Il-karba tal-art, il-weġgħat tan-Natura

Il-faqar u l-ħsara ambjentali huma relatati. Qishom tewmin, inkella ż-żewġ naħat tal-istess munita. Il-faqar jiġġenera ħsara ambjentali filwaqt li l-ħsara ambjentali inevitabilment twassal għall-faqar.

Dan kien emfasizzat minn Indira Gandhi, dak iż-żmien Prim Ministru tal-Indja, meta fl-1972, fi Stokkolma, indirizzat konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent Uman. Din hi wkoll it-tema ewlenija tal-eko-enċiklika Laudato Si tal-Papa Franġisku, kif ukoll l-argument bażiku tas-Sinodu tal-Isfqijiet tar-Reġjun tal-Amazonja li presentment għaddej f’Ruma. Il-konferenza ta’ Stokkolma kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha dwar materji ambjentali internazzjonali. Kienet ix-xrara li kebbset l-iżvilupp tal-politika ambjentali internazzjonali.

Fi ftit kliem, il-politika soċjali u dik ambjentali huma interrelatati: huma dak li l-egħruq Latino Amerikani tat-tejoloġija tal-liberazzjoni jiddeskrivu bħala “ekoloġija integrali”.

Maurice Strong, Segretarju Ġenerali tal-konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent Uman fi Stokkolma kiteb, fil-memorji tiegħu, dwar kemm u kif id-diskors ta’ Indira Gandhi fil-konferenza mhux biss baqa’ miftakar imma fuq kollox kemm kien influwenti. It-tema li Gandhi żviluppata b’komunikattiva kbira kienet dwar kif “il-faqar hu l-ikbar sors ta’ tniġġiż”. Kienet emfasizzat b’qawwa : “ kif qatt nistgħu nikkonvinċu lin-nies fl-irħula u fil-griebeġ biex iżommu l-ibħra, ix-xmajjar u l-arja ndaf u ħielsa mit-tniġġiż, meta ħajjithom hi kollha kemm hi tniġġisa waħda?”

Il-ħajja hi katina. Aħna l-bnedmin niffurmaw parti ntegrali min-natura. Saħhitna hi rifless tas-saħħa tan-natura. Id-dmugħ tagħna huma d-dmugħ tal-istess natura.

Leonardo Boff, il-Franġiskan Brażiljan, esponent ewlieni tat-tejoloġija tal-liberazzjoni, jitkellem ċar ħafna biex jiddeskrivi dan, saħansitra fit-titlu tal-ktieb influwenti tiegħu tal-1995 : “Il-karba tal-art, il-karba tal-fqir” (Grito da Terra, Grito dos Pobres.) L-argumenti f’dan il-ktieb kienu influwenti kemm fl-eko-enċiklika ta’ Jorge Bergoglio kif ukoll fis-Sinodu tal-Isfqijiet tal-Amazonja li għaddej bħalissa.

Il-ħsara ambjentali għandha impatt enormi fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. Fuq il-ħajja ta’ kulħadd ħlief ta’ dawk il-ftit li jaħtfu għalihom u għal ta’ madwarhom vantaġġi ekonomiċi jew ta’ xorta oħra u fl-istess ħin jitfgħu l-pizijiet fuq ħaddieħor.

Il-ħsara ambjentali hi strument għall-inġustizzja soċjali. Il-ħarsien ambjentali hu, għaldaqstant essenzjali biex tissaħħaħ il-ġustizzja soċjali.

Id-dinja li qed ngħixu fiha hi d-dar komuni tagħna: flimkien magħha għanda futur komuni. Kull ħsara li nagħmlu fin-natura jispiċċa lura fuqna. Bħal min jobżoq lejn is-sema, u tgħallem li dak li jagħmel dejjem jiġi lura f’wiċċu!

Hemm l-impatti diretti bħal meta l-arja tant meħtieġa għan-nifs tkun imniġġsa, inkella meta l-ilma jkun ikkontaminat, jew ħaxix inkella ħut li jkun imniġġeż minħabba diversi fatturi ambjentali.

Imbagħad hemm l-impatti ndiretti li jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw. Bħat-tibdil fil-klima. L-emissjonijiet tal-karbonju ilhom jakkumulaw għal mijiet ta’ snin b’mod li jidher, minn diversi studji, li qed noqorbu lejn xi waħda kbira. Bħala riżultat tat-tibdil fil-klima qed nisograw impatti katastrofiċi: żieda fit-temperatura u silġ li jdub b’mod aċċelerat fil-poli u fil-Grenlandja b’mod partikolari: dawn iwasslu għal żieda sostanzjali fil-livell tal-baħar.

Il-vulnerabbli u l-foqra ikunu dawk li l-iżjed ilaqqtuha. L-istati gżejjer żgħar fil-Paċifiku diġa qed jgħaddu minn din l-esperjenza. Għandna speċi ġdida ta’ immigranti: ir-refuġjati tal-klima li qed jaħarbu minn impatti ambjentali li jridu jissaportu mingħajr ma kkontribwew għalihom.

In-natura, kif nafu, tirritalja b’qawwa kontinwament biex tirrestawra bilanċ. M’għandhiex għażla. Lanqas ma tiddiskrimina.

Dan hu kollu frott tar-rgħiba. Hi frott ta’ viżjoni li ma tħarisx fit-tul. Viżjoni li ma titlifx opportunità waħda biex issarraf vantaġġi li jistgħu jinkisbu malajr bla ma jkun hemm l-iċken idea tal-impatti fit-tul.

In-natura hi kapaċi tipprovdi għall-ħtiġijiet ta’ kulħadd. Imma ma tistax tissodisfa r-rgħiba fit-tul. F’din il-komunità ekoloġika jeħtieg li mhux biss ningwalawha man-natura, mal-ambjent immedjat tagħna, imma iktar mal-ambjent fit-totalità tiegħu, mal-ambjent integrat. Dan jista’ jsir biss jekk jirnexxielna nifhmu u nagħtu kaz tal-weġgħat tan-natura.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 13 t’Ottubru 2019

The tears of the Earth

Poverty and environmental degradation are inter-related. They are, in fact, twins or possibly the two sides of the same coin. Poverty generates environmental degradation while environmental degradation inevitably results in poverty.

This was emphasised by Indira Gandhi, then Indian Prime Minister, way back in 1972 during her intervention at the United Nations Stockholm conference on the Human Environment. It is also the underlying theme of Laudato Si, the eco-encyclical of Pope Francis, and a basic theme of the Bishops Synod for the Pan-Amazonian Region currently proceeding in Rome.

The Stockholm Conference was the United Nations first major conference on international environmental issues and marked the definite turning point in the development of international environmental politics.

Put simply, social and environmental policy are interlinked: it is what the Latin American roots of liberation theology describe as “the integral ecology”.

In his memoirs, Maurice Strong, Secretary-General of the UN Stockholm Conference on the Human Environment described Indira Gandhi’s Stockholm speech as being the most memorable and influential speech of the entire conference. The theme – which she forcefully developed and communicated – was that “poverty is the greatest polluter”. She eloquently emphasised: “…… how can we speak to those who live in villages and in slums about keeping the oceans, the rivers and the air clean, when their own lives are contaminated at the source?”

Everything is related. We humans are an integral part of the natural order:our health is the earth’s health; our tears are the earth’s tears.

Leonardo Boff, the Brazilian Franciscan Liberation Theologist, uses crystal clear language to describe this, even encapsulating it in the title of his 1995 seminal publication: “Cry of the Earth, Cry of the Poor” (Grito da Terra, Grito dos Pobres) which is the essential backdrop for both Jorge Bergoglio’s eco-encyclical as well as for the Amazonian Bishop’s Synod currently under way.

Environmental degradation has a considerable impact on the quality of life of all of us except, that is, for the quality of life of the select few who pocket profits by appropriating for themselves advantages (economic or otherwise) and lumping the negative impacts on the rest.

Environmental degradation is an instrument of social injustice. Consequently, enhancing the protection of the environment is also essential to restore social justice. The Earth is our common home: together with the earth we have a common future and all the damage we cause comes back to us.

There are the direct impacts, such as having to breathe contaminated air, drink polluted water, or eat fish and/or vegetables which contain various contaminants.

There are also the indirect impacts which take time to materialise. Climate change is a case in point. A slow build-up of carbon emissions over the centuries is currently close to a tipping point. We risk a catastrophic impact as a result of climate change: an increase in temperature and an accelerated melting of ice at the poles, and in Greenland in particular, which would lead to a substantial increase in sea level rise.

The poor and the vulnerable will be those most affected. The vulnerable small island states in the Pacific are already experiencing these impacts. “Climate Refugees” are a new breed of immigrants, fleeing from the environmental impacts which they have to shoulder but to which they did not contribute.

The Earth continuously retaliates to restore a natural balance. It has no choice: it does not discriminate.

This is the result of greed – a myopic vision which takes every opportunity to cash on short-terms gains but is unable to understand the long-term impacts.

Nature is able to provide for the needs of everyone. It is, however, unable to sustain long-term greed. In our ecological community we need to interact not just with nature, our immediate environment, but more with the total environment. This can only be achieved if we take heed of the tears of the Earth.

published in The Malta Independent on Sunday : 13 October 2019

Lil hinn mir-rapport tal-KPMG dwar l-industrija tal-kostruzzjoni

Kif mistenni, ir-rapport tal-KPMG dwar l-industrija tal-kostruzzjoni jpinġi stampa sabiħa tal-industrija. Dan minkejja li l-awturi tar-rapport jikkonċedu li l-informazzjoni fir-rapport faċli li tintuża biex biha tasal għal konklużjonijiet ferm differenti minn tagħhom.

Jiena eżaminajt ir-rapport biex nara kemm dan jitkellem dwar numru ta’ affarijiet importanti bħall-iżvilupp esaġerat (over-development), ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni, l-ambjent u l-klima. Kien ikun importanti kieku konna infurmati dwar il-veduti tal-industrija tal-kostruzzjoni dwar dawn il-materji u oħrajn. Imma ftit li xejn hemm kummenti dwarhom, skond l-awturi tar-rapport.

Ma jiena bl-ebda mod sorpriż li l-KPMG ma qalulna xejn fir-rapport dwar l-iżvilupp esaġerat jew ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni. Dan ovvjament juri, għal min għadu ma ndunax, li l-industrija la jidhrilha li hemm żvilupp esaġerat u l-anqas ma għandha ebda interess fir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni. Kif diġa spjegat f’artiklu riċenti tiegħi (Illum 22 ta’ Settembru 2019: Sħab ma min iħammeġ), l-industrija tal-kostruzzjoni ma għandha l-ebda interess li tirriċikla l-iskart li tiġġenera hi stess, meta dan ikun possibli: interessata biss li jkollha fejn tarmi l-iskart tagħha b’mod issussidjat.

Hi tħammeġ u int tħallas. KPMG jaqblu ma dan?

Fir-rapport tal-KPMG hemm żewġ referenzi ghall-ambjent. L-ewwel referenza hi dwar in-nuqqas ta’ użu ta’ materjal sensittiv ambjentalment fil-bini u jenfasizza li dan ma jsirx ħtija tal-konsumaturi li ma jinteressawhomx! It-tieni referenza hi dwar l-għaqdiet ambjentali u tisfidhom biex il-proposti li jagħmlu jkunu realistiċi!

L-awturi tar-rapport jinsistu li dawn is-suġġerimenti mhux biss għandhom ikunu realistiċi imma għandhom jirrikonoxxu li mhuwiex realistiku li twaqqaf il-kostruzzjoni u l-iżvilupp.

KPMG qed jgħixu fis-sħab għax kieku forsi kienu jirrealizzaw li l-ambjentalisti ilhom żmien twil iressqu proposti li l-gvernijiet kontinwament jinjoraw għax il-gvernijiet moħħhom biss f’kif jinkoraġixxu iktar bini a spejjes tal-kwalità tal-ħajja tagħna. Ikkunsidraw pereżempju l-eżerċizzju tar-razzjonalizzazzjoni, approvat fl-2006 imma li l-impatti tiegħu għadna inħossuhom kuljum f’kull rokna ta’ dawn il-gżejjer. Il-ħsara li saret, u li għadha qed issir, mill-Gvern id f’id mal-iżviluppaturi, hi waħda enormi. Imma, dwar dan, skiet komplet mingħand KPMG.

It-tibdil fil-klima, skont ir-rapport ta’ KPMG, qiesha ma teżistix, għax fir-rapport ma hemm l-ebda referenza għaliha. Dan ovvjament ifisser li l-industrija tal-kostruzzjoni mhiex interessata fil-materja.

M’aħniex qed nistennew lill-awturi tar-rapport ta’ KPMG jispjegawlna kif l-industrija tal-kostruzzjoni ħarbtet pajjiż bi żvilupp esaġerat u l-pretensjoni tagħhom li aħna, l-bqija, nħallsu d-djun ambjentali tagħhom. Il-ġungla tal-konkos li qed tiżviluppa madwarna qed tifgana. L-industrija tal-kostruzzjoni kontinwament trid iktar art għal żvilupp li donnu ma jintemm qatt.

L-industrija tal-kostruzzjoni hemm bżonn li tiġi f’sensiha. Ilkoll jeħtieġilna nifhmu, qabel ma jkun tard wisq, li dan il-bini li għaddej kullimkien mhux sostenibbli u li l-progress ma jitkejjilx bil-bini, bit-toroq jew bin-numru ta’ karozzi li ma jispiċċaw qatt.

Il-kwalità tal-ħajja tagħna għandha titkejjel bl-ispazji miftuħin li jipperpettulna li niskopru mill-ġdid l-egħruq naturali tagħna fil-ħajja naturali li l-urbanizzazzjoni bla limitu qed teqred ftit ftit.

L-industrija tal-kostruzzjoni hi determinata li tisfrutta dan il-mument fejn qed titħalla tagħmel prattikament dak li trid: tibqa’ għaddejja b’bini bla limitu sakemm timla kull ċentimetru possibli, inkluż il-baħar, fuq skala li jħabbatha ma Dubaj! Dik hi l-viżjoni.

Imma għada jasal għal kulħadd, mhux biss għal dawk li jridu jisfruttaw is-sitwazzjoni illum li tippermettilhom iħaxxnu bwiethom bi ħsara għall-komunità kollha. Nittama li meta jasal jibqalna l-enerġija u l-kapaċità li nsewwu l-ħsara enormi li qed issir lil kulħadd.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 6 t’Ottubru 2019

 

Beyond the KPMG construction industry report

As expected, KPMG’s report on the construction industry paints a very rosy picture of it, although its authors concede that “others may arrive at a different conclusion” on the basis of the information contained therein.

I have searched through the report to identify the incidence of a number of important expressions like “over-development”, “re-cycling” (of construction waste), “the environment”, and “the climate”. The views of the construction industry on these terms (and others) would have been quite interesting, had they been expressed. According to the authors of the report, however, practically none of them were.

I am not surprised that the terms “over-development” and “recycling” do not feature in the report. This obviously indicates that the industry does not consider there is any “over-development” and, in addition, that the industry is not bothered about recycling its construction waste. As explained in a recent article of mine (TMIS, 22 September 2019 entitled In cahoots with the polluter), the construction industry is not interested in recycling its waste, when this is possible; it is only interested in subsidised dumping sites. They pollute, you pay. Does KPMG endorse this?

There are two references to the environment in the KPMG report. The first points fingers at consumers and emphasises that there is a lack of environmentally-friendly materials in properties because there is no demand for them! The second focuses on environmental lobby groups and challenges them to come forward with realistic suggestions! The authors of the report, however, point out that “such suggestions should be grounded in reality, and recognise that halting all construction and development is not a realistic option.”

KPMG is apparently reporting from the moon as it would have otherwise realised long ago that the environmental lobby has brought forward a multitude of proposals which have been generally ignored by governments, which have continuously sought to ensure that development is facilitated at the expense of our quality of life. It would suffice for a moment if they were to consider, for example, the rationalisation exercise introduced way back in 2006 but the impacts of which are still being felt still being felt up to this very day all around our islands. The damage done by government in cahoots with the developers is enormous but KPMG is, however, completely silent on the matter.

Climate change does not feature at all in the report, meaning that the construction industry is generally not bothered.

We do not expect the authors of the KPMG report to explain how the construction industry has been a major force in ruining this country through over-development and through expecting us to foot their environmental bills.

The concrete jungle developing all around us is suffocating. It is fuelled by a construction industry which has no idea of where to stop and that continuously wants more land for development.

It is about time that the construction industry is cut down to size. We should all realise, before it is too late, that the ongoing building spree is unsustainable and that progress is not measured in terms of buildings, roads or the enormous number of cars on our roads.
Our quality of life is actually measured through the open spaces we can enjoy and through rediscovering our natural roots, which have been obliterated as a result of the ever-expanding urban boundaries.

The construction industry is bent on making even more hay while the sun shines: on building more and more for as long as their Dubaification vision remains in place.

The sun rises for everyone, not just for those seeking to make hay while it shines. When it sets, we rest – preparing for tomorrow and hoping that, when it comes, there will still be time to repair the extensive damage being done to us all.

published in The Malta Independent on Sunday : 6 October 2019

 

Il-politika dwar il-klima

“Extinction Rebellion” hi waħda minn l-aħħar forom ta’ eko-attiviżmu. Stabilita fir-Renju Unit reċentment, dan hu attiviżmu non-vjolenti bbażat fuq azzjoni diretta, intenzjonat li jikkonvinċi lill-Gvern biex jaġixxi fil-konfront tal-emergenza klimatika u ekoloġika li qed niffaċċjaw presentement.

It-talbiet li qed jagħmlu lill-Gvern tar-Renju Unit huma ffokati fuq il-ħtieġa li l-fatti veri jkunu magħrufa kif ukoll li jkun hemm azzjoni dwarhom mingħajr iktar tkaxkir tas-saqajn.

Li nassiguraw li jingħadu l-fatti jfisser illi fid-dibattitu dwar il-bidla fil-klima, leħen ix-xjenza jitħalla jinstema’ b’mod ċar. Ix-xjenzjati kienu ċari ħafna (kważi unanimi) huma u jenfasizzaw li l-bidla fil-klima qegħda magħna. Ix-xjenza tgħidilna li diġà qed inħossu l-ewwel impatti tal-bidla fil-klima. Dawn jinkludu temperaturi estremi, tibdil fl-intensità u l-frekwenza tax-xita: nixfa estrema f’partijiet tad-dinja u xita intensiva u għargħar f’oħrajn.

Li jkunu magħrufa l-fatti, jfisser ukoll li nagħrfu illi r-riżorsi fid-dinja huma limitati u li t-tkabbir ekonomiku bla limitu mhux realtà li tista’ isseħħ għax ma hemmx x’jagħmel tajjeb għal dan ix-xorta ta’ tkabbir. Mhux vijabbli li f’dinja b’riżorsi limitati nimmaġinaw tkabbir ekonomiku infinit. Aħseb ftit dwar il-kwalità tal-arja u l-ilma tagħna, il-minerali f’żaqq id-dinja kif ukoll l-ispeċi rari.

Li naġixxu issa jfisser li ma nistgħux nibqgħu nkaxkru saqajna qiesu mhu jiġri xejn. Il-klassi politika ma tistax tibqa’ ddur mal-lewża. Jeħtieġ bidla fil-mod kif ngħixu, mingħajr iktar dewmien.

Jeħtieġilna niffukaw fuq politika ta’ żvilupp sostenibbli b’ħarsa fit-tul flok fuq politika li tħares lejn il-gwadann immedjat . Irridu nibdew naħsbu dwar kif ġenerazzjoni ser ittejjeb fuq dak li ħalliet il-ġenerazzjoni ta’ qabilha flok ma naħsbu dwar x’ser nilħqu nagħmlu sa l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Sadanittant iż-żmien għaddej. Il-frekwenza ta’ maltemp qalil qed jiżdied. L-għargħar qed iħarbat l-infrastruttura ta’ pajjiżi madwar id-dinja. Il-kwalità tal-arja sejra għall-agħar. L-ispeċi qed jisparixxu b’rata li qatt ma rajna bħalha.

Il-livell tal-ibħra qed jogħla, bil-mod għalissa. Imma ma għandna l-ebda garanzija li dan ma jaċċellerax fiż-żmien li ġej.

F’Pariġi, fis-Summit dwar it-tibdil fil-klima fl-2015, kien hemm qbil li għandna nagħmlu ħilitna biex nassiguraw li t-temperatura tad-dinja ma tiżdiedx b’iktar minn 1.5 gradi Celsius fuq it-temperatura pre-industrijali. Imma, wara li diversi pajjiżi issottomettew il-miri volontarji tagħhom kif miftiem fis-Summit ta’ Pariġi, jirriżulta li sa l-aħħar ta’ dan is-seklu ż-żieda fit-temperatura ser taqbez il-mira bid-doppju, ċjoe ser taqbeż it-tlett gradi Celsius. Dan jirriżulta minn rapport tal- IPCC (Intergovernmental Panel on Climate Change) li kien approvat fl-2018 u sar pubbliku fil-Korea t’Isfel. Jekk dan iseħħ, l-impatti tat-tibdil fil-klima ser jiżdiedu b’mod astronomiku.

Minkejja dan, ir-rapport tal-2018 tal-IPCC jenfasizza li xorta għadu possibli illum li nilħqu l-mira li tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1.5 degree Celsius. Imma biex dan iseħħ hemm ħtieġa ta’ tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet kif ukoll tibdil sostanzjali u b’ritmu mgħaġġel f’kull aspett tas-soċjetà. Dan jinkludi process rapidu ta’ tnaqqis ta’ dipendenza fuq il-karbonju (rapid decarbonisation).

Issa għaddew iktar minn tlett snin minn meta Alternattiva Demokratika ippubblikat dokument poliitku dwar il-ħtieġa li f’Malta niffukaw fuq li naslu biex ninfatmu mid-dipendenza fuq il-karbonju (decarbonisation) sa mhux iktar tard mill-2050. Li nilħqu dan l-oġġettiv mhux biss jelimina d-dipendenza fuq fjuwil karboniku imma joħloq ukoll opportunitajiet ekonomiċi sinifikanti kif ukoll numru sostanzjali ta’ impiegi ambjentali fl-użu ta’ teknoliġiji ġodda. Jagħti ukoll kontribut għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.

Ma nistawx nibqgħu niġu naqgħu u nqumu mir-regoli fundamentali tan-natura u x-xjenza mingħajr imbagħad ma nerfgħu l-konsegwenzi. Anke f’dawn il-gżejjer għandna responsabbiltà li nagħtu kontribut biex tkun eradikata l-inġustizzja klimatika. Imma ż-żmien għaddej, ma jistenna lil ħadd. In-natura ma tkaxkarx saqajha biex tirritalja!

 

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2019

Climate politics

Extinction Rebellion is one of the latest forms of eco-activism. It was established in the United Kingdom as an apolitical network using non-violent direct action to persuade the government to take action on the climate and ecological emergency which we face.

In brief, the demands by Extinction Rebellion to the UK government focus on the need to be truthful as well as on the need to act now without any further procrastination.

Telling the truth means ensuring that, when it comes to issues of climate change, the voice of science is heard loud and clear. Scientists have been very clear (practically unanimous) in emphasising the fact that climate change is here. Science tells us that we are already at the receiving end of the first impacts of climate change, which include extremes of temperature and the changing patterns of rainfall: extreme drought in parts of the world and the most intensive rainfall and floods elsewhere.

The truth also means a realisation that the earth’s resources are finite and that they cannot keep bankrolling unlimited economic growth. Infinite economic growth on a planet with finite resources in not viable. Think about the quality of our air, our water, minerals in the earth’s core and rare species: they are, at this point in time, stretched beyond the most reasonable limits. And, finally, the truth finally also means that there is no institution on earth which will bail us out of the accumulating ecological debt.

Acting now means that the status quo must end immediately. The current political class must halt its policy of going around in circles. Changing our lifestyles is an immediate must. We need to take on board a politics of sustainable development which focuses on the long-term view instead of a politics of short-term immediate gains. We must start acting on road-maps which span a generation and not on those which span general elections.

Time is running out: violent storms are more frequent; flooding is playing havoc with the infrastructure all over the world; air quality is deteriorating continuously and species are becoming extinct at the fastest rate ever.

The sea is rising – slowly at this point in time, but we have no guarantee that this will not accelerate. The rate at which ice is melting at the polar caps is not the least reassuring.

The Climate Change 2015 summit in Paris agreed on the need to spare no effort in ensuring that the global temperature did not increase by more than 1.5 degree Celsius over that recorded in the pre-industrial age. However, after the different countries submitted their voluntary targets, as agreed at the Paris summit, it seem that by the end of the current century the increase in temperature will be 3 degree Celsius – double the target. This is the result of an IPCC report (Intergovernmental Panel on Climate Change)  approved and published in South Korea in 2018. If this happens, climate change impacts will increase exponentially.

The key finding of the 2018 IPCC report is that while the 1.5 degree Celsius climate increase target is still achievable at this stage, it would require “deep emission reductions” and “rapid, far-reaching and unprecedented changes in all aspects of society”. This would include rapid decarbonisation.

It has been more than three years since Alternattiva Demokratika -The Green Party – published a policy paper on the need to focus on decarbonisation in Malta and achieve this by not later than 2050. Such an objective would not only eradicate our dependency on carbon fuels, it would also create significant economic opportunities and the creation of a multitude of real green jobs in emerging technologies, as well as contribute significantly to an improvement in our quality of life.

We cannot continue to violate the fundamental laws of nature or science with impunity. Even on these islands we have a responsibility to contribute to the eradication of climate injustice. Time is running out. Nature does not have second thoughts about implementing its agenda!

published in The Malta Independent on Sunday – 1 September 2019

Tniġġiż tal-arja fil-portijiet

Il-kwalità tal-arja fil-portijiet tagħna hi ta’ tħassib kbir. Niddependu minnha biex nieħdu n-nifs. Ir-residenti fil-lokalitajiet madwar il-portijiet qed isiru iktar konxji ta’ dan u jinsistu b’qawwa li tittieħed azzjoni. Ilkoll huma mħassbin miż-żieda astronomika fil-mard respiratorju madwarhom u fil-pajjiż kollu.

Madwar sena ilu l-għaqda ambjentali Maltija Birdlife flimkien ma’ esperti minn għaqda ambjentali Ġermaniża ħadet sehem f’eserċizzju li fih tkejlet il-kwalità tal-arja. Il-kampjuni tal-arja li nġabru minn madwar il-Port il-Kbir kienu jindikaw presenza għolja ta’ trab fin, li ħafna drabi jispiċċa fil-pulmun tagħna.

Il-Port il-Kbir hu ċentru ta’ attività marittima. Jinkludi terminal tal-cruise liners li tul dawn l-aħħar ħames snin kellu medja ta’ 300 cruise liner fis-sena li ġie Malta.

Il-Cruise liners jużaw ħafna elettriku.

Il-grupp ambjentali T & E (Transport and Environment) f’ rapport li kien ħareġ u li kien hemm referenza għalih fil-media lokali, kien qal li l-emmissjonijiet tal-kubrit mill-cruise liners li żaru Malta żdiedu biex fl-2017 kienu madwar 148 darba tal-emissjonijiet tal-kubrit mill-karozzi karozzi kollha fil-gżejjer Maltin dakinnhar. Din il-konklużjoni kienu waslu għaliha meta studjaw informazzjoni li kisbu mis-satelliti.

L-istazzjon televiżiv Ingliż Channel 4, f’rapport investigattiv li xandar madwar sentejn ilu li kien jiffoka fuq il-linja tal-cruise liners P & O kien ikkonkluda li t-tniġġiż li joħloq cruise liner li jġorr madwar 2,000 passiġġier matul kull ġurnata li jopera kien ekwivalenti għat-tniġġiż ta’ miljun karozza kuljum. Dawn il-vapuri l-kbar jagħmlu użu mill-heavy fuel oil, żejt li kif smajna ħafna drabi tul is-snin iħammeġ ħafna. Fost oħajn fih ammont għoli ta’ kubrit – madwar 3,500 darba daqs kemm hemm fil-fuel li jintuża għall-karozzi.

Jista’ jkun hemm nuqqas ta’ qbil fuq iċ-ċifri eżatti tal-emissjonijiet minn dawn il-vapuri. Ħadd iżda ma jkkontesta li dawn huma sostanzjali.

Il-komunità internazzjonali tfittex kontinwament li tirregola dak li jseħħ fl-ibħra internazzjonali. Aħna, iżda, bħala pajjiż għandna noqgħodu ferm iktar attenti għal dak li qed jiġri fil-portijiet u l-ibħra tagħna. L-emissjonijiet, b’mod partikolari dawk ta’ trab fin minn vapuri fil-portijiet u l-ibħra Maltin għandhom impatt dirett fuq il-komunitajiet residenzjali li jgħixu fil-madwar. Dan jgħodd b’mod partikolari għall-lokalitajiet fil-Port il-Kbir kif ukoll għal dawk fill-Bajja ta’ Marsaxlokk.

Hemm żewġ materji partikolari li għandhom jingħataw prijorità. L-ewwel nett hemm ħtieġa li l-awtoritajiet regolatorji Maltin jinfurzaw b’mod strett ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea li jobbligaw lill-operaturi tal-vapuri li fil-portijiet juzaw zjut li jniġġsu inqas u b’mod partikolari li dawn ikollhom kontenut baxx ta’ kubrit. It-tieni miżura meħtieġa hi dwar it-titjib fl-infrastruttura tal-portijiet tagħna biex ikun possibli illi l-vapuri li jidħlu fil-portijiet tagħna jagħmlu użu minn elettriku ġġenerat fuq l-art u b’hekk ikun possibli illi jintfew il-ġeneraturi tal-elettriku fuq il-vapuri. Miżura ta’ din ix-xorta telimina t-tniġġiż tal-vapuri fil-portijiet tagħna minn dak il-mument li jitfew il-ġeneraturi.

F’Malta diġa saru tal-inqas żewġ studji dwar l-implikazzjonijiet kemm-il darba l-vapuri li jżuru Malta jkollhom jagħmlu użu minn elettriku ġġenerat fuq l-art. L-ewwel studju kien sar fuq talba ta’ Transport Malta u kien konkluż fl- 2014 filwaqt li t-tieni wieħed, li kienkonkluż fl-2018 kien ġie kkummissjonat mill-management tat-Terminal tal-Port Ħieles. Iż-żewġ studji kkonkludew illi kemm-il darba l-vapuri li jżuru Malta jibdew jagħmlu użu minn elettriku ġġenerat mill-art, meta jkunu fil-portijiet tagħna, ikun hemm titjib sostanzjali fil-kwalità tal-arja fl-istess portijiet u fil-lokalitajiet kollha li jmissu magħhom. Ir-rapporti jikkonkludu ukoll li dwar jekk dan jaqbilx ekonomikament jew le, fl-aħħar jiddependi fuq kif jaġixxu l-kompetituri tagħna!

Irridu nistaqsu mistoqsija waħda ċara: jagħmel sens li ninkoraġixxu u niddependu fuq ħidma ekonomika li tagħmel ħsara lil saħhitna?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija hi ovvjament le. Il-portijiet tagħna huma riżors prezzjuz li għandna nużawh biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-kommunitajiet madwar il-kosta.

ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 18 t’Awwissu 2019

Air Pollution in our ports

The quality of the air we breath in our major ports is worrying. More residents in the areas around our ports are aware of this and are demanding action: they are all worried by the astronomic increases in the incidence of respiratory illnesses.

Around 12 months ago Maltese eNGO Birdlife carried out an air quality measurement exercise with the support of German experts from the German eNGO Nature and Biodiversity Union (NABU). Air samples taken from the Grand Harbour area indicted the presence of a high level of microscopic particulate matter, which ends up in our lungs.

The Grand Harbour is a hub of shipping activity and also includes a cruise liner terminal which, during the last five years, has had an average annual call rate of over 300 cruise liners.

Cruise liners make use of a large amount of electricity.  In a report covered in the local media, the campaign group T & E (Transport and Environment) said that sulphur emissions from cruise liners visiting Malta in 2017 were around 148 times as much as those emitted from the entire car fleet on the islands. This conclusion was reached after analysing satellite data.

In an investigative report it carried out two years ago focused on the P & O cruise liner company, the UK Television Channel 4 concluded that a cruise liner carrying around two thousand passengers had a daily pollution equivalent to one million cars. Large ships run on heavy fuel oil, which contains 3.5% sulphur – 3,500 times what is permitted in road fuel. There may be a lack of agreement on the exact figures for emissions from the shipping industry, but no one contests that they are substantial.

The international community continuously deals with what happens on the high seas. We can, however, deal more appropriately with what goes on in our ports. Particulate emissions in our ports by the shipping industry has a direct bearing on the residential communities surrounding our ports, notably Grand Harbour and Marsaxlokk Bay.

There are two specific issues which need to be prioritised. The first is for the regulatory authorities to ensure that EU legislation on restricting fuel use to the low sulphur type is observed. The second concerns the need to focus on infrastructural improvements in our ports to facilitate supplying the shipping industry with shore-based electricity, as a result ensuring that the ships’ generators – and consequently the resulting emissions to air –  stops when the ship berthed.

Two studies have already been carried out in Malta on the implications of a shore-to-ship electricity supply for the shipping industry. The first, which was completed in 2014, was carried out by Transport Malta and the second, carried out on behalf of the Malta Freeport Terminals, was completed in 2018. Both studies came to the conclusion that if the shipping industry changed to shore-side electricity there would be a substantial improvement in air quality in our ports. The issue of feasibility, however, is substantially dependent on what our competitors decide!

Does it make sense to keep encouraging economic activity that harms our health? The answer to this question is a definite “no”. Our ports are a most precious natural resource that we should use to enhance the quality of life of our coastal communities.

published on The Malta Independent on Sunday : 18 August 2019

Turiżmu li jagħti kas lin-nies

Id-dibattitu dwar l-impatti tat-turiżmu hu wieħed li ma jispiċċa qatt. X’impatti soċjali u ambjentali huma ġustifikabbli minħabba l-gwadann ekonomiku tat-turiżmu? Ir-riżorsi tal-pajjiż, fi ftit kliem x’numru ta’ turisti jifilħu?

Iktar kmieni din il-ġimgħa, Tony Zahra, President tal-MHRA (l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti) kien kritiku dwar in-numru ta’ turisti u l-impatt tagħhom. Kien rappurtat li qal li n-numru ta’ turisti li qed jiġu Malta kien qed jikber wisq. Emfasizza li l-pajjiż ma jiflaħx għall-impatti li jiġġeneraw daqshekk turisti. L-interess ta’ Tony Zahra fit-turiżmu dejjem kien limitat għall-impatt fuq dawk li joperaw il-lukandi: fejn Zahra għandu l-interessi finanzjarji tiegħu. Għadni qatt ma smajt lill- MHRA u lil Tony Zahra, per eżempju, jinkoraġixxu l-agri-turiżmu, u l-importanza ta’ dan (kieku jsir sewwa) biex jiddiversifika b’mod sostenibbli l-prodott turistiku Malti.

Kważi simultanjament għall-kummenti ta’ Tony Zahra, l-Istitut tal-Università ta’ Malta dwar il-Gżejjer u l-Istati Żgħar (The Islands and Small States Institute) ippubblika studju tal-Professuri Lino Briguglio u Marie Avellino, intitolat : Has overtourism reached the Maltese Islands?

Fl-istudju tagħhom, Briguglio u Avellino jagħtu daqqa t’għajn u jidentifikaw dak li għaddej fit-turiżmu u jidentifikaw l-argumenti kritiċi li qed ikunu żviluppati dwar il-materja. Turiżmu li qed jikber iżżejjed (overtourism) u l-biża’ mit-turiżmu (tourismphobia) huma termini li qed jintużaw bi frekwenza li qed tiżdied biex jiddeskrivu l-impatti soċjali negativi li qed jiżviluppaw bħala riżultat ta’ turiżmu li qed jikber kważi bla rażan. Kien fl-2008 li l-antropologu Katalan Manoel Delgado ddeskriva it- turistofobia bħala taħlita ta’ stmerrija, nuqqas ta’ fiduċja u tmaqdir tat-turiżmu.

Fl-istudju ta’ Briguglio u Avellino hu analizzat stħarriġ li għalih, 51% ta’ dawk li wieġbu qalu illi ma jixtiqux jaraw iktar turisti fil-belt jew raħal tagħhom. L-awturi jinterpretaw dan bħala li jindika li t-turiżmu f’Malta kiber wisq (overtourism), avolja jqisu li l-kampjun ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ hu ftit dgħajjef minħabba li mhux rappresentattiv b’mod adegwat.

Fost l-affarijiet li qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ din il-biża mit-turiżmu hemm il-pressjonijiet soċjali u l-impatti ambjentali (kemm skart b’mod ġenerali kif ukoll il-kontribut għal attività esaġerata tal-industrija tal-kostruzzjoni), konġestjoni tat-traffiku, storbju, it-theddida tat-telf tal-identità kulturali u konflitti soċjo-kulturali.

L-MHRA, kif indika Tony Zahra, tidher li hi tal-istess fehma, avolja Zahra tkellem b’mod ġenerali u evita li jitkellem fid-dettall. L-interess tiegħu, wara kollox, hu l-impatt fuq il-but tal-membri tal-MHRA.

L-istudju ta’ Briguglio u Avellino jemfasizza l-ħtieġa li l-politika dwar it-turiżmu għandha tfittex li tindirizza l-impatti negattivi tal-industrija. Dan mhux biss biex tkun indirizzat il-kwalità tal-ħajja tar-residenti lokali imma ukoll biex l-esperjenza tat-turist tkun waħda aħjar u awtentika. It-triq ‘il-quddiem, jgħidulna Briguglio u Avellino, hi d-demokratizzazzjoni tal-iżvilupp turistiku u dan billi jkun inkoraġġit l-impenn tar-residenti milquta fil-komunitajiet tagħna. L-awturi ma jidħlux f’dettall biex jispjegaw dan kollu x’jista’ jfisser. Għandna nifhmu, iżda, li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-iżvilupp tat-turiżmu għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju pubbliku kontinwu. Dan m’għandux ifisser biss is-sehem tar-residenti milquta f’dan l-iskrutinju imma fuq kollox li dak li jgħidu jkun rifless fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Permezz tad-demokratizzazzjoni tal-iżvilupp turistiku, hu iktar possibli li l-interessi u aġendi konfliġġenti fit-turiżmu jkunu indirizzati. Bħala riżultat ta’ dan, l-imprenditur li jħares lejn il-qliegħ immedjat ikollu jiffaċċja r-realtajiet soċjali u l-impatti ambjentali u kulturali tal-ħidma tiegħu. Bħalissa l-operaturi turistiċi jimpalaw il-profitti u aħna, l-bqija, ndewwu l-feriti soċjali, kulturali u ambjentali li jkunu ħolqu b’ħidmiethom.

It-turiżmu mhiex attività li issir f’bozza. Isseħħ f’komunità magħmula min-nies li għandhom ikollhom l-assigurazzjonijiet kollha neċessarji li l-kwalità tal-ħajja tagħhom mhux ser taqla’ daqqa l-isfel bħala riżultat. It-turiżmu mhux dwar numri ta’ turisti, miljuni ta’ ewro li jintefqu inkella dwar il-kontribut lejn il-Prodott Gross Nazzjonali. Hu ukoll dwar il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.

It-turiżmu sostenibbli huwa primarjament dwar in-nies u mhux dwar il-profitt. Stennejna iktar minn biżżejjed biex dawk li huma effettwati jkunu assigurati li l-ħajja tagħhom ma tibqax imtappna minn dawk li jaraw biss il-flus. Biex dan iseħħ ma hemm l-ebda alternattiva għajr li l-iżvilupp turistiku jkun demokratizzat.

 

Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 11 t’Awwissu 2019

The democratisation of tourism

The debate on the impacts of tourism is never-ending. To what extent does the economic impact of tourism justify its social and environmental impacts? What is the carrying capacity of our islands, that is, what is the number of tourists with which our resources can reasonably cope?

Earlier this week, Tony Zahra, President of the Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) sounded the alarm: he was reported as saying that the number of tourists visiting Malta was too high. He emphasised that it is substantially exceeding the limits of what the country can take sustainably. Tony Zahra’s interest in tourism is limited to the impacts on hotels and hoteliers, his bread and butter. I have yet to hear the MHRA and Tony Zahra advocating agri-tourism, for example, and its importance in diversifying Malta’s tourism product sustainably.

Almost simultaneously The Islands and Small States Institute of the University of Malta published a Paper authored by Professors Lino Briguglio and Marie Avellino, entitled: Has overtourism reached the Maltese Islands?

In their Paper Briguglio/Avellino skim though the issues, identifying the trends and an ever-growing literature on over-tourism. “Over-tourism” and “tourismphobia” are increasingly used as terms to describe the emergence of social discontent with the pressures linked to tourism growth. It was way back in 2008 that  the Catalan anthropologist Manoel Delgado had described turistofobia as a mixture of repudiation, mistrust and contempt for tourists.

In a survey which is discussed in the Briguglio/Avellino paper, 51 per cent of respondents said that they did not want to see more tourists in their town or village. The authors interpret this as indicating the existence of over-tourism in the Maltese islands, even though they consider the sample of respondents as being weak and not adequately representative.

Among the issues contributing to this developing tourist phobia are social discomfort, environmental degradation (including both generation of waste and excessive construction activity), traffic congestion, noise, the loss of cultural identity and socio-cultural clashes.

The MHRA, as indicated by its President Tony Zahra, seems to be on the same wavelength although Tony Zahra limits himself to speaking in general terms, as his primary interest is the financial bottom-line of MHRA members.

The Briguglio/Avellino paper points at the need for tourism policy to consider mitigating the negative impacts of tourism. This could address not just the well-being of the local residents but also the tourist experience. The democratisation of tourism development through encouraging the active participation of the residents suffering the impact in our communities, opine Briguglio/Avellino, could be the way forward. The authors do not go in detail as to what the “democratisation of tourism development” would actually mean. It is, however, understood that the decision-making process of tourism development should be subjected to more public scrutiny by the community suffering from the impact and, that the views of the community are not only heard but acted upon.

Through the democratisation of tourism development, the conflicting interests and agendas involved in tourism must be addressed. As a result, the short-term gains of tourism entrepreneurs would be compelled to face the reality of social responsibility, as well as cultural and environmental costs. So far, the tourism operators pocket the profits and we, the rest, face the impacts.

Tourism is not an activity that happens in a vacuum. It takes place in a community of persons, who should be assured that their quality of life is not impacted negatively upon as a result of the experience. Tourism is not just about numbers of tourists, or the millions of euros spent or a contribution to the Gross National Product: it is also about our quality of life.

Sustainable tourism is primarily about people – not about profit! Is it not about time that those feeling the impacted are involved in ensuring that their lives are not made miserable by others whose vision is limited to euros on the horizon?

The democratisation of touristic development is the only way forward.

 

published on the Malta Independent on Sunday: 11 August 2019