Il-governanza tajba tinbena fuq it-transparenza

It-transparenza hi l-pedament essenzjali għal governanza tajba. B’kuntrast ma dan, il-governanza ħażina, ġeneralment, tkun akkumpanjata mis-segretezza u dan billi jinżamm jew ikun ostakolat l-aċċess għal informazzjoni ta’ kull xorta, liema informazzjoni għandha tkun pubblika.

Il-ħmieġ assoċjat mal-Panama Papers sirna nafu bih fil-mument li nkixfet l-informazzjoni dwar dawk li fittxew l-irkejjen tad-dinja fejn hi inkoraġġita s-segretezza: irkejjen fejn jinħbew il-flus ġejjin mill-korruzzjoni u mill-evażjoni tat-taxxi. Bl-istess mod l-iskandlu tal-Vitals dwar l-isptarijiet kif ukoll it-taħwid kollu assoċjat mal-power station ma kienux iseħħu kieku l-Partit Laburista fil-gvern għażel it-trasparenza flok is-segretezza bħala għodda essenzjali għat-tmexxija. Segretezza li kultant twaħħxek.

Il-kontabilità li tant niftaħru biha, wara kollox, hi dwar ir-responsabbiltà. Tfisser l-għarfien tar-responsabbiltà għal dak li nagħmlu. Dan ma jistax iseħħ jekk ma ssaltanx it-trasparenza, dejjem, u mhux biss meta jaqbel.

Il-ġimgħa l-oħra, l-Kamra tal-Kummerċ ippubblikat dokument bil-ħsibijiet tagħha dwar il-ħtieġa li tkun inkoraġġita u msaħħa l-governanza tajba. Kien f’loku li l-Kamra tal-Kummerċ emfasizzat li l-governanza tajba hi msejsa fuq it-trasparenza, l-kontabilità u s-saltna tad-dritt.

Spiss jingħad li l-informazzjoni hi poter. It-transparenza hi dwar dan il-fatt: li jkun assigurat li l-poter jinfirex. Għax hu biss meta jkollna għarfien ta’ dak li qed jiġri li nkunu nistgħu neżerċitaw id-dritt bażiku tagħna bħala ċittadini li neżiġu illi kull min jiddeċiedi, u allura jeżerċita l-poter, jagħti kont ta’ egħmilu, dejjem.

Il-politiċi mhumiex l-uniċi li jieħdu d-deċiżjonijiet. Dawn jinkludu liċ-ċivil u lil dawk li jmexxu l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet imwaqqfa biex jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tal-istat fit-twettieq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu.

It-trasparenza teħtieġ li tinfirex anke fid-dinja tal-kummerċ. Spiss nisimgħu lil min jemfasizza li l-politika m’għandiex tindaħal fis-settur privat, fid-dinja tan-negozju. Għal uħud għadu mhuwiex ovvju li anke s-settur privat, u in-partikolari id-dinja tan-negozju, għandu joqgħod lura milli “jindaħal” fil-politika. Fost affarijiet oħra dan ifisser il-ħtieġa li jkun regolat il-lobbying. Dan ma jsirx billi il-lobbying ikun ipprojibit imma billi kull attività ta’ lobbying tkun transparenti. Għax jekk il-lobbying isir sewwa jista’ ikollu impatt posittiv fuq it-tfassil tad-deċiżjonijiet. Hi is-segretezza li tagħti fama ħażina lill-lobbying, segretezza intenzjonata biex ixxaqleb id-deċiżjonijiet lejn interessi kummerċjali u fl-istess ħin biex tostor it-taħwid.

Huwa f’dan id-dawl li l-inizjattiva tal- Ministru l-ġdid għall-Ambjent Aaron Farrugia li jżomm lista tal-laqgħat kollha tiegħu ma’ dawk li jfittxu li jiltaqgħu miegħu, inkluż mal-utenti, u li jippubblika din l-informazzjoni fil-forma ta’ reġistru ta’ trasparenza hi pass kbir ‘il quddiem. Din l-inizjattiva hi f’waqtha u hi ta’ eżempju lill-politiċi oħrajn biex huma ukoll jipprattikaw it-transparenza. Dan imma għandu jkun biss l-ewwel pass li jeħtieġ li jkun segwit bil-pubblikazzjoni ta’ proposti u dokumenti li l-Ministru jirċievi waqt dawn il-laqgħat, kif ukoll il-minuti tal-laqgħat li jkunu saru.

Hu magħruf li l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed iħejji biex jippubblika abbozz ta’ proposti dwar ir-regolamentazzjoni tal-lobbying biex eventwalment tkun tista’ issir konsultazzjoni pubblika dwarhom. Nittama li dan iwassal għal sitwazzjoni fejn f’dan il-qasam Aaron Farrugia ma jibqax l-eċċezzjoni. Il-bqija tal-membri tal-Kabinett m’għandhomx jibqagħlhom għażla. Għandhom ikunu kostretti li huma wkoll jaġixxu biex it-transparenza fil-ħidma politika tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni.

Għax huwa biss meta it-transparenza jkollha egħruq fondi u b’saħħithom li nistgħu nibdew intejbu d-demokrazija tagħna billi neliminaw id-difetti li tħallew jakkumulaw tul is-snin.

 

ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 26 ta’ Jannar 2020

Good governance is founded on transparency

Transparency is the indispensable foundation of good governance. In contrast, bad governance is generally wrapped in secrecy through the withholding of information which should be in the public domain.

The Panama Papers saga saw the light of day when information on those seeking secretive jurisdictions was made public. These locations are sought to hide  the fruits of corruption or tax evasion from public scrutiny. Similarly, the Vitals hospital scandal, as well as the power station scandal, with all their ramifications, would undoubtedly not have occurred if the Labour Party in government had embraced transparency instead of entrenching secrecy as its basic operational rule.

Transparency is a basic characteristic of good governance whereas secrecy is the distinguishing mark of bad governance, inevitably leading to unethical behaviour and corruption.

Without transparency, accountability is a dead letter; devoid of any meaning. A lack of transparency transforms our democracy into a defective process, as basic and essential information required to form an opinion on what’s going on is missing. After all, accountability is about responsibility: it signifies the acknowledgement and assumption of responsibility for our actions. This cannot be achieved unless and until transparency reigns supreme.

Last week, the Chamber of Commerce published its views on the need to reinforce good governance. Pertinently it emphasised that good governance is founded on transparency, accountability and the rule of law.

It is said that knowledge (and information) is power. This is what transparency is all about: ensuring that power is shared by all as it is only when we are aware as to what is going on that we can exercise our basic right as citizens: holding decision-takers to account. Being in possession of information gives each and every one of us the power to act and exercise our civic rights.

Holders of political office are not the only decision-takers. Decision-takers include the civil service as well as those running authorities and institutions established to facilitate the administration of the state in carrying out its functions and duties.

Even business leaders should be transparent in their actions and decision-taking. Many a time we have heard the expression “we should take politics out of business”, signifying that politics should not interfere in the private sector.

To some it is less obvious that the reverse of that is just as important, meaning that we should also “take business out of politics”. Among other things, this signifies that we should regulate lobbying. This is not done by prohibiting lobbying but by focusing the spotlight of transparency on all lobbying activity. If lobbying is done properly, it could have a beneficial impact on policy making. It is secrecy that gives lobbying a bad reputation: a secrecy intended to derail decisions in a manner beneficial to the different lobby groups as well as to facilitate and shroud underhand deals.

In this respect the initiative of the newly appointed Environment Minister Aaron Farrugia to log all of his meetings with lobbyists and stakeholders and to publish a Transparency Register is a welcome step in laying solid foundations for the practice of transparency by holders of political office. It is, however, only a first step and must be eventually followed by the publication in real time of proposals received as well as the minutes of meetings held.

It is known that the Commissioner for Standards in Public Life will shortly be publishing proposals for the regulating of lobbying. Hopefully, this should lead to a situation where Aaron Farrugia would not be an exception. Others will be compelled to not only follow in his footsteps but to proceed much further in entrenching transparency in the working methods of holders of political office.

A deep-rooted commitment to transparency is the only way by which we can start repairing our defective democracy.

 

published in The Malta Independent on Sunday : 26 January 2020

Il-kontabilità ……….. taħt l-effett tal-loppju

Il-Kummisarju tal-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju ta’ l-Ombudsman, iktar kmieni din il-ġimgħa ikkonkluda li mhu affari ta’ ħadd jekk membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar jattendux jew le l-laqgħat tal-Bord. Dik biċċa tagħhom: hi responsabbiltà tagħhom dwar kif jaġixxu biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom. Meta għaldaqstant, Jacqueline Gili kienet pprovduta bis-servizz ta’ ajruplan privat biex ikun iffaċilitat li hi tattendi għal-laqgħa tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li fiha kienet diskussa u approvata l-monstrosità tal-dB Group f’Pembroke kien hemm indħil mhux permissibli fil-proċeduri tal-istess awtorità.

Is-Sur Johann Buttigieg, Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, ikkonferma pubblikament li d-deċiżjoni li jġib lil Jacqueline Gili bil-ajruplan privat minn Catania, u jeħodha lura Catania biex tkompli tgawdi l-btala mal-familja tagħha, kienet deċiżjoni tiegħu. F’pajjiż fejn il-governanza tajba hi pprattikata, mhux ipprietkata biss, is-Sur Buttigieg kien jirreżenja immedjatament, inkella kien jitkeċċa bla dewmien hekk kif l-aħbar kienet magħrufa pubblikament. Dan apparti mid-dell kbir li nxteħet fuq il-validità tad-deċżjoni li ttieħdet bħala riżultat ta’ dan l-indħil fil-ħidma tal-Bord.
Imma, huwa fatt magħruf li l-Awtorità tal-Ippjanar mhiex kapaċi tiddeċiedi fuq kaz daqshekk ċar ta’ tmexxija ħażina. M’għandiex il-kuraġġ li taġixxi.

Ma nistgħux nistennew imġieba mod ieħor. Dawk maħtura fl-awtoritajiet pubbliċi huma kkundizzjonati dwar kif iġibu ruħhom mill-mod kif jaraw lill-politiċi li jkunu ħatruhom iġibu ruħhom. U ngħiduha kif inhi: ma tantx għandhom eżempji tajba fuq xiex jimxu.
L-istorja tal-Panama Papers hi waħda relattivament riċenti. Il-Prim Ministru Joseph Muscat, malli sar jaf li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, waqqfu kumpaniji fl-Amerika Ċentrali, fil-Panama, li hi rinomata bħala post fejn taħbi l-flus u tevita t-taxxi, flok ma keċċihom minnufih, qiesu qagħad jiggusthom daqslikieku ma ġara xejn. Dwar x’seta ġara iktar mill-kumpaniji ta’ Mizzi u Schembri u t-tielet kumpanija misterjuża (Egrant), s’issa għad ma nġiebu l-ebda provi. Dan intqal mill-Qrati repetutament, avolja d-deċiżjonijiet tal-Qrati ġew interpretati b’mod li qieshom naddfu lil uħud assoċjati mal-politika minn kull ħtija possibli. Il-fatti huma mod ieħor, kompletament differenti.

S’issa, bla dubju, hemm assenza ta’ provi kredibbli li jindikaw xi ħtija kriminali. Imma ma nistgħux ngħidu l-istess dwar l-imġieba ta’ dawk involuti. Il-provi magħrufa juru bl-iktar mod ċar li tal-inqas hemm imġieba żbaljata u mhix etika u dan minnu nnifsu jiġġustifika sanzjonijiet politiċi.

Dan ma japplikax biss għal dawk il-persuni li huma esposti għall-politika u li issemmew fil-Panama Papers. Japplika ukoll għal xenarji differenti f’kull kamp politiku.

Fuq livell kompletament differenti, jiena diversi drabi għamilt referenza għal tliet rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar ir-responsabbiltajiet politiċi ta’ Jason Azzopardi, ilkoll konnessi mal-amministrazzjoni ta’ art pubblika. F’kull wieħed minn dawn it-tliet rapporti l-ex-Ministru Jason Azzopardi kien iċċensurat b’qawwa kbira. Ilkoll niftakru meta f’Ottubru 2017 waqt laqgħa pubblika tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi uffiċjal pubbliku kien xehed li l-ex Ministru Azzopardi kien jaf b’dak kollu li kien għaddej. Imma Jason Azzopardi jibqa’ jilgħabha tal-iblah u jagħmel ta’ birruħu li ma kellux idea dwar dak li kien għaddej madwaru.

L-Opposizzjoni s’issa għadha ma ġegħlitux jerfa’ r-responsabbiltà ta’ għemilu. La ġiegħlet lilu u l-anqas lil oħrajn. Bilfors, f’dan il-kuntest, allura wieħed jistaqsi dwar kif l-Opposizzjoni tippretendi li neħduha bis-serjetà meta tkun kritika ta’ ħaddieħor. Għax l-ewwel u qabel kollox, l-Opposizzjoni għandha tkun kapaċi tapplika għaliha dak li ġustament tippretendi b’insistenza mingħand ħaddieħor.

Sfortunatament il-klassi politika presentment fil-ħatra mhiex kapaċi tipprattika dak li tipprietka. Meta l-partiti politiċi fil-parlament huma b’kuxjenza mraqqda, qiesha taħt l-effett tal-loppju, m’għandniex għalfejn niskantaw b’dak li naraw madwarna.

Ippubblikat fuq Illum :13 ta’ Jannar 2019

 

Anesthetised accountability

Earlier this week, the Planning and Environment Commissioner at the Ombudsman’s office held that it is nobody’s business as to whether or not the Planning Authority’s Board members attend Board meetings: this is a matter for their exclusive concern. The provision of a jet plane to encourage and facilitate the attendance of Ms Jacqueline Gili at the PA Board meeting which considered and approved the dB monstrosity at Pembroke is thus considered as an undue interference and influence in the Planning Authority’s operations.

The Planning Authority Executive Chairman Johann Buttigieg is on record as having taken the responsibility for the decision to bring Ms Gili over to Malta from Catania by air and facilitating her return to continue her interrupted family holiday.

In a country where good governance is upheld, Mr Buttigieg would have resigned forthwith and, in the absence of such a resignation, he would have been fired on the spot as soon as information on the matter became public knowledge.

In addition one would also have had to deal with the fallout on the validity of the decision so taken as a result of such an undue interference.

It is, however, well known that the Planning Authority is incapable of reacting to such blatant bad governance. It is common knowledge that that it lacks the proverbial balls, making it incapable of acting properly.

But we cannot realistically expect otherwise, because the appointees to public authorities mirror the behaviour of their political masters. We cannot expect accountability from the appointees if those that appoint them continuously try to wriggle out of shouldering their responsibilities. There are, of course, some exceptions.

The Panama Papers saga is recent enough. Instead of firing Minister Konrad Mizzi and his Chief of Staff Keith Schembri on the spot for setting up companies in the Central American tax-haven, Prime Minister Joseph Muscat acted as if nothing of significance ever happened. What could have happened – in addition to the setting up Mizzi’s and Schembri’s companies and the third mysterious one (Egrant) is not so far provable. This has been stated repeatedly by our Courts, although the relative decisions have been repeated misinterpreted as absolving various politically exposed people (PEP) from any wrong doing. Nothing could be further from the truth.

There is no doubt that, so far, there is an absence of proof indicating potential criminal liability. However, as a minimum, there is sufficient proof in the public domain pointing towards both errors of judgement and unethical behaviour which, on its own, is sufficient to justify immediate political sanctions.

This is not only applicable to all the PEP featuring in the Panama Papers saga. It is also applicable to other different scenarios across the political divide.

On a completely different level, I refer to the three reports by Auditor-General concerning the political responsibilities of Jason Azzopardi, all three of which deal with the management of government-owned land. In all three cases, former Minister Jason Azzopardi was heavily censored. I remember when a senior civil servant testified during a sitting of Parliament’s Public Accounts Committee in October 2017, in public session, that then Minister Azzopardi was aware of all the goings-on. Yet Jason Azzopardi sanctimoniously plays the idiot and feigns ignorance of the goings-on around his desk.

As yet, the Opposition has not yet held him (and others) to account. The Opposition cannot expect to be taken seriously when it rightly censors others before it musters sufficient courage to put its own house in order.

Unfortunately, the political class currently in office is not capable of practising what its preaches. With such anesthetised political parties, it is no wonder that this country has long gone to the dogs.

published in The Malta Independent on Sunday : 13 January 2019

Ir-riżultat elettorali : l-ewwel riflessjonijiet

 

L-ewwel nett grazzi lill-2563 persuna li għoġobhom jagħtu l-fiduċja tagħhom lill-kandidati ppreżentati minn Alternattiva Demokratika.

Dan ifisser ukoll li AD naqqset it-total ta’ voti miksuba bi ftit iktar min-nofs. Riżultat li kien mistenni minħabba li ftaqbida elettorali qawwija, bħalma kienet din l-elezzjoni, uħud isibu lill-AD bħala target faċli. Din ġrat diversi drabi fl-istorja elettorali ta AD u fil-fatt minħabba fhekk AD kisbet riżultati agħar minn hekk fil-passat.

Għal min qed jgħid li dan hu l-agħar riżultat li qatt kisbet l-AD, ninfurmah li dan mhux il-kaz. Dak inkiseb fl-2003 meta fil-klima inċerta dwar jekk Malta tissieħibx jew le fl-EU, AD kisbet 1929 voti fl-ewwel għadd.

Setgħet AD tikseb riżultat aħjar? U xkien ikun il-prezz għal dan?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija bażika hi li AD setgħet tikseb riżultat aħjar kieku aċċettat li tkun appendiċi tal-PN. Dan konna nafuh, imma ma konniex disposti li nħallsu l-prezz: għax il-prezz kien li narmu l-kredibilitá l-baħar, u dan ma konniex disposti li nagħmluh.

Ir-raġunijiet għaliex għażilna li ma nissieħbux mal-PN huma magħrufa, imma huma ukoll uħud mir-raġunijiet li jistgħu jagħtu spjegazzjoni għal dan ir-riżultat elettorali li għal uħud jidher stramb. Imma mhu stramb xejn.

Uħud qed jgħidu li bir-rebħa massiċċa tal-Partit Laburista hemm rebħa għall-korruzzjoni u għan-nuqqas ta governanza tajba. Nissottometti li dan mhux il-kaz.

Kif għidna bħala Alternattiva Demokratika, l-argumenti tal-Partit Nazzjonalista, u tal-appendiċi tiegħu l-Partit Demokratiku, ma kienux kredibbli.

Kif tista titwemmen meta tiftaħ ħalqek kontra l-korruzzjoni, favur il-governanza tajba u kontra l-impatti ta kunflitti ta interess qawwija meta dan kollu madwarek tħallieh għaddej?

Il-PN u dawk li ħeġġew vot favur il-PN dan kollu injorawh u bhekk ikontribwew għal dan ir-riżultat.

Għalkemm nixtieq li r-riżultat kien aħjar għal AD, pero jiena kburi li ħadd ma għaddieni biżżmien.

Ir-riżultat għadu mhux konkluż, għax l-impatti tiegħu għad jistgħu jkunu mitigati xi ftit mit-trasferimenti ta’ voti li ser ikun hemm matul il-bqija tal-għadd. Imma l-istorja bażika hi din li qed ngħidu.

Issa irridu nħarsu lejn il-futur. AD trid tindirizza dawk l-affarijiet li ilha tevita s-snin. Ma jistax ikun li partit politiku bħal AD ma jkunx organizzat aħjar biex ikun fposizzjoni li jilħaq aħjar lill-eletturi. FAlternattiva Demokratika hemm allerġija għall-ħidma organizzattiva, li tiqies minn uħud bħala burokrazija żejda. AD tista’ tkun iktar relevanti biss jekk tkun kapaċi li tagħmel dan il-pass li għalih kien hemm resistenza qawwija internament tul is-snin.

Dan ifisser organizzazzjoni iktar ħajja u viċin l-egħruq tas-soċjetá li fiha naħdmu.  

Għax fl-aħħar mill-aħħar hu inutli li jkollok uħud mill-aħjar ideat jekk ma jkollokx il-kapaċita li twassalhom għand in-nies. Fl-aħħar dan hu in-nuqqas ta AD, nuqqas li hu preżenti elezzjoni wara l-oħra u li sissa ma ġiex indirizzat. AD dejjem kienet partit politiku bideat ċari, li mhux biss tipprietka l-etika fil-politika, imma tpoġġi dan fil-prattika. Huwa neċessarju issa li AD ma tibqax dgħajfa amministrattvament. Għax fdawn iċċirkustanzi l-ideat tajba u l-iġieba korretta mhux biżżejjed.