Wara t-tkeċċija ta’ Mario: l-ikbar daqqa jħossuha t-tfal

Ma’ Mario tkellimt ftit minuti wara li ħarġet fil-pubbliku l-aħbar tat-tkeċċija. Kien trankwill bħal dejjem. Konvint li għamel kullma seta, l-obbligu tiegħu bħala edukatur.

Hu diffiċli nifhem kif l-Ordni Dumnikan wasal biex iddeċieda li jkeċċi lil Mario minn surmast ta’ St Albert. Mario għandu karattru ferm differenti milli qed jippruvaw ipinġuh. Miegħu dejjem tista’ tiddiskuti u problema qatt ma naf li ħarab minnha: jipprova jsolviha jew jagħti kontribut biex tissolva. Id-diskussjoni taħraq qatt ma ħarab minnha, iżda dejjem kien hemm, preżenti b’argumenti sodi u b’konvinżjoni f’dak li jemmen u jagħmel.

Ma’ Mario ħdimt mill-qrib, issa għal bosta snin fil-partit. Għalih l-iskola kienet ħajtu. Iddedika l-ħin tiegħu kollu għall-iskola. Bosta drabi anke is-Sibt u l-Ħadd kien jibqa’ għaddej bil-ħidma tal-iskola, favur it-tfal. Għax xogħolu ta’ edukatur mhux wieħed limitat minn x’ħin jiftaħ il-bieb tal-iskola sa ma jagħlqu.

Id-dedikazzjoni tiegħu għall-iskola kienet totali: għas-servizz tat-tfal flimkien ma’ sħabu l-għalliema.

Id-daqqa kiefra tal-Ordni Dumnikan bla dubju Mario jħossha. Imma fl-aħħar jirkupra minnha. Mhux l-istess it-tfal. Dawn id-daqqa jibqgħu jħossuha fit-tul. Possibli li ser tagħmel differenza kbira f’ħajjithom!

L-ikbar ħsara li d-Dumnikani għamlu hi lit-tfal. Għalhekk jeħtieġ soluzzjoni malajr. Forsi ma tafx kif, il-medjazzjoni tal-Arċsqof tagħti l-frott. Forsi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s