Id-demokrazija lokali tista’ tħares l-ispazji urbani mħaddra

Għandna ħtieġa ta’ iktar spazji mħaddra fiz-zoni urbani. L-ispazji mħaddra huma ta’ għajnuna biex insaħħu, u fejn meħtieġ nistabilixxu mill-ġdid il-kuntatt tagħna man-natura. Dawn il-kuntatti ħadu daqqa sewwa riżultat tal-iżvilupp eżaġerat ta’ madwarna. Dan kollu hu ħtija ta’ Awtorità tal-Ippjanar li tat prijorità lill-iżvilupp esaġerat a skapitu tal-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.

Il-Kunsilli Lokali għandhom rwol importanti ħalli jassiguraw il-ħarsien tal-ispazji miftuħa mħaddra biex dawn ma jispiċċawx għalf ħalli jissodisfaw l-aptit tal-iżviluppaturi. Il-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali jsemmgħu leħinhom biex jiddefendu lill-lokalità tagħhom. Sfortunatament ma hemm l-ebda garanzija li jistgħu jaslu u dan għax il-gvern lokali hu biss ittollerat mill-gvern ċentrali.

L-aħħar eżempju, dak tal-Kunsill Lokali tal-Gżira, immexxi b’tant għaqal mis-Sindku Conrad Borg-Manché, għandu jkun ta’ twissija għal kulħadd. Fil-battalja legali li l-Kunsill Lokali tal-Gżira fetaħ dwar il-ġnien pubbliku kontra l-Awtorità tal-Artijiet ġie stabilit b’ċertezza li din l-Awtorità naqset milli twettaq żewġ miżuri bażiċi ta’ governanza tajba: naqset milli tkun trasparenti f’ħidmietha u naqset ukoll milli tikkonsulta mal-Kunsill Lokali tal-Gżira. 

Din hi problema li qed titfaċċa ta’ sikwit min-naħa tal-gvern ċentrali u l-agenżiji tiegħu li għandhom ħabta jibqgħu għaddejjin romblu minn fuq il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex. Il-gvern ċentrali għadu mhux komdu li jaġixxi f’kuntest fejn tirrenja s-sussidjarjetà u d-demokrazija lokali u dan minkejja li l-kunsilli lokali ilhom magħna għal kważi tletin sena.

Kemm il-darba jsir xogħol bil-galbu hi politika tajba li ninvestu fl-iżvilupp ta’ spazji miftuħa fiż-żoni urbani u l-madwar, u li dawn inħaddruhom.  Ikun, imma, għaqli jekk l-ewwel u qabel kollox inħarsu l-ispazji mħaddra li diġa għandna fiz-zoni urbani.

Ħarsu lejn il-ġnien pubbliku tal-Gżira u l-ġara tiegħu l-pompa tal-petrol.  Dawk li jfasslu l-politika tal-Awtorità tal-Artijiet u dik ta’ Project Green għandhom jaħsbu ftit dwar x’futur jista’ għandhom il-pompi tal-petrol. L-elettrifikazzjoni tal-karozzi daqt magħna u konsegwenza ta’ hekk ftit ftit tibda tonqos l-utilità tal-pompi tal-petrol, sakemm ma jkollniex bżonnhom iktar.  Hemm imbagħad il-mira tal-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli li l-karozzi fit-toroq jonqsu b’41 fil-mija. Dan kollu għandu jwassal b’mod loġiku għall-konsiderazzjoni li iktar jagħmel sens li tispiċċa l-pompa tal-petrol biex tagħmel il-wisa’ għal ġnien pubbliku ikbar. Dan jagħmel sens ferm iktar milli joqgħodu jnaqqru biċċiet mill-ġnien pubbliku biex ikabbru d-daqs tal-pompa tal-petrol!

Meta jirnexxielna nreġġgħu lura l-impatti tal-iżvilupp, nagħtu spinta tajba biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd, mhux biss fil-Gżira!  Huwa f’dan il-qasam fejn jista’ jkollna bidla bis-serjetà fil-politika u l-azzjoni relattiva dwar l-ispazji miftuħa u mħaddra fiż-żoni urbani tagħna.  Hu faċli li troxx il-fondi pubbliċi fuq art abbandunata jew art fi stat ta’ telqa: €700 miljun faċli tonfoqhom b’dan il-mod! L-isfida qegħda biex tkun indirizzata l-ħsara li l-iżviluppaturi jikkawżaw fl-infrastruttura urbana li hi tant essenzjali biex nibqgħu f’kuntatt man-natura. Dan il-kuntatt tant essenzjali, jzommna b’saħħitna, anke mentalment, u jgħin sostanzjalment biex titjieb il-kwalità tal-ħajja!

Din hi t-triq realistika l-quddiem. Jeħtieġ li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jkun prinċipju bażiku tal-governanza tajba kif ukoll li nassiguraw li jkunu l-Kunsilli Lokali li jmexxu dak kollu meħtieġ għall-iżvilupp u ż-żamma f’kundizzjoni tajba tal-infrastruttura urbana lokali, inkluż l-ispazji miftuħa mħaddra.

Il-Gvern ċentrali, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet u Project Green, għandu jservi lid-demokrazija lokali flok ma jkompli jipprova joħnoqha.

Din hi l-lezzjoni li toħroġ mill-ġnien tal-Gżira.

ippubblikat fuq Illum: 7 ta’ Mejju 2023

Local democracy can protect our urban green spaces

We need more green open spaces in our urban areas. Green open spaces help us strengthen and where necessary re-establish our links with the natural world. These links have been severely impacted by the overdevelopment around us and by a Planning Authority which has prioritised overdevelopment at the expense of our quality of life.

Local Councils have a very important role to play in order to ensure that existing green open spaces are protected and do not continue to serve as fodder for the development lobby. Most Local Councils speak up to defend their locality. Unfortunately, success is not guaranteed as local government is, unfortunately, merely tolerated by central government.

The latest case, that of the Gżira Local Council, ably led by its Mayor Conrad Borg-Manché, should be an eyeopener. In its legal battle on the threatened public garden, the Gżira Local Council established beyond doubt that the Lands Authority failed the basic tests of good governance: the Lands Authority did not act transparently and in addition it has failed to consult with the Gżira Local Council.

This is a recurring problem with central government and its agencies who unfortunately tend to ride roughshod over local councils in Malta and Gozo. Central government is not yet sensitised to subsidiarity and local democracy notwithstanding that local councils have been around for almost thirty years.

Investing in the development of new green open spaces in our urban areas, or within easy reach, is good policy, if done properly. It would be much better, however, if existing green spaces in our urban areas are adequately protected. Much still needs to be done to achieve this objective.

Consider the Gżira public garden and its neighbour the fuel station. Policy makers at the Lands Authority and at Project Green should think about whether fuel stations have any future at all. The electrification of transport is in the pipeline and consequently it is only a question of time before fuel stations start the countdown leading to their disappearance. Coupled with the sustainable development strategy targeted reduction of 41 per cent of cars on the road this should lead to the logical consideration that it makes more sense for the fuel station to make way for an enlarged public garden instead of having parts of the public garden being nibbled away by the fuel station.

Reversing the impacts of development, for a change, could do wonders for our quality of life, not only in Gżira! This is where real changes are required to policies and action relative to the provision of green open spaces in our urban areas. It is relatively easy to splash public funds on abandoned or derelict land: all 700 million euros of it. The real challenge is where the development lobby is destructing or has already destructed the urban infrastructure which should keep us in contact with nature and as a result enhance our sanity and quality of life!

This is the realistic way forward. We should seek to apply subsidiarity as an operating principle of good governance, and ensure that local authorities take the lead in all matters concerning the development and enhancement of the local urban infrastructure, including that is, of green open spaces.

Central government, in this case through the Lands Authority and Project Green, should be at the service of local democracy instead of continuously seeking ways to strangle it. The local voice should lead the way and it should not be suffocated any longer.

This is the basic lesson from the Gżira garden saga.

published in The Malta Independent on Sunday: 7 May 2023

Kafè Al Fresco ……… is-sogru huwa tiegħek

Ħwienet tal-kafè jew restoranti al fresco f’numru ta’ lokalitajiet ħadulna l-bankina. F’xi każi anke l-ispazju għall-parkeġġ tal-karozzi ħadu, għax dawn jimpurthom biss minn ħaġa waħda: li jdawru lira. Ovvjament dawn jippretendu li aħna nimxu f’nofs it-triq għax fuq il-bankina ftit iħallulna spazju minn fejn ngħaddu. Iħalluhom, qiesu ma ġara xejn. Lanqas tista’ titkellem, għax il-bankina għamluha tagħhom.

L-awtoritajiet jiġu jaqgħu u jqumu għax dawn jinteresshom biss li jkunu jidhru “business friendly”: ċjoe viċin in-nies tal-flus, ħa jdawru lira. Il-bqija, min jafhom?

Is-sindki tal-Gżira u Tas-Sliema, Conrad Borg Manchè u Dominic Chircop, matul dawn l-aħħar ġimgħat għamlu sewwa li emfasizzaw li l-mod kif tal-kafè u r-restoranti al fresco qed joperaw fil-lokalitajiet tagħhom mhux aċċettabbli, għax ma jagħtux kas tan-nies.

L-inċidenti, kif tafu, jiġru. Biżżejjed incident wieħed ta’ karozza misjuqa ħażin li tista’ tispiċċa toqtol jew tweġġa’ serjament numru ta’ persuni f’xi wieħed minn dawn il-ħwienet tal-kafè jew ir-restoranti. Imbagħad forsi jkun hemm min jagħti kas.

Ftit ġimgħat ilu, f’Lulju, żgħażugħ Olandiz ta’ 25 sena li kien qiegħed jippassiġa San Giljan max-xatt intlaqat minn Subaru Impreza li kienet misjuqa b’veloċitá esaġerata minn żgħażugħ ta’ 20 sena li kien rappurtat li qabeż kull limitu raġjonevoli ta’ alkoħol. L-Olandiż miet l-isptar. Oħrajn weġġgħu. U dan apparti bosta ħsara oħra.

Kien pass tajjeb tal-Awtoritá tal-Artijiet li rrifjutat applikazzjoni tas-sidien tal-Lukanda Waterfront max-Xatt tal-Gżira biex dawn ikunu jistgħu jieħdu numru ta’ spazji għal parkeġġ biex ikollhom ħanut tal-kafè jew restorant fuq il-bankina quddiem il-lukanda. Meta sidien il-lukanda ikkontestaw id-deċiżjoni tal-Awtoritá tal-Artijiet, fl-aħħar sabu lil min jagħti kas. Il-Maġistrat Charmaine Galea li ppresjediet l-appell emfasizzat li r-regoli dwar l-imwejjed u s-siġġijiet fl-apert jipprojibixxu li dawn jitqegħdu biswit toroq arterjali, viċin traffiku li jkun għaddej b’veloċitá. Il-Maġistrat Galea emfasizzat li n-nies għandha dritt li tkun imħarsa mit-traffiku, mill-istorbju kif ukoll mid-dħaħen iġġenerati mill-karozzi.

Il-Maġistrat Charmaine Galea għandha raġun. Hemm ħtieġa urgenti li l-loġika tagħha tinfetta l-proċess deċiżjonali tal-Awtoritá tal-Ippjanar għax hu ċar li prattikament il-ħwienet tal-kafè u r-restoranti kollha fuq il-bankina fix-Xatt tal-Gżira u tas-Sliema mhumiex skont ir-regoli. Dan jgħodd ukoll għal inħawi oħra.

Id-deċiżjoni tal-Maġistrat Galea tagħti piz lill-argumenti tas-sindki tal-Gżira u tas-Sliema li ilhom żmien jinsistu li l-ħwienet tal-kafè u r-restoranti al fresco biswit ir-rotot ewlenin tat-traffiku jeħtieġu iktar ħsieb qabel ma jingħataw il-permess biex joperaw. Jeħtieġ titjib fl-infrastruttura biex it-traffiku jkollu jnaqqas il-veloċitá kif ukoll biex in-nies ikunu protetti minn inċidenti kkawżati minn karozzi misjuqa bl-addoċċ, mill-istorbju kif ukoll mid-dħaħen tal-petrol u d-dijsil. L-Awtoritá tal-Ippjanar ma wriet l-ebda sens ta’ responsabbilta meta injorat lin-nies u qieset biss il-qies li dawk li jridu jdawru lira, irrispettivament mill-konsegwenzi.

Fuq il-bankini ftit qed jitħalla spazju biex jgħaddu n-nies u ma hemm l-ebda protezzjoni la mit-traffiku perikoluż u l-anqas mid-dħaħen. Għall-Awtoritá tal-Ippjanar, sfortunatament, dan kollu ma jfisser xejn.

It-tħassib tal-Kunsilli Lokali dwar il-ħwienet tal-kafè u r-restoranti al fresco hu għal kollox injorat mill-Awtoritá tal-Ippjanar għax ma jidhriliex li huma affarijiet li għandha tikkunsidra qabel ma tieħu d-deċiżjonijiet tagħha.

Qabel ma tippjana passiġġata max-xatt ftakar li hemmhekk hu riżervat għal min irid idawwar lira! Mill-bqija, is-sogru hu kollu tiegħek.

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2018

 

 

Al fresco dining ……… at your risk

Al fresco dining has taken over pavements in a number of localities and parking spaces too have not been spared either, as the catering business does not care about anything except its bottom line. Apparently, we are expected to walk in the middle of the road.

The authorities do not give a fig, as their brief is apparently to be business-friendly. People friendly? Their dictionary has no reference to the term: never heard of that!

In the last few weeks, the mayors of Gżira and Sliema – Conrad Borg Manchè and Dominic Chircop – have rightfully emphasised that the manner in which al-fresco coffee shops and restaurants in their localities are operating is largely unacceptable. It just takes one car accident to kill a number of diners: then maybe the authorities will take note.

Accidents do happen: a few weeks ago, in July, a 25-year old Dutchman, who was walking along the St Julian’s promenade was hit by an over-speeding Subaru Impreza, driven by a 20-year-old who was reported as being well over the drink-drive limit. The Dutchman died in hospital. Others were injured; street furniture was damaged.

The Lands Authority has taken the right step in refusing an application submitted by the owners of the Waterfront Hotel on The Strand Gżira, to encroach on a number of parking spaces in order to provide an al-fresco extension to the Hotel on the pavement. When the hotel’s owners contested the Lands Authority’s decision,  they were, at last, faced with some common-sense.

Magistrate Charmaine Galea, chairing the Appeals Tribunal, emphasised that the outdoor catering policy prohibited any platforms adjacent to arterial roads or in close proximity to fast-moving traffic. She rightly emphasised the fact that restaurant patrons had to be safeguarded from traffic, noise and air pollution.

She is obviously right and we desperately need her logic to “infect” the Planning Authority decision-making structures because it is clear that practically none of the al-fresco dining areas on the pavement along The Strand in Gżira and Sliema (and many other areas) are in accordance with the policy.

Magistrate Galea’s decision gives considerable weight to the points raised by the mayors of Gżira and Sliema who have been insisting all along that al-fresco dining alongside main traffic routes needs to be given considerably more thought before being given the go-ahead. The infrastructure needs upgrading in order that traffic calming measures are introduced and restaurant patrons are adequately protected – not only from traffic accidents but from noise and exhaust fumes as well. The Planning Authority has not acted responsibly when it has issued a considerable number of permits which ignore patrons but then takes great care of the bottom-line of the catering establishments.

The permits issued as a result of the so-called “one stop shop” planning policy may be business friendly, but it is certainly not people-friendly. Serious concerns related to pedestrian access through the labyrinthine footpaths left on the pavements, adequate protection from over-speeding traffic and the impact on health impacts from eating metres away from exhaust fumes are continuously ignored by the Planning Authority.

The inputs from local councils on the subject of al-fresco dining is repeatedly ignored, as the Planning Authority is not bothered. It obviously considers the above issues as being trivial in nature.

Walking along The Strand?

Forget it: the promenade is reserved for business!

 

published in The Malta Independent on Sunday : 1 September 2018