ibbenefika minn bonus ta’ żewġ sulari extra li jingħataw għall-iżvilupp tal-lukandi! Jiġifieri dawn kellhom żieda ta’ żewġ sulari fuq dak li hu normali f’dawn iż-żoni! Dawn iż-żewġ sulari ma’ jistgħux ikunu approvati f’ċirkustanzi oħra. GħaIhekk ikollhom jaqgħu!

Dan kollu juri kemm hu possibli li bir-regoli tal-ippjanar tal-lum (anke jekk hemm bosta difetti fihom) xorta hu possibli li wieħed jasal għal deċiżjonijiet raġjonevoli kif uriet il-Qorti tal-Appell!  Ovvjament id-deċiżjonijiet ikunu raġjonevoli jekk dawk li jeħduhom ikun kapaci li jimxu mar-regoli dejjem.

L-ippjanar għall-użu tal-art hu għan-nies. Kif qed nagħtu każ tan-nies fl-ippjanar għall-użu tal-art li għandna? Jekk insegwu l-kazijiet diversi hekk kif dawn jiżviluppaw, hu ċar li dawk li huma maħtura biex jassiguraw li l-affarijiet jimxu sewwa, fl-interess tan-nies u tal-kwalità tal-ħajja tagħhom, qed iħarbtu kollox. Dan hu ċar meta wieħed jara d-diversi deċiżjonijiet tal-Qorti,mhux biss dawk li nsemmi hawn fuq, imma bosta oħra ukoll.

Huwa dan li jeħtieġ li jkun indirizzat minn riforma tal-proċess tal-ippjanar għall-użu tal-art. Jeħtieġ nassiguraw li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu nies kapaċi jiddeċiedu sewwa: konsistenti u skond ir-regoli fis-seħħ. X’nambuhom ir-regoli jekk b’mod konsistenti jiġu injorati?

Din hi r-riforma meħtieġa fl-ippjanar għall-użu tal-art.

pubblikat fuq Illum:14 ta’ Mejju 2023