Il-mina bejn Malta u Għawdex: il-qerda finali t’Għawdex wara l-bieb

Nhar l-Erbgħa festa pubblika. Hi ukoll id-data tal-egħluq għall-konsultazzjoni pubblika li qed tagħmel l-Awtoritá tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq it-termini ta’ referenza għall-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) tal-mina proposta bejn Malta u Għawdex.

Is-sit elettroniku tal-ERA jippreżenta żewġ dokumenti sabiex jassistu lil dawk li qed jipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni pubblika. Dawn id-dokumenti jispjegaw il-proposta u jidentifikaw numru ta’ fatturi li jistgħu jkunu jeħtieġu investigazzjoni, u dan biex dawk li jieħdu d-deċiżjoni jkunu megħjuna jagħmlu l-“aħjar” għażla.

F’dawn id-dokumenti hemm numru ta’ nuqqasijiet li jistunaw u juru kemm Transport Malta tiġi taqa’ u tqum mill-wirt ambjentali tagħna.

Transport Malta tibbaża l-proposti tagħha fuq ir-rapport ta’ Mott MacDonald, datat Marzu 2012 u intitolat: Preliminary Analysis: Assessment of Road Tunnel Options between Malta and Gozo. Wara li kkunsidrat erba’ proposti differenti għall-mina kif imfisser fir-rapport ta’ Mott MacDonald, Transport Malta ddeċidiet li tagħżel il-proposta numru 4 b’emenda: hi proposta li tkun tikkonsisti f’mina waħda b’żewġ karreġjati u tibda mill-inħawi taħt Ta’ Kenuna fin-Nadur Għawdex u tispiċċa fl-Imbordin biswit il-Wied tal-Pwales f’San Pawl il-Baħar.

Fid-dokumenti jgħidulna li l-ewwel tliet proposti kienu skartati għax setgħu jikkawżaw ħsara ambjentali sostanzjali, f’qiegħ il-baħar jew lir-riżerva naturali tal-Għadira. Imma la Transport Malta u l-anqas l-ERA ma ħassew il-ħtieġa li jgħidulna fid-dokumenti li ippubblikaw li meta ntagħżlet il-proposta numru 4 u ġġebbdet sal-Imbordin biswit il-Wied tal-Pwales din ġiet viċin wisq tar-riżerva naturali l-oħra, tas-Simar, u tgħaddi dritt mill-Miżieb, mal-pjan tal-ilma.

Ir-riżerva naturali tas-Simar hi sit ikklassifikat bħala Natura 2000 tal-UE, u l-pjan tal-ilma tal-Miżieb hu l-unika wieħed sura li fadlilna. Allura hemm il-possibilitá kbira li din il-proposta għal mina tmur kontra żewġ direttivi importanti tal-Unjoni Ewropea: id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar il-Abitat.

Fl-2015 il-medja ta’ movimenti ta’ karozzi bejn Malta u Għawdex, kif jirriżulta mill-istatistika uffiċjali, hi ta’ madwar 3000 kuljum. Id-diversi studji u rapporti ppubblikati sal-lum jikkalkulaw li l-mina, meta tkun lesta, tista’ twassal sabiex in-numru ta’ karozzi li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer jitla’ bejn 9000 u 10000 kuljum. Gordon Cordina minn Ecubed fir-rapport tiegħu kkummissjonat minn Transport Malta u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija jindika li ser tintlaħaq iċ-ċifra ta’ 9000 karozza kuljum, fil-waqt li r-rapport Mott MacDonald jipponta lejn l-10,000 karozza kuljum.

Din iż-żieda konsiderevoli fil-moviment ta’ karozzi teħtieġ li tkun analizzata fil-kuntest tal-politika kurrenti dwar it-trasport. Il-master plan dwar it-trasport addottat mill-Gvern preżenti u ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali hu ċar. Dan il-pjan jgħid li matul l-għaxar snin li fih ser ikun effettiv (2016-25), wieħed mill-oġġettivi ewlenin tal-politika tat-trasport f’Malta hi emfasi fuq l-użu ta’ mezzi alternattivi għall-karozzi privati u li fil-gżejjer Maltin jonqos l-użu tal-karozza privata.

Mela Transport Malta, għan-nom tal-Gvern Malti fl-2016, tistabilixxi politika dwar it-trasport biex tkun indirizzata l-konġestjoni tat-traffiku billi tinkoraġixxi bdil fl-imġieba favur mobilitá sostenibbli, u mbagħad toħroġ bi proposti bħal dawn tal-mina bejn Malta u Għawdex, li biex jagħmlu sens, jirrikjedu żieda enormi fit-traffiku.

Id-dokumenti fuq is-sit elettroniku tal-ERA għall-informazzjoni ta’ dawk li jridu jipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni pubblika dwar il-mina bejn Malta u Għawdex jinjoraw kompletament il-politika dwar it-trasport.

Din hi s-sitwazzjoni li għandna illum. Drajna b’awtoritá tal-ippjanar sinkronizzata mal-lobby favur l-iżvilupp. Sfortunatament jidher li l-Awtoritá dwar l-Ambjent u r-Riżorsi miexja fuq l-istess passi. Il-jiem huma magħduda. Bla dubju dan ser iwassal għall-qerda ta’ Għawdex ukoll.

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 12 t’Awwissu 2018

Advertisements

The Malta-Gozo tunnel: the final countdown to Gozo’s plunder starts now

Next Wednesday is a public holiday. It is also the closing date of the public consultation being carried out by the Environment and Resources Authority (ERA) on the terms of reference for the Environmental Impact Assessment (EIA) to be carried out on the proposed Malta-Gozo tunnel.

The ERA website presents two documents to assist those participating in the public consultation. These documents explain the proposal and highlight a number of issues that will require further investigation in order to assist the decision-takers in choosing for the “optimum” solution.

There is a number of glaring deficiencies in these documents which indicate the contempt that Transport Malta has for our environmental heritage.

Transport Malta bases its proposals on the Mott MacDonald Report of March 2012 entitled: Preliminary Analysis: Assessment of Road Tunnel Options between Malta and Gozo. After considering the four options for a tunnel as resulting from the Mott MacDonald report, Transport Malta opted for an amended version of option number 4 which is proposed as consisting of a single bore two lane tunnel between the area below Ta’ Kenuna in Nadur, Gozo and L-Imbordin along the Pwales Valley in St Paul’s Bay in Malta.

We are told in the published documentation that the first three options were discarded because they could be the cause of considerable environmental damage to the seabed, as well as to the Għadira Nature Reserve. However, neither Transport Malta nor the ERA considered it appropriate to mention that the selected option, an amended option 4, stretches the Malta portal of the proposed tunnel to the Pwales valley very close to the Simar Nature Reserve and right through the Miżieb perched aquifer.

The Simar Nature Reserve is an EU Natura 2000 site, while the Miżieb perched aquifer is the only part of our water table that is still in a relatively good state. Consequently, two important EU Directives will most probably be infringed: The Water Framework Directive and the Habitats Directive.

Based on NSO statistics, in 2015 average number of daily vehicular crossings between Malta and Gozo was around 3,000. The various studies and reports published to date indicate that it is estimated that a tunnel between the two islands would trigger an increase to between 9,000 and 10,000 vehicle crossings daily. Gordon Cordina of Ecubed in his report commissioned by Transport Malta and the Gozo Business Chamber indicates a 9,000-daily mark, while Mott MacDonald points towards the 10,000 mark.

This considerable increase in vehicular movements needs to be analysed in terms of current transport policy. The Transport Master Plan, adopted by the current government and funded by the European Regional Development Fund, is very clear. It lays down that during its 10-year lifespan (2016-25) it will be an operational objective of transport policy in Malta to aim to provide alternatives to the use of private vehicles and to reduce the role of the private car as a means of transport in the Maltese Islands.

So, Transport Malta, on behalf of the Maltese government, spells out transport policy in 2016 aimed at addressing traffic congestion in Malta by encouraging a modal shift towards sustainable mobility. Yet it then comes out with proposals such as the Malta-Gozo Tunnel, which can only be feasible if there is an astronomical increase in vehicular traffic on our roads.

The documents placed by the ERA on its website to feed the public consultation process on the proposed Malta-Gozo tunnel ignore transport policy altogether.

This is the current state of affairs. By now we are accustomed to having a Planning Authority acting in synch with the development lobby. Unfortunately, it seems that the Environment and Resources Authority is closely following in its footsteps. The final countdown is on. It will inevitably lead to the plunder of Gozo as well.

Published in The Malta Independent on Sunday : 12 August 2018

Il-gaġeġ tat-tonn f’San Pawl il-Baħar

Dal-għodu fisem Alternattiva Demokratika ipprezentajt oġġezzjoni quddiem l-Awtoritá tal-Ippjanar kontra l-applikazzjoni PA 3072/17 li biha qed jintalab li 4 gaġeġ tat-tonn jiċċaqalqu minn Kemmuna għas-Sikka l-Bajda, faċċata ta San Pawl il-Baħar.

Din l-applikazzjoni qed issir meta sissa għadha ma ġiet stabilita l-ebda żona għall-akwakultura fl-inħawi u dan minħabba li suppost illi l-istudji għadhom għaddejjin!

Biex tgħaxxaqha l-post fejn qed jiġi propost biex jitqegħdu l-gaġeġ fis-Sikka l-Bajda huma eżatt fuq żona sensittiva ekoloġikament. Dan minbarra l-fdalijiet mill-għalf tat-tonn li l-kurrent ikaxkar dritt għal go San Pawl il-Baħar u Buġibba.

Ħaġa tal-iskantament kif fis-Sikka l-Bajda ukoll, ftit il-bogħod diġa hemm 8 gaġeġ oħra tat-tonn li suppost li l-operaturi intrabtu mal-Awtoritá tal-Ippjanar li kellhom ineħħuhom sal-aħħar ta Mejju 2017.

Mela issa minflok ma jneħħuhom ser jippruvaw iżiduhom!

Bmin jaħsbu li qed jgħaddu żżmien?

Wara San Pawl il-Baħar u l-Munxar……………. qed iberraq f’Ħaż-Żabbar

Zabbar.l-itwal mejda

L-istorja tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadha friska.

Kunsillier tefa’ l-offerta għal Works Manager, meta dan ma jistax isir mhux biss għax mhiex imġieba korretta, imma ukoll għax il-liġi dan tobbliga li ma jsirx.

Il-Kunsillier involut refa’ ir-responsabbilta ta’ dak li ġara u irreżenja. Ma nafx kemm kellu jerfa’ ir-responsabbilta’ hu biss. Għax fil-waqt li veru li huwa mexa ħażin, naqas ukoll is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li b’għoxrin sena esperjenza fil-Kunsilli ma nistax nifhem kif ma ndunax. Huwa responsabbli ukoll is-Segretarju Eżekuttiv li messu induna mill-ewwel, iżda ma ndunax. Meta rreżenja l-Kunsillier għaldaqstant ftit issolvew affarijiet. Għax min messu induna u żamm l-iżball milli jsir għadu ma refax ir-responsabbilta’ tiegħu.

Issa tfaċċa l-każ tal-Munxar. Fejn skoprew li l-kuntrattur li ħa l-offerta għadda din l-offerta (b’sub-contract) lil wieħed mill-kunsilliera tal-istess Kunsill! Flok mill-bieb dan għadda mit-tieqa.

Jidher li hemm iktar affarijiet għaddejja.

Qiegħed iberraq f’Ħaż-Żabbar. Għaddej xi ħaġa bejn is-Sindku w is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Jidher li is-Segretarju Eżekuttiv bi snin ta’ esperjenza qiegħed attent li l-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar timxi sewwa, mar-regoli. Imma f’waħda minn l-aħħar laqgħat tal-Kunsill Lokali kien hemm ilment mis-Sindku li d-deċiżjonijiet qed idumu wisq ma jitwettqu. Is-Segretarju Eżekuttiv qiegħed fil-mira tal-attakki fid-deher u fl-imwarrab. Qaluli li qed jinġabru xi firem ukoll kontra dan is-Segretarju Eżekuttiv .

Hawn min rasu qed tikbirlu malajr. Il-ħidma tal-Kunsilli Lokali ma tistax issir jekk ma timxi bl-ordni u f’rispett sħiħ tar-regoli. B’mod partikolari ir-regoli ta’ kif isir l-infieq.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u l-Kultura, José Herrera, jidher li ser ikollu x’jagħmel mhux ħażin.

Min għandu jifhem ħa jifhem.

José Herrera jiġbidlu l-ispaga

Jose Herrera

Naqbel mad-deċiżjoni li ħa s-Segretarju Parlamentari José Herrera meta ordna lid-Direttur tal-Kunsilli Lokali biex dan jagħti struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li hu meħtieġ li dan jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu li jaħtar Kunsillier minn fostu bħala Works Manager tal-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar.

Is-Segretarju Parlamentari aġixxa korrettement biex jassigura tmexxija ghaqlija, trasparenti u kontabbli. Tmexxija li tosserva dak li tistabilixxi l-liġi tal-Kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera kien l-aħħar linja ta’ difiża li kellha il-komunita’ ta’ San Pawl il-Baħar għax is-saffi l-oħra ta’ difiza jirriżultaw li fallew u ma ħadmux.

Fallew milli jaqdu dmirhom il-kunsilliera infushom li issa qed jirriżulta li ħadd minnhom ma kellu konoxxenza tal-obbligi tagħhom. Ħadd minnhom ma oġġezzjona. L-Kunsilliera Laburisti kollha ivvutaw favur. Dawk tal-PN astjenew. Ħadd minnhom ma semma leħnu u ġibed l-attenzjoni  li kienet qed isseħħ irregolaritá bil-ħatra ta’ kunsillier bħala works manager.

L-anqas ma mexa sewwa il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-offerti . F’dan l-istadju l-offerta tal-Kunsillier kellha tkun meqjusa bhala inammissibli. Dan ifisser li min ħa sehem f’dan il-proċess ma jifhimx.

L-anqas ma qeda dmiru s-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali li wera b’dan il-każ li ma kellux għarfien adegwat tar-regoli tal-Kunsilli Lokali. Jekk ma jafx dawn l-affarijiet x’qiegħed jagħmel bħala Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar?

Falla ukoll id-Direttur tal-Kunsilli Lokali li kellu l-obbligu li jintervjeni fil-każ mill-ewwel minghajr ma jkun hemm il-ħtieġa li s-Segretarju Parlamentari  jagħmilha ta’ suġġeritur.

Fortunatament il-Kunsilli  Lokali li jaġixxu b’dan il-mod huma ftit fil-għadd.

Minn dan il-każ ta’ San Pawl il-Baħar nistgħu naslu għal numru ta’ konklużjonijiet.  Hemm bżonn urġenti li kemm il-Kunsilliera kif ukoll is-Segretarji Eżekuttivi jkunu mħarrġa aħjar biex jagħrfu jaqdu sewwa r-responsabbiltajiet tagħhom. Huwa meħtieġ ukoll li  l-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-offerti jkun afdat f’idejn persuni kompetenti  kif ukoll li jkun hemm iktar nies imħarrġa fil-lokalitajiet biex jaqdu din il-funzjoni. B’hekk il-Kunsilli Lokali jkunu assigurati li jkollhom pariri mingħand persuni  li jifhmu.

Fl-aħħarnett huwa  meħtieġ  li d-Direttur tal-Kunsilli Lokali jkun iktar proattiv u jkun lest li jiċċaqlaq mingħajr il-ħtieġa li jiġbidlu l-ispaga José Herrera .

L-ipokrezija tal-Labour Party dwar il-persuni b’diżabilita’

Araw sewwa ir-ritratt ta’ hawn fuq. Dan juri l-parti t’isfel ta’ billboard li l-Labour Party qiegħed f’San Pawl il-Baħar fil-kantuniera bejn il-Coast Road ħdejn Kennedy Grove u t-triq li twassal sal-lukanda Bella Vista.

Kif jidher sewwa l-billboard apparti li b’mod perikoluż qed jistrieħ fuq xi bricks qed jostakola kompletament u għal żmien twil l-użu ta’ rampa intenzjonata għal persuni b’diżabilita’.

Imbagħad il-Labour jieħdu għalihom meta ngħidulhom li jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra.

Subbasta 79/2012 : 18 t’Ottubru 2012

Bejgħ b’subbasta hu bejgħ bil-Qorti. Bejgħ ta’ dan ix-xorta ikun ordnat mill-Qorti wara li issirilha talba minn xi ħadd li jkollu interess.

Per eżempju kumpanija jkollha tieħu ħlas b’lura ta’ oġġetti li tkun biegħet lil xi ħadd li jkun dam ħafna biex iħallas. Ejja nieħdu l-każ tal-kumpanija Charles de Giorgio Limited. Din kellha tieħu somma flus mingħand ċertu Frank Portelli. Il-Qorti jidher li kienet sodisfatta li din il-kumpanija kellha raġun u ordnat biex propjeta’ f’San Pawl il-Baħar tinbiegħ nhar it-18 t’Ottubru 2012.

Din l-informazzjoni sibtha fuq il-website tal-Qorti. Ma nafx jekk il-bejgħ ippjanat għal ġimgħa oħra hux ser isir jew jekk ġiex pospost minħabba li d-dejn jista’ jitħallas mingħajr il-ħtieġa li tinbiegħ il-propjeta f’San Pawl il-Baħar.

Forsi l-hlas isir wara li jkun konkluż il-ftehim dwar l-isptar St Philip’s.

Dawk tal-ġurnaliżmu investigattiv ma qalulkom xejn dwar dan.