Insellem lil Perit René Buttigieg

Id-deċiżjoni tal-bieraħ tal-Imħallef Gino Camilleri dwar il-mod kif  l-ex  Ministru Lorry Sant kien jittratta lil impjegati fid-Dipartiment tax-Xogħolijiet tfakkarni ħafna affarijiet.

Illum  imma hu floku li nsellem lil René li m’għadux magħna u li kien wieħed milli sofra. Sofra għax kien jieħu l-attivita’ trejdunionistika tiegħu (f’isem il-Periti tal-Public Works) bis-serjeta’.  Kien hemm oħrajn li sofrew fil-kwiet għax ma kellomx il-kuraġġ tiegħu. Dawn qalgħu transfer wara l-ieħor f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex għax il-Ministru ma riedx jarahom b ‘għajnejh.

Quddiem din it-tbatija kien hemm il-kuntrast ta’ dawk li kienu jinkinaw quddiem il-Ministru u li meta inbidel il-Gvern bdew jinkinaw quddiem ta’ warajh.

Jiġini quddiem għajnejja bħalissa wieħed partikolari, Perit li kien benvist mill-Ministru Sant. Fost l-inkarigi li tah darba minnhom bagħtu l–Libya biex isegwi l-passi ta’ delegazzjoni mibgħuta minn KMB allura Prim Ministru fuq xogħol ta’ kostruzzjoni. Informazzjoni li ksibt minn persuni viċin id-delegazzjoni fissruli kif kontinwament kien qiesu d-dell tad-delegazzjoni biex ikun jista’ jirrapport lura dwar ma kull min iltaqgħet.

Imma dawn it-tip ta’ nies dejjem isaltnu. Għax wara l-1987 irnexxielu jservi ħafna lis-suċċessur tal-Ministru Sant.

8 comments on “Insellem lil Perit René Buttigieg

  1. Ghaziz perit,

    Nahseb li mhux sewwa tikteb kif ktibt fuq Lorry Sant, bniedem li ilu li miet ma’ nafx kemm. Ma kontx naf li l-Perit Buttigieg halliena. Pero jekk noqghodu nfittxu kull wiehed ghandu l-hazin u t-tajjeb tieghu. Ahjar tiddedika iktar hin fuq is-sitwazzjoni prezenti li ma nifilhux iktar pizijiet. Grazzi.

    • Tony,

      L-ewwel nett qieghed noqghod ftit lura dwar dak li nghid minhabba li l-persuni involuti huma mejtin. Pero’ ma jfissirx li m’ghandi nghid xejn. Jiena stess bhal nhar il-gimgha li ghaddew 26 sena (8 t’Ottubru 1984) kont tkeccejt mid-Dipartiment tax-Xogholijiet u l-Qrati kienu sabu lill-istess persuna responsabbli hatja ta’ diskriminazzjoni politika fil-konfront tieghi. Xi darba nirrakkonta l-istorja fid-dettall.

      It-tieni Tony, min wegga’ jghid ajma. U min wegga’ hafna jdum hafna jhoss il-wegghat. Iktar u iktar meta jirrealizza li hadd ma tghallem. Il-wegghat tieghu ma swewx hafna ghax l-abbuz tal-poter ghadu ghaddej bla rispett lejn hadd u xejn.

  2. Bhal Perit Buttigieg, jiena ukoll ghaddejt martirju taht Ammistrazzjoni Nazzjonalista. Minhabba it-twemmin pulitiku tieghi mill-Ufficcju tal-Public Works Ghawdex gejt mibghut l-ewwel il-Belt, wara Marsaxlokk u imbghad bghatuni f’Saint George’s Bay, Malta fejn xehtuni go kamra ma naghmel xejn u la tawni skrivanija u lanqas almenu mejda. Ghaddewni minn differesi Public Services Commission b’attentat biex nitkecca mix-xoghol u gejt imcahhad minn diversi promozzjonijiet fosthom wahda ta’ PO3. Fil-prezent kesksu ghalija l-Ufficcju tal-Vat, dak l-ufficcju li hu maghruf ghal korrettezza ta’ kif jittratta b’gustizja ma kulhadd, bizzejjed issemmi li ‘scam’ li tbazzwar fiha dan id-Dipartiment u full stop.

  3. Jien ukoll insellem lil-Perit Rene Buttigieg. Ta’ min jinnota ukoll kemm hu bazwi is-sistema gudizzjarju Malti. Huwa verament tal-misthija li kawza kostituzzjonali ghandha iddum daqshekk. Justice delayed is justice denied.

  4. Gross injustices were done in the past from both sides of the political spectrum. Since Renee Buttigieg has passed and so also has Mr Sant I don’t see how one get get any satisfaction. Politics in Malta have always been dirty. It was a bit before my time but I found it fascination how someone could take an oath that he witnessed Lord Strickland flying on somekind of a board. Amazing. Though of course nobody should have gone through what Mr Buttigieg went through.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s