Jgħadduna biż-żmien

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha kif ippubblikat abbozz ta’ Strateġija Nazzjonali dwar l-Ambjent għal konsultazzjoni pubblika. Dan l-abbozz ippubblikatu bl-Ingliż biss. Qiesu t-tmexxija tal-ERA ma tafx bil-Malti.

Minn awtorità pubblika nistennew ferm aħjar minn hekk. Kemm ser iddumu tinsulentawna? L-iskuża li l-Malti mhux addattat għal dokument tekniku mhiex waħda aċċettabbli. In-nuqqas ta’ dokument bil-Malti hi opportunutà mitlufa biex l-ERA tikkomunika iktar man-nies.

Iżda lil hinn mil-lingwa, l-istrateġija ambjentali li qed tkun proposta hi waħda ġenerika. Fiha tmien għanijiet li hu propost li jintlaħqu sal-2050. Il-lista tal-għanijiet li l-ERA trid tindirizza mhiex il-problema, għax il-problema hija li dawn l-għanijiet huma affarijiet li ilna niddiskutu żmien: ġew ippubblikati biżibilju rapporti, strateġiji u regoli jew policies li jkunu saru b’intenzjonijiet tajba tul is-snin!  Il-problemi jinqalgħu dejjem meta nfittxu li nimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jitwettqu dawn l-għanijiet. F’dak il-mument jinqagħu elf skuża, għax fir-realtà ma hemmx il-volontà politika li jittieħdu passi bis-serjetà.

Dan hu bil-bosta differenti milli jipprova jgħid ic-Chairman tal-ERA fid-daħla bl-Ingliż li kiteb għad-dokument konsultattiv! Din hi storja li għaddejna minnha diversi drabi!

Il-ħsara ambjentali li saret tul is-snin mhiex xi ħaġa li ser tkun irranġata mil-lum għall-għada.  Ħadd m’għandu jistenna riżultati malajr fil-mixja biex insewwu l-ħsara ambjentali li tħalliet takkumula tul is-snin.

Il-ħarsien tal-ambjent jinvolvi li jinbidlu deċiżjonijiet politiċi diversi li ittieħdu tul is-snin li kienu parti mill-kawża ta’ ħsara konsiderevoli. Ifisser ukoll li nibdlu attitudnijiet, drawwiet u l-mod kif inġibu ruħna.

Fid-daħla għad-dokument konsultattiv iċ-Chairman tal-ERA Chairman, Victor Axiak, jistqarr li jista’ jkun hemm ħtieġa ta’ sagrifiċċji żgħar fl-immedjat biex niksbu benefiċċji ambjentali fit-tul li jitgawdew minn ġenerazzjonijiet futuri. Din hi dikjarazzjoni li prattikament kulħadd jaqbel magħha. Imma dikjarazzjoni bħal din teħtieġ ukoll li tkun segwita minn lista ta’ miżuri meħtieġa biex tittieħed azzjoni dwarhom,  lista li tvarja minn miżuri li jistgħu jittieħdu immedjatament għal oħrajn li jħarsu iktar fit-tul.

Ma baqax iktar żmien biex noqgħodu niffilosifizzaw dwar l-ambjent.  Il-problemi nafu x’inhuma u  nafu ukoll min fejn ġejjin u min hu l-kawża tagħhom! Tħejjew kwantità ta’ rapporti, strateġiji, pjani t’azzjoni u x’naf jien tul is-snin. Kull Ministru ġdid ipprova jagħti l-impressjoni li hu jew hi sabet is-soluzzjoni b’nisġa ta’ kliem sabiħ li jipprova jimpressjona. Sfortunatament ir-rapporti tekniċi li saru kif ukoll dak li qalu in-nies waqt konsultazzjonijiet pubbliċi, bosta drabi ġie injorat.  Anzi xi drabi l-gvernijiet saħansitra aġixxew bil-maqlub ta’ dak propost jew maqbul!

L-istrateġija proposta illum, per eżempju,  tiffilosofizza dwar il-ħtieġa li innaqqsu id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi u tinsisti li għandhom jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna.  Jekk wieħed imur lura u jerġa’ jaqra ftit l-istrateġija nazzjonali dwar it-trasport, li kienet iffinalizzat sitt snin ilu, jsib eżattament l-istess argumenti. Imma minflok ma ħa l-passi meħtieġa, l-Gvern – kemm direttament kif ukoll permezz tal-agenziji u l-awtoritajiet tiegħu – għamel bil-maqlub!

Kull studju li sar, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, repetutament ikkonkluda li żvilupp massiċċ tal-infrastruttura tat-toroq twassal biex awtomatikament jiżdiedu l-karozzi fit-toroq. Kif mistenni, anke f’Malta, hekk ġara. Il-konġestjoni u l-problemi tat-traffiku żdiedu mhux naqsu riżultat tal-proġetti diversi tat-toroq. Dan seħħ għax kuntrarju tal-pariri li kellu, l-Gvern ma indirizzax il-kawza tal-problemi, imma indirizza l-effett.  Il-problema mhiex il-wisa’ jew it-tul tat-toroq, imma n-numru ta’ karozzi fit-toroq. Is-sitwazzjoni illum – f’ħafna każi  – hi agħar milli kienet qabel ma saru dawn il-proġetti.  

Minnbarra dan, daqslikieku mhux biżżejjed, l-awtoritajiet għamlu is-snin jinkoraġixxu l-iżvilupp ta’ petrol stations kbar, qieshom supermarkets. Dawn ħarbtu ammont mhux żgħir ta’ raba’. Biex issa jiġu jgħidulna kemm iridu jipproteġu l-agrikultura!

Kif nistgħu ntejbu l-kwalità tal-arja jekk nibqgħu nżidu l-karozzi fit-toroq tagħna?  Uħud forsi jargumentaw li s-soluzzjoni qegħda wara l-bieb bl-introduzzjoni tal-karozzi tal-elettriku inkella bl-użu tal-idroġenu jew xi fuel ieħor alternattiv. Dan ikun biss soluzzjoni parzjali għax fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw kif ikun ġġenerat l-elettriku meħtieġ inkella kif ikun prodott l-idroġenu jew fuel alternattiv.

M’għandiex ammont suffiċjenti ta’ enerġija rinovabbli iġġenerata lokalment għax l-għorrief li ħadu id-deċiżjonijiet ftaħru fil-passat kemm kien irnexxielhom jinnegozjaw deroga tajba biex il-mira nazzjonali ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinovabbli ma tkunx 20% imma 10% tal-elettriku ikkunsmat. Ħtija ta’ hekk, illum m’għandniex ammont suffiċjenti ta’ enerġija rinovabbli.  Meta għandna l-ħtieġa ta’ enerġija elettrika bi prezz raġjonevoli  għandna nuqqas f’dan il-qasam li għalih qed inħallsu bizzalza.

Id-dipendenza li għandna bħala pajjiż fuq il-karozzi privati hi riżultat ta’ traskuraġni politika tat-trasport pubbliku tul is-snin. Li t-trasport pubbliku jkun b’xejn minn dan ix-xahar kienet deċiżjoni prematura. L-ewwel pass messu kien li tkun indirizzata l-effiċjenza u l-puntwalità tas-servizz. Il-prezz qatt ma kien problema.

Hu meħtieġ li l-effiċjenza u l-puntwalità tas-servizz ikunu indirizzati b’urġenza. Meta dan isir jagħmel ġid ambjentali ferm iktar mill-argumenti tekniċi kollha dwar kemm hemm ħtieġa li nħarsu l-ambjent. Trasport pubbliku effiċjenti flimkien ma investiment f’modi alternattivi ta’ transport hu ta’ benefiċċju ambjentali enormi.

Din hi uġiegħ ta’ ras kbira. Pariri ċari kien hemm. Iżda meta kien possibli li l-problema tkun indirizzata, l-Gvern, direttament kif ukoll permezz tal-awtoritajiet u aġenziji diversi tiegħu, ġie jaqa’ u jqum minn dan u għamel bil-maqlub!

Argumenti simili jistgħu jsiru dwar numru kbir ta’ materji ta’ importanza ambjentali: mill-ilma sal-pestiċidi, mill-użu tal-art sal-bijodiversità, mill-isforzi favur ekonomija ċirkulari għal taxxi ambjentali iddiżinjati sewwa.

Il-mod kif il-politika dwar it-trasport tħalliet għan-niżla hu biss eżempju wieħed żgħir minn fost bosta li jwassal għall-konklużjoni inevitabbli li ma teżistix rieda politika biex il-ħsara ambjentali tkun indirizzata bis-serjetà.

Il-konsultazzjoni pubblika tal-ERA sfortunatament hi fażi oħra fi proċess li permezz tiegħu qed jippruvaw jgħadduna biż-żmien.

ippubblikat fuq Illum : Il-Hadd 23 t’Ottubru 2022

aqra ukoll dokument sottomessmill-ADPD lill-ERA hawn

L-integrità fil-ħajja pubblika

L-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp) għadha kif ippubblikat tlett rapporti dwar aspetti differenti tal-integrità tal-ħajja pubblika f’Malta. Dan għamlitu bħala parti mill-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

L-ewwel rapport hu dwar kif il-leġislazzjoni eżistenti tista’ titjieb filwaqt li t-tieni wieħed hu dwar it-titjib organizzattiv meħtieġ fl-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. It-tielet rapport fih rakkomandazzjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni tal-lobbying.

It-tlett rapporti fihom total ta’ 71 rakkomandazzjoni li l-esperti u l-konsulenti tal-OECD iddiskutew mad-diversi persuni u organizzazzjonijiet li ltaqgħu magħhom f’Malta. Mingħajr ma innaqqas mill-mertu ta’ dawn it-tlett rapporti irrid nemfasizza bi kważi ċertezza li l-parti l-kbira ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu ilhom preżenti fid-dibattitu politiku lokali għal żmien konsiderevoli. Sfortunatament dawn ġew repetutament injorati mill-partiti fil-parlament.

F’dawn il-paġni jiena ktibt diversi drabi dwar il-ħtieġa li nirregolaw il-lobbying fil-pajjiż. Il-lobbying huwa parti essenzjali mill-proċess demokratiku. Jeħtieġ, iżda, li jkun trasparenti. Sentejn ilu, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler, ippubblika dokument konsultattiv dettaljat dwar il-mod kif nistgħu nirregolaw il-lobbying fil-pajjiż. Wara sentejn, iżda,  għadu ma sar xejn: il-proposti tiegħu għadhom qed jiġu “studjati”! Hi sfortuna li s’issa l-partiti fil-parlament ma jidhrux li huma interessati.  

Il-ħolqien tal-uffiċċju ta’ Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika kien pass tajjeb ħafna, avolja kien hemm ħafna dewnien u tkaxkir tas-saqajn sakemm il-liġi għaddiet mill-Parlament.

Dan l-uffiċċju jeħtieġ li jkun allinejat kemm mal-uffiċċju tal-Ombudsman kif ukoll mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Meta tqishom flimkien dawn huma tlett funzjonijiet essenzjali biex il-governanza tajba tinfirex u tissaħħaħ fl-oqsma kollha tal-amministrazzjoni pubblika.

It-tlieta li huma qed jagħmlu xogħol utli.  Jistgħu jkunu anke aħjar kieku jkollhom inqas tfixkil kull meta jkunu jeħtieġu informazzjoni biex jeżaminaw dak li jkollhom quddiemhom.  Ir-rapporti tal-OECD jezaminaw il-liġi Maltija li biha twaqqaf l-uffiċċju ta’ Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika u jigbdu l-attenzjoni għad-diversi oqsma fejn jista’ jsir titjib biex ikun assigurat li l-indipendenza tal-Kummissarju tkun imħarsa b’mod prattiku.

Il-pubblikazzjoni tal-files Uber, iktar kmieni din il-ġimgħa, wrew li hemm bosta gvernijiet u istituzzjonijiet oħra (inkluż l-Unjoni Ewropeja) li minkejja li għandhom biżibilju liġijiet u regolamenti dwar il-lobbying, xorta nqabdu fuq sieq waħda. Għax li jkollok il-liġijiet li jiregolaw il-lobbying mhux biżżejjed: neħtieġu ukoll ir-rieda politika biex nimplimentawhom. Bosta drabi din ir-rieda politika ma teżistix!  

Il-kontabilità, it-trasparenza u l-governanza tajba huma ferm iktar minn slogans: huma valuri fundamentali li fuqhom jinbena l-istat demokratiku modern.  L-uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika, l-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huma parti integrali mill-infrastruttura demokratika li hi essenzjali biex dawn il-valuri jrabbu għeruq b’saħħithom fl-istituzzjonijiet u s-soċjetà tagħna.

Madwar tnax-il xahar ilu l-Ombudsman kien indika li ma kellux intenzjoni li jaċċetta li l-ħatra tiegħu tkun imġedda. Ghad ma ġiex identifikat min ser jinħatar floku avolja qed jingħadu bosta affarijiet dwar dak li għaddej bejn il-partiti parlamentari  huma u jiddiskutu dwar min jista’ jinħatar.  Sadanittant Dr George Hyzler ser ikollu jwarrab ukoll  għax inħatar mill-Gvern Malti fil-Qorti Ewropeja tal-Awdituri. F’dan il-mument delikat ser ikun hemm post ieħor vojt.

Jekk verament nemmnu li f’dan l-istat demokratiku l-istituzzjonijiet għandhom valur, huwa essenzjali li dawn il-vakanzi jimtlew illum qabel għada. F’ġieh is-serjetà fil-ħajja pubblika hemm bżonnhom bla ħafna iktar dewmien.

ippubblikat fuq : Illum 17 ta’ Lulju 2022

Standards Matter

The Organisation for Economic Cooperation and Development (OECD), has just published three reports dealing with various aspects of the integrity of public life in Malta. This was done as part of the EU funded project on “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”.

The first published report deals with the need to reinforce existing legislation, while the second one deals with the organisational review required at the office of the Commissioner for Standards in Public life. The third report deals with recommendations for the improvement of transparency and integrity in lobbying.

The three reports contain a total of 71 recommendations arrived at by experts and advisors at OECD after having carried out various meetings with stakeholders in Malta. Without in any way diminishing the positive contribution of all three OECD publications I can safely state that the great majority of the recommendations made in the three OECD publications have been present in the local public debate for a considerable time. Unfortunately, they have been repeatedly ignored by the parliamentary parties.

I have written on the need to regulate lobbying many times from these columns. Lobbying is an essential part of the democratic process. It needs, however, to be transparent. Two years ago, Dr George Hyzler, the Commissioner for Standards in Public Life published a detailed consultation paper on lobbying entitled: Towards the Regulation of lobbying in Malta. Two years down the line nothing has been done to regulate lobbying: his proposals are still being “studied”. Unfortunately, none of the parliamentary parties is remotely interested, so far.

The creation of the office of Commissioner for Standards in Public life was the achievement of a milestone, even though it took too long a time to drive the relevant legislation through Parliament.

The office needs however to be aligned with the Office of the Ombudsman and that of the National Audit Office. Viewed together these are the three essential offices which seek to ensure good governance, in all its aspects, throughout the different levels of public administration.

All three are doing sterling work. They can however do better if they encounter less obstructions whenever they seek information to examine issues at hand. The OECD reports dissect the legislation setting up the Office of the Commissioner for Standards in Public Life and pinpoint the several areas where improvements are essential in order to ensure that the independence of the Commissioner is protected in practical ways.

Standards matter. 

The Uber files published earlier this week indicate that many other governments and institutions (the EU included) are not up to scratch notwithstanding the at times detailed legislation regulating lobbying. The point being made is that having legislation regulating lobbying on our statute books is not enough: we need the political will to implement it. Many times, this political will is inexistent.

Accountability, transparency and good governance are not just slogans: they are fundamental values which underpin the modern democratic state. The office of the Commissioner for Standards in Public Life, the Ombudsman and the National Audit Office are the essential democratic infrastructure to ensure that these fundamental values have strong roots in our institutions.

Around twelve months ago the Ombudsman has signified his intention that he does not desire a renewal of his term of office. His replacement has not been identified yet as a result of the  horse-trading in which the PN and PL are currently engaged in. In the meantime, Dr George Hyzler has been kicked upstairs, being nominated as the Maltese member  at the European Court of Auditors. As a result, very shortly, another vacancy in the Office of Commissioner for Standards in Public Life has been created at such a delicate point in time.

If we really believe that, in a democratic state, institutions really matter, it is imperative that these vacancies are addressed at the earliest. Standards matter.

published in The Malta Independent on Sunday : 17 July 2022