Il-President il-ġdid ta’ Malta

president-of-malta-flag-over-blue-sky

L-ispekulazzjoni dwar min ser ikun il-President il-ġdid ta’ Malta bdiet.

Is-sit elettroniku tal-PN maltarightnow.com iżid mal-ispekulazzjoni billi jagħti informazzjoni żbaljata.

Żbaljata mhux daqstant dwar l-ismijiet (jissemmew George Vella, Miriam Spiteri Debono u Maria Camilleri) imma billi jgħid li l-President tar-Repubblika jeħtieġ approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-membri Parlamentari. Fil-fatt kull ma jeħtieġ biex ikun approvat il-President il-ġdid tar-Repubblika hu appoġġ ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri parlamentari. Hekk kien meħtieġ għal kull wieħed u waħda mill-Presidenti li nħatru sal-lum. Bl-eċċezzjoni ta’ tnejn: għax l-ewwel wieħed (Sir Anthony Mamo) u l-aħħar wieħed (George Abela) kienu approvati b’vot unanimu!

Issa min ser isir President wara George Abela jiena m’għandix idea. Bħalma m’għandhomx idea l-parti l-kbira tal-Maltin! Fl-aħħar mhiex ser tagħmel differenza jekk ikunx George Vella, Miriam Spiteri Debono jew Maria Camilleri kif qed jissuġġerixxi l-maltarightnow.com!

L-anqas ma’ tagħmel differenza jekk ikun Lawrence Gonzi kif ibbottja l-Illum dalgħodu.

Sir Anthony Mamo

 

 

 

 

Insellem lil Sir Anthony Mamo, l-ewwel President tar-Repubblika (1974-76) li miet dal-għodu fl-eta ta’ 99 sena.Sir Anthony kien l-uniku President tar-Repubblika li ma kienx involut fil-politika tal-partiti qabel il-ħatra tiegħu bħala President. Huwa kien Avukat Ġenerali, Prim Imħallef u iktar tard l-aħħar Gvernatur Ġenerali ta’ Malta.

Flimkien magħkom, qarrejja ta’ dan il-blog, insellimlu u nirrngrazzjah għas-servizz twil u leali li ta lil pajjiżna.