José Herrera jiġbidlu l-ispaga

Jose Herrera

Naqbel mad-deċiżjoni li ħa s-Segretarju Parlamentari José Herrera meta ordna lid-Direttur tal-Kunsilli Lokali biex dan jagħti struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li hu meħtieġ li dan jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu li jaħtar Kunsillier minn fostu bħala Works Manager tal-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar.

Is-Segretarju Parlamentari aġixxa korrettement biex jassigura tmexxija ghaqlija, trasparenti u kontabbli. Tmexxija li tosserva dak li tistabilixxi l-liġi tal-Kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera kien l-aħħar linja ta’ difiża li kellha il-komunita’ ta’ San Pawl il-Baħar għax is-saffi l-oħra ta’ difiza jirriżultaw li fallew u ma ħadmux.

Fallew milli jaqdu dmirhom il-kunsilliera infushom li issa qed jirriżulta li ħadd minnhom ma kellu konoxxenza tal-obbligi tagħhom. Ħadd minnhom ma oġġezzjona. L-Kunsilliera Laburisti kollha ivvutaw favur. Dawk tal-PN astjenew. Ħadd minnhom ma semma leħnu u ġibed l-attenzjoni  li kienet qed isseħħ irregolaritá bil-ħatra ta’ kunsillier bħala works manager.

L-anqas ma mexa sewwa il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-offerti . F’dan l-istadju l-offerta tal-Kunsillier kellha tkun meqjusa bhala inammissibli. Dan ifisser li min ħa sehem f’dan il-proċess ma jifhimx.

L-anqas ma qeda dmiru s-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali li wera b’dan il-każ li ma kellux għarfien adegwat tar-regoli tal-Kunsilli Lokali. Jekk ma jafx dawn l-affarijiet x’qiegħed jagħmel bħala Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar?

Falla ukoll id-Direttur tal-Kunsilli Lokali li kellu l-obbligu li jintervjeni fil-każ mill-ewwel minghajr ma jkun hemm il-ħtieġa li s-Segretarju Parlamentari  jagħmilha ta’ suġġeritur.

Fortunatament il-Kunsilli  Lokali li jaġixxu b’dan il-mod huma ftit fil-għadd.

Minn dan il-każ ta’ San Pawl il-Baħar nistgħu naslu għal numru ta’ konklużjonijiet.  Hemm bżonn urġenti li kemm il-Kunsilliera kif ukoll is-Segretarji Eżekuttivi jkunu mħarrġa aħjar biex jagħrfu jaqdu sewwa r-responsabbiltajiet tagħhom. Huwa meħtieġ ukoll li  l-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-offerti jkun afdat f’idejn persuni kompetenti  kif ukoll li jkun hemm iktar nies imħarrġa fil-lokalitajiet biex jaqdu din il-funzjoni. B’hekk il-Kunsilli Lokali jkunu assigurati li jkollhom pariri mingħand persuni  li jifhmu.

Fl-aħħarnett huwa  meħtieġ  li d-Direttur tal-Kunsilli Lokali jkun iktar proattiv u jkun lest li jiċċaqlaq mingħajr il-ħtieġa li jiġbidlu l-ispaga José Herrera .

One comment on “José Herrera jiġbidlu l-ispaga

  1. Il kunsilli immexxija min mitt bniedem mitt fehma. Jien nimmeravilja ruhi meta nies inkapaci ghall-ahhar jipprezentaw lilhom infushom ghal dawn il karigi hekk importanti. L-aghar huwa li mid-dehra ma hemm hadd lejn minn jkunu jistghu jirrikorru jekk ikollhom bzonn ta kjarifika fuq haga jew l’ohra. Mhux ta’ b’xejn tahwid u tbazir u l kunsill ta fuq ma jaqbilx mal- kunsill ta’ hdejh. Mhux ta’ b’xejn tonqos it-trasparenza. Jekk minn qieghed ‘imexxi’ ma jaghtix kas – l’anqas ghad-distrett tieghu stess ahseb u ara. Basta niddandnu meta jkun hemm bzonn. U s-segretarji tal-kunsill hafna minnhom ma jiswewx karlin. U din hija l-aktar pozizzjoni mportanti fl- istruttura tal-kunsil. Ghalfejn hawn bzonn aktar min 65 kunsill? Fuq kollox – go dal-pajjiz li huwa HAFNA anqas minn villagg shieh tal-Ewropa. Hallas it- taxxi poplu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s