Profitti għas-settur privat, riskji u kontijiet għall Gvern!

Nhar it-Tnejn li għadda l-Parlament iddiskuta s-sentenza mogħtija mill-Imħallef Francesco Depasquale fuq il-konċessjoni dwar tlett isptarijiet tal-Gvern lill-Vitals Global Healthcare liema konċessjoni eventwalment għaddiet għand Steward Health Care. Id-deċiżjoni li ngħatat hi kontra l-Prim Ministru bħala kap tal-Eżekuttiv, kif ukoll kontra l-Avukat Ġenerali, kumpaniji diversi mill-grupp kummerċjali ta’ Steward Health Care u xi korpi pubbliċi u r-rappresentanti tagħhom.

Din hi kawża li ppreżenta Adrian Delia meta kien għadu Kap tal-Opposizzjoni. Il-parti kbira tad-diskussjoni parlamentari dwar din is-sentenza iffukat fuq nuqqas ta’ governanza tajba, dwar tmexija ħażina u dwar frodi flimkien mal- korruzzjoni, assoċjati ma’ din il-konċessjoni sa mit-tnissil tagħha.

Dan kollu joħroġ ċar mis-sentenza tal-Qorti tal-ġimgħa l-oħra. Imma għal min kien attent, dan kien diġa jidher ċar fiż-żewġ rapporti dwar din il-konċessjoni tal-isptarijiet, rapporti li ħareġ l-Awditur Ġenerali f’Lulju 2020 u f’Diċembru 2021. Is-sentenza tal-Qorti qed issaħħaħ u tirrinforza l-konklużjonijiet li wasal għalihom l-Awditur Ġenerali.

Niftakru li f’Lulju 2020 l-Awditur Ġenerali kien ippubblika l-ewwel rapport tiegħu, rapport li hu mifrux fuq iktar minn 200 paġna u li kien jiffoka fuq il-proċess tal-offerti għall-konċessjoni dwar l-isptarijiet. Dan kien supplimentat b’addendum ta’ 20 paġna oħra. Iktar tard f’Diċembru 2021 l-Awditur Ġenerali kien ippubblika it-tieni rapport tiegħu b’467 paġna, li kien jiffoka fuq il-qafas kuntrattwali tal-konċessjoni u kif dan ġie mħaddem.

L-Awditur Ġenerali kien ikkonkluda fir-rapporti tiegħu li l-preparazzjoni li wettaq il-Gvern in konnessjoni mal-konċessjoni kienet waħda superfiċjali, u li meta ħareġ is-sejħa għall-offerti kien fil-fatt diġa ftiehem u fuq kollox lill-Kabinett bosta drabi kien iħallieh fil-għama. Anke l-Ministru tal-Finanzi kien imwarrab, qiesu kien qiegħed hemm għalxejn!

Punt interessati li isemmi l-Awditur Ġenerali hu li Vitals Global Healthcare ippreżentaw garanzija bankarja mill-Bank of India li kienet datata 13 ta’ Marzu 2015, ħmistax-il ġurnata qabel ma fil-fatt ħarġet is-sejħa għall-offerti. Dan sar għax il-ftehim kien diġa sar u s-sejħa li ħarġet għall-offerti kienet waħda finta! A bażi ta’ dan, l-Awditur Ġenerali kien tal-fehma li Vitals Global Healthcare kellhom ikunu skwalifikati milli jippartiċipaw fis-sejħa għall-offert għall-konċessjoni dwar l-isptarijiet.

Dan hu kollu importanti u separatament wassal għal konklużjonijiet li issa wasal għalihom ukoll l-Imħallef Depasquale fis-sentenza li qed nitkellmu dwarha. Ifisser li Gvern serju, kieku ried, seta jaġixxi. Kellu biżżejjed informazzjoni biex jibgħat lil Steward Health Care isaqqu. Imma b’mod ċar dan ma setax jagħmlu għax il-Gvern kien parti integrali mill-ħadma li saret.

Imma hemm affarijiet oħra, daqstant importanti, ta’ natura fundamentali u li huma presentment skartati mid-diskussjoni pubblika. Kemm jagħmel sens li qasam sensittiv bħas-saħħa ikollu parti sostanzjali minnu taħt kontroll kważi assolut tas-settur privat. Jagħmel sens il-Public-Private Partnership fil-qasam tas-saħħa?

Din hi mistoqsija li hi kompletament skartata fid-dibattitu pubbliku li sar u li għadu għaddej. Hi mistoqsija fundamentali li mit-tweġiba għaliha tista’ toħroġ il-fasla ta’ kif is-settur privat jista’ jikkontribwixxi u jipparteċipa mingħajr ma jikkontrolla: kif kulħadd jitħallas ta’ xogħolu imma li ħadd ma jitħalla jberbaq il-ġid tal-pajjiż.

L-esperjenza li għandna f’dan il-pajjiz dwar l-involviment tas-settur privat f’dawn it-tip ta’ proġetti hi waħda ta’ problemi kbar: problema ta’ deċiżjonijiet ħziena u ta’ abbuż ta’ poter, kif ukoll suspetti kbar ta’ frodi u korruzzjoni. Dan b’referenza kemm għal din il-konċessjoni tal-isptarijiet, il-progett tal-enerġija f’Delimara u anke fil-progett ta’ San Vinċenz f’Ħal-Luqa. F’kull kaz hemm rapporti voluminużi tal-Awditur Ġenerali li jispjegaw dettaljatatment it-taħwid li ġie iġġenerat mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista wara l-2013.

Huwa mudell ekonomiku fallut li jarmi l-assi pubbliċi. Mudell li intuża ukoll f’ċirkustanzi oħra bħall-bejgħ tal-art f’Pembroke bir-ribass biex ikun iffavoreġġat il-proġett spekulattiv tal-Grupp dB.  Il-profitti li jirriżultaw mill-ispekulazzjoni, sfortunatament għandhom prijorità fuq il-ġid komuni għal dan il-Gvern.

Hu ċar li jekk irridu l-involviment tas-settur privat fi proġetti pubbliċi, dan l-involviment għandu jkun regolat sewwa u din ir-regolamentazzjoni għandha tkun infurzat biex tkun assigurata governanza tajba mill-bidu nett, mill-ewwel ideat sat-twettieq ta’ proġetti ta’ din ix-xorta.  S’issa kollox qiegħed jitħalla jimxi għal riħu bil-konsegwenzi li qed naraw b’għajnejna u li qed insiru nafu bihom ftit ftit. Nuqqas ta’ regoli ċari li jkunu infurzati jwassal inevitabilment għal taħwid, għal frodi u għal korruzzjoni. Riżultat ta’ hekk ibati l-pajjiz kollu.

ippubblikat fuq Illum: 5 ta’ Marzu 2023

Private profits public risks

On Monday Parliament discussed the decision delivered in Court by Judge Francesco Depasquale relative to the Government hospital concession awarded to Vitals Global Healthcare, eventually substituted by Steward Health Care. The decision delivered is against the Prime Minister as head of the Executive, as well as the Attorney General, various companies in the Steward Health Care Group and a number of quangos and their representatives.

This Court Case was presented by Adrian Delia when he was Leader of the Opposition. The major part of the Parliamentary discussion has focused on bad governance, fraud and corruption which were all associated with the hospital concession process since its inception.

All this emanates from the Court decision delivered last week. However, those who observe the political scene attentively would be undoubtedly aware that all this was already evident in two reports published by the Auditor General on this hospital concession: the first one published in July 2020 and the second one in December 2021. The Court’s decision, in fact, reinforces the Auditor General’s conclusions.

We do clearly remember that in July 2020 the Auditor General had published a first report running into over 200 pages focusing on the hospital concession tendering process. This was followed by an addendum and later, in December 2021 the Auditor General published a second report, 467 pages long, which reviewed the contractual framework of the hospital concession.

In his reports the Auditor General concluded that the preparatory work carried out by the public sector in relation to the hospital concession was very superficial. The Auditor General’s reports also identified that even before the request for proposals was published Government had already concluded on awarding Vitals Global Healthcare the hospitals concession! Cabinet and even the Finance Minister were generally kept in the dark. 

The Auditor General, in his investigations, found a bank guarantee presented by Vitals Global Healthcare. It was issued by the Bank of India on the 13 March 2015, a fortnight before the request for proposals was even published. This clearly established that the agreement was already sealed even before the public request for proposals had been published. The Auditor General had clearly identified this as a definite proof of collusion. On this basis, the Auditor General had in fact expressed a strongly worded opinion that Vitals Global Healthcare should have been disqualified from participating in the request for proposals relative to the hospitals’ concession.

All this is of paramount importance. Way back in 2020/21 it had led to the Auditor General conclusions which have now been confirmed by Mr Justice Depasquale in the decision delivered last week. This means that government should and could have acted then: it had sufficient information to send Steward Health Care packing. However very clearly it could not act as it was part and parcel of the deceit at hand.

There are however further matters, just as important as the above, which the current debate unfortunately avoids. We should ask: does it make sense for a sector as sensitive as health to be controlled in this manner by the private sector? Does a public-private partnership in the health sector make sense?

These questions are being ignored in the public debate currently at hand. These questions are of a fundamental nature as the replies thereto could identify the manner as to how the private sector can be involved without having a controlling interest and how all those involved can be fairly remunerated without squandering public funds.

The local accumulated experience resulting from this kind of projects is very problematic: we are continuously faced with incorrect decisions, abusive decision-taking as well as substantial suspicions of fraud and corruption. This is being stated with reference not just to this hospital concession but also to the energy deal at the Delimara Power Station and the project at the Luqa elderly residence: St Vincent de Paul. In each case the Auditor General has produced voluminous reports detailing the mayhem generated by the post 2013 Labour government.

It is a failed economic model which discounts public goods. It has also been applied in other sectors: a case in point being the Pembroke land “sold” at throwaway prices in favour of the speculative project of the dB Group. Speculative profit is unfortunately being continuously prioritised over the common good by the present government.

It is crystal clear that if we want the private sector involved in public projects its involvement must be regulated, and the said regulatory regime must be adequately enforced in order to ensure good governance throughout, from inception right through to implementation. So far it is a free for all: the consequences are for all to see.  A lack of clear rules and their enforcement inevitably leads to confusion, fraud and corruption. The whole country, as a result, has to pay the consequences.

published in The Malta Independent on Sunday : 5 March 2023

Ftit ħsibijiet tal-parker ta’ Chris Peregin

Wara l-intervista ta’ Chris Peregin fuq is-Sunday Times ta’ illum interessanti l-għazliet tiegħu tul dawn l-aħħar snin.

Fl-2013 għażel li jkollna Gvern tal-Labour, għax saħħru Joseph Muscat.

Għażel li jissieħeb bħala membru kemm tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll tal-Partit Laburista għax għoġbitu l-idea li bħala membru tal-partit seta jkollu sehem fl-għażla tal-Kap/Mexxej. Laħaq ivvota għall-Kap tal-PN u għażel lil Adrian Delia.

Xi żmien ilu Chris Peregin kien qalilna li l-logħob ta’ Bernard Grech biex iħallas it-taxxa kien wieħed problematiku għal bniedem fil-politika. Issa Peregin beda jdur mal-lewża, għax, taf int, din ma tiġrix lil Bernard Grech biss.

Peregin għad ma irrealizzax li fis-siegħa tal-prova Bernard Grech naqas bil-kbir. Il-valuri etiċi tiegħu irmihom il-baħar!

Issa, wara dan kollu, Peregin iħossu b’esperjenza biżżejjed biex jgħin lilna ukoll biex nagħmlu l-għażliet tagħna.

Ħaġa waħda ma qalx: li partit politiku bħall-PN, li hu parti mill-problema, qatt ma jista’ jkun is-soluzzjoni.

Il-merċinarju ma jsolvix problemi, iżda jipprova jaħbihom.

Lil hinn minn Oliver

Lill-Oliver Scicluna ftit nafu. Segwejtu jaħdem mill-bogħod u għandi rispett u ammirazzjoni lejh bħala persuna kif ukoll għad-dedikazzjoni tiegħu għal dak li jemmen fih.

Il-co-option tiegħu fil-Parlament imma hi abbuż sfaċċjat tas-sistema. Kif kienet abbuż il-co-option ta’ bosta oħrajn: ta’ Adrian Delia, ta’ Bernard Grech, ta’ Miriam Dalli, ta’ Clyde Caruana u anke ta’ Joseph Muscat innifsu fl-2008.

Hu abbuż li ħadd ma ikkontestah sal-lum. Kien hemm mumenti meta dan kien fix-xifer li jsir meta l-Eżekuttiv tal-PN kien iddeċieda li jikkoptja lil Jean Pierre Debono meta irriżenja David Stellini, MP għal Ghawdex.

Dakinnhar, b’mod sfaċċat, l-Eżekuttiv tal-PN kien iddeċieda li jkun co-opted Jean Pierre Debono flok Kevin Cutajar.

Kevin Cutajar kien kandidat fuq Għawdex, imma Jean Pierre kien qed jistenna ringrazzjament talli ċeda is-siġġu tiegħu fuq Ħaż-Żebbuġ biex daħal Adrian Delia fil-Parlament. Delia, ovvjament, ma setax jirringrazzja lil Jean Pierre billi jagħmlu ambaxxatur, bħalma Joseph Muscat kien għamel lil Joseph Cuschieri, anke jekk snin wara!

Kull kandidat ikun urtat jekk wara li jkun aċċetta l-inkonvenjent li jikkontesta elezzjoni u ma jitlax, wara, kif titfaċċa opportunità fid-Distrett tiegħu jitfaċċa xi ħadd minn barra d-distrett biex itellfu anke dik l-opportunità. Il-każ ikun agħar jekk min jitfaċċa l-anqas biss ikun qagħad iħabbel rasu biex jikkontesta elezzjoni. Bħal Oliver, bħal Adrian, bħal Bernard, bħal Clyde u bħal Joseph.

Il-co-options li jsiru b’dan il-mod hu abbuż tas-sistema u għandhom jispiċċaw. Din il-kitba mhiex kritika ta’ Oliver imma tal-partiti li qed jabbużaw mis-sistema.

Co-option flok Gavin Gulia

Ir-riżenja ta’ Gavin Gulia minn membru parlamentari, ftit minuti wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, hi kemmxejn stramba. S’issa mhux magħruf x’inhuma r-raġunijiet għal din ir-riżenja. Ma rridx noqgħod nispekula dwarhom jew inkella inżejjen b’aġġettivi lil min jista’ jkun involut f’dak li bla dubju ġara wara l-kwinti.

Gavin Gulia mhux l-ewwel membru parlamentari li rriżenja b’dan il-mod. Qablu kien hemm it-Tabib Peter Micallef li irriżenja biex jiġi co-opted Adrian Delia. Anke Micallef irriżenja ftit minuti wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.

Meta l-proċedura tal-co-option tintuża b’dan il-mod, il-votant ikun qiegħed jingħata bis-sieq. Għax il-votant ikun għamel għażla u din l-għażla tkun qed tkun skartata kapriċċjożament favur min ma kellux id-diċenza jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.

Wasal iż-żmien li r-regoli li diġa jeżistu dwar il-co-options ikunu segwiti. L-Att dwar L-Elezzjonijiet Ġenerali (General Elections Act) jipprovdi ir-regola bażika dwar il-co-option fl-Iskeda 13 tiegħu.

L-artiklu 22 (2) ta’ din l-iskeda jgħid hekk : Meta  jiġi  biex  jimtela  l-post  ta’  Membru  bil-għażla, għandhom jitqiesu li kemm jista’ jkun, ikun hemm l-istess interessi u fehmiet li kien jidher għalihom u li kellu dak il-Membru illi postu jkun tbattal. (bl-Ingliż: In filling a vacancy by co-option, regard shall be had to the representation as nearly as may be of the interests and opinions represented and held by the vacating Member.)

Tiftakru x’pogrom kien inqala’ meta l-Eżekuttiv tal-PN kien għażel li flok il-Membru Parlamentari Għawdxi David Stellini jagħmel co-option ta’ Jean-Pierre Debono li ma kellu x’jaqsam xejn mad-Distrett Għawdxi? L-Eżekuttiv tal-PN kellu jagħmel U-turn u eventwalment għażel lill-Għawdxi Kevin Cutajar.

Il-liġi jiġifieri diġa tipprovdi li l-partiti m’għandhomx id-dritt jagħmlu li jridu meta jkun hemm ħtieġa ta’ co-option imma għandhom limitazzjonijiet ċari li sfortunatament rari ħafna ġew osservati.

Issa nistennew u naraw x’ser jiġri meta tittieħed deċiżjoni dwar il-co-option flok Gavin Gulia.

Il-PN u d-due diligence

Waħda mill-aspetti pożittivi tal-elezzjoni tal-Kap il-ġdid tal-PN hi l-obbligu li dawk li jikkontestaw l-elezzjoni jkunu għaddew minn proċess ta’ due diligence. Jiġifieri jkunu ġew eżaminati dwar il-ħidma passata tagħhom biex jiġi stabilit jekk hemmx x’inkun ikkjarafikat. Għax ma jagħmel ġid il-ħadd li wara l-elezzjoni jinqalgħu l-problemi fuq dak li jkun ġie elett.

Din tad-due diligence kienet lezzjoni li l-PN tgħallem mill-elezzjoni ta’ Adrian Delia. Għax b’dak li ippubblikat Daphne Caruana Galizia kien ċar anke minn qabel ma tela’ li xejn ma kien addattat!

Issa x’ser jigri? Ma nafx u l-anqas ma nixtieq noqgħod nispekula. Imma mhux korrett li jingħad li din tad-due diligence hi xi ħaġa żejda. Hi proposta tajba u jekk applikata tajjeb tista’ teħles lill-PN minn ħafna inkwiet!

Il-Kabinett Nazzjonalista li jmiss

Hi ħasra għall-PN innifsu u għall-pajjiż li għal raġunijiet tattiċi l-aħjar fost il-kandidati għat-tmexxija tal-PN kienu sfurzati biex jirtiraw mit-tellieqa.

Bla dubju kemm il-pajjiż kif ukoll il-PN innifsu ser ikun  telliefa bħala riżultat tal-fatt li Therese Commodini Cachia, Roberta Metsola u Mark Anthony Sammut ma komplewx bil-kandidatura taghhom. Il-kandidatura tat-tlieta li huma kienet tibgħat messaġġi posittivi mhux biss għall-PN innifsu imma anke għall-pajjiż.

Il-kandidati li baqa’, Adrian Delia u Bernard Grech, għal raġunijiet differenti, iwasslu messaġġ negattiv.

Kif intqal mit-Times illum, l-għażla hi waħda bejn żewġ possibilitajiet negattivi: Hobson’s choice qalet is-Sunday Times.

Il-Partit Nazzjonalista ilu snin sejjer lura u jidher li ma jridx jitgħallem.

It-tesserati tal-PN għandhom id-dritt li jagħżlu li min iridu. Imma fl-aħħar minn l-aħħar tajjeb li jżommu quddiem għajnejhom li huma l-votanti li jagħmlu l-għażla finali.

It-triq li ilu li qabad il-PN hi għan-niżla, irrispettivament minn min ser jintagħżel. Hi triq li dejjem qed tagħmilha iktar ċara li l-membri tal-Kabinett Nazzjonalista li jmiss probabbilment għadhom l-anqas twieldu.

Wara l-gwerra ċivili fil-PN

Għad m’hemm l-ebda ħjiel tat-tmiem tal-gwerra ċivili fil-PN. Din qed tagħmel ħafna ħsara, mhux biss lill-PN: fl-aħħar minn l-aħħar qed tagħmel il-ħsara lill-pajjiż kollu.

Kull wieħed miż-żewġ darbiet fejn ġie espress vot ta’ sfiduċja fil-Kap tal-PN Adrian Delia iwassal messaġġ politiku ċar li s’issa l-Kap tal-Opposizzjoni għad ma fehem xejn minnu. Meta Delia stqarr li l-vot ta’ sfuduċja espress mill-grupp parlamentari Nazzjonalista u iktar tard mill-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ma kellhom l-ebda sinifikat partikolari, kien qed jesponi l-miżerja ta’ kredenzjali demokratiċi tiegħu kif ukoll kien qed jirrifletti l-immaturità politika tiegħu. Dan fl-aħħar m’għandux biss rifless fuq il-kredibilità ta’ Adrian Delia imma ukoll fuq dik tal-PN innifsu.

Il-gwerra ċivili fil-PN qed tisraq l-attenzjoni li presentement jixraq li tkun fuq materji oħra ta’ importanza kbira.  L-irkupru mill-impatti sostanzjali tal-pandemija  Covid-19 u t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ Malta kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jeħtieġu ferm iktar attenzjoni u enerġija. Mhux biss mill-Gvern, imma anke mill-Opposizzjoni.

Jeħtieġ li niddiskutu fid-dettall pjan ta’ rkupru mill-pandemija Covid-19 li jinfirex fuq l-oqsma kollha effettwati: pjan li għandu jkun wieħed integrat ma’ strateġija li tindirizza t-tibdil fil-klima u dan fil-qafas tal-konklużjonijiet tas-summit ta’ Pariġi.  Alternattiva Demokratika diġà tat il-kontribut tagħha xi ġimgħat ilu permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport: Pjan Aħdar: Ġust u Sostenibbli.

Studju riċenti ta’ Deloitte li kien ikkummissjonat mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) jindika li l-industrija tat-turiżmu bdiet ġejja f’sensiha. Qed tirrealizza li l-irkupru mhux biss seħħ bil-mod, iżda bil-mod ħafna: iktar kajman milli qatt antiċipaw.   L-Air Malta irrevediet il-pjan kummerċjali tagħha u issa qed tantiċipa li teħtieġ madwar seba’ snin biex tkun f’posizzjoni li terġa’ tibda iġġorr l-istess numru ta’ passiġġiera li kienet iġġor qabel ma faqqgħet il-pandemija.  Dan kollu jwassal għal osservazzjoni waħda – evitata minn bosta – dwar kemm l-aspettattivi tal-industrija tat-turiżmu dwar l-irkupru tal-industrija mhumiex realistiċi.

Ikun ferm aħjar kieku napprofittaw ruħna mis-sitwazzjoni u nippjanaw aħjar biex l-industrija tat-turiżmu tissaħħaħ billi ma tibqax tiffoka fuq in-numri imma fuq il-kwalità tat-turist. Pjan ta’ din ix-xorta, bla dubju, jkun jista’ jindirizza l-impatti ambjentali negattivi sostanzjali tal-industrija b’mod effettiv. Il-Ministru tat-Turiżmu  Julia Portelli-Farrugia ma tantx tidher li taqbel ma dan, għax il-ħin kollu tredden bin-numri.

Il-Moneyval hu Kumitat tal-Kunsill ta’ l-Ewropa  magħmul minn esperti li jevalwaw miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.  Hu grupp ta’ monitoraġġ permanenti bl-inkarigu li jara li l-istati membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa qed jieħdu l-miżuri meħtieġa u maqbula fuq livell internazzjonali.

Fl-aħħar rapport dwar Malta ippubblikat fl-2019 il-Moneyval, tagħmel 40 rakkomandazzjoni spjegati f’ 233 paġna. Rakkomandazzjonijiet dwar x’inhu meħtieġ li jsir.  Ir-riskji għal Malta huma ċari: għandna ekonomija li hi vulnerabbli ħafna primarjament minħabba d-daqs tagħha kif ukoll minħabba l-fatt li hi esposta ħafna għal dak kollu li jiġri barra minn xtutna.   Ir-rapport tal-Moneyval jemfasizza li r-remote gaming, per eżempju hu vulnerabbli ħafna għall-ħasil tal-flus u dan “due to the high number of customers, mainly non-resident, the high volume of transactions, the non-face-to-face nature of the business and the use of prepaid cards.”

Mhux biżżejjed li għandna liġijiet li huma ġeneralment liġijiet tajbin. Hemm ħtieġa qawwija ta’ riżorsi għax mingħajr r-riżorsi ma tista’ timplimenta xejn. Ix-xhieda riċenti tal-Assistant Kummissarju tal-Pulizija  Ian Abdilla fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’  Daphne Caruana Galizia, ftit jiem wara li tneħħa mit-tmexxija tat-taqsima tar-reati ekonomiċi, jindika n-nuqqas ta’ impenn biex il-ħafna dikjarazzjonijiet li jsiru kontra l-ħasil tal-flus ikunu implimentati. Sfortunatament id-dikjarazzjonijiet u l-assigurazzjonijiet repetuti tal-Gvern mhumiex kredibbli.

Mhux aħjar l-Opposizzjoni tuża’ l-ħin tagħha dwar dan? Iktar ma jikkonkludu l-glied intern malajr, aħjar għal kulħadd. Hemm ħafna x’isir wara li  Adrian Delia jiġi f’sensieh u jaċċetta l-inevitabbli.

 

Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 19 ta’ Lulju 2020

After the PN civil war

The civil war within the PN has no end in sight. This does not only inflict considerable damage on the PN: at the end of the day it damages the whole country.

The two instances of a vote of no confidence in PN leader Adrian Delia are clear political statements which unfortunately the Opposition leader has so far been incapable of deciphering. Labelling the no confidence votes expressed separately by the Opposition Parliamentary Group and the PN Executive Committee as being of no significance further dilutes Adrian Delia’s democratic credentials and reflects his political immaturity. This has a bearing not only on Delia’s credibility but also on that of the PN.

The PN civil war is diverting attention from more pressing issues. The recovery from the devastating impacts of Covid-19 and the strengthening of Malta’s capability in the fight against corruption and money laundering surely require more attention and energy. Not just from government but also from the opposition.

We need to discuss in depth a Covid-19 recovery plan which spans all areas and factors in climate change. Maltese Greens have already made their contribution through the report published some weeks ago entitled: Green Plan: Fair and Sustainable.

A recent Deloitte study commissioned by the Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) indicates that the tourism industry is coming to its senses and realising that the recovery is slow, maybe even much slower than originally perceived.  Air Malta’s revised business plan is envisaging that it will take around seven years for the national carrier to return to pre-Covid-19 capacity. All this begs the question, so far avoided, as to whether the expectations of the tourism industry of attaining full recovery are realistic.

Would it not be more realistic if we realise that this is the appropriate time to plan for a tourism industry that foregoes quantity and focuses on quality? Such a course of action would address the substantial negative environmental impacts of the tourism industry. Tourism Minister Julia Portelli-Farrugia is not on the same page. She is unfortunately desperately after numbers.

Moneyval is a Council of Europe Committee of Experts on the Evaluation of Anti-Money Laundering Measures and the Financing of Terrorism. It is a permanent monitoring body tasked with assessing compliance of Council of Europe member States with international standards.

In its 2019 report on Malta, Moneyval, in a 233-page report, made 40 recommendations on measures which need to be taken. The risks are clear: our economy is highly vulnerable to money laundering, even as a consequence of its size and international exposure.  The report emphasises that remote gaming, for example, is inherently vulnerable to money laundering “due to the high number of customers, mainly non-resident, the high volume of transactions, the non-face-to-face nature of the business and the use of prepaid cards.”

Having good laws is not sufficient. Resources are desperately needed as otherwise laws cannot be implemented. The recent testimony of Police Assistant Commissioner Ian Abdilla in the ongoing public inquiry on the assassination of Daphne Caruana Galizia, a few days after being unceremoniously removed from leading the Economic Crimes Unit, clearly indicates the lack of commitment to implement Malta’s declared objectives in addressing money-laundering. Unfortunately, government’s repeated declarations and assurances are not credible.

Some food for thought for the Parliamentary Opposition: the sooner they conclude their in-fighting the better. There is much to be done after Adrian Delia comes to his senses and accepts the inevitable.

Published in The Malta Independent on Sunday : 19 July 2020

Messhom ilhom li nqaflu Kordin

Din kienet waħda minn dawk il-ġimgħat li kellu f’moħħu  Harold Wilson mexxej Laburista fir-Renju Unit meta kien emfasizza li fil-politika, ġimgħa hu perjodu twil ħafna.

Hemm żewġ ġrajjiet partikolari li spikkaw din il-ġimgħa. L-ewwel waħda hi d-determinazzjoni tal-Kap tal-PN Adrian Delia li jkisser il-partit li għadu jmexxi. It-tieni grajja hi r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika  (NAO) dwar il-konċessjoni mogħtija lil  Vitals Global Healthcare (VGH) mill-Gvern Malti. Ir-rapport tal-NAO ikkonkluda li bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare kien hemm ftehim jew arranġamenti bil-moħbi, minn wara dahar kulħadd.

Kemm il-Partit Laburista fil-Gvern kif ukoll il-Partit Nazzjonalista fl-Opposizzjoni bħalissa huma fi stat ta’ taħwid kbir, li, kif qalet l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min Iħaddem f’nofs il-ġimgħa, jista’ jkollu impatti gravi li jwasslu għal kollass politiku u istituzzjonali. Il-Gvern Laburista ilu bi sħab ma dawk li jfittxu li jqaxxru il-kaxxa nazzjonali għal dawn l-aħħar seba’ snin. In-nuqqas ta’ Opposizzjoni Parlamentari li kapaċi taġixxi għamlitha iktar faċli mhux biss biex il-Labour jevita l-kontabilità imma fuq kollox biex ikompli jfittex opportunitjaiet ġodda  biex tkompli tinselaħ il-kaxxa ta’ Malta.

Konrad Mizzi u Joseph Muscat flimkien ma’ dawk li kienu jħufu madwarhom messhom ilhom li nqaflu Kordin: Konrad ta s-sehem tiegħu fil-ħolqien tal-opportunitajiet  mimlijin b’dellijiet ta’ korruzzjoni ta’ kull xorta u Joseph  li kontinwament ipproteġieh. Inkoraġġew stat Mafjuż. Dawk li jmexxu bil-kontijiet u kumpaniji fil-Panama b’dikjarazzjonijiet li ser ikunu f’posizzjoni li jiddepożitaw €5000 kuljum f’dawn il-kontijiet.

L-elezzjoni riċenti għat-tmexxija Laburista intilfet minn dawk li riedu jitfuhom ġewwa. Rebħet il-kampanja favur il-kontinwità: għax din kienet tagħti tama lil min kien jippreferi li tibqa’ l-protezzjoni.

L-investigazzjoni tan-NAO dwar il-kuntratti tal-Vitals Global Healthcare (VGH) intalbet mill-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM). Ir-rapport hu intitolat “An audit of matters relating to the concession awarded to Vitals Global Healthcare by Government. Part 1: A review of the tender process.” Il-fatt li dan hu biss l-ewwel parti jfisser li għad hemm ħafna iktar informazzjoni li qed tistenna li tkun magħrufa.

Ir-rapport ta’ 219 paġna huwa wieħed dettaljat. Il-punt bażiku hu li saħansitra qabel mal-Gvern ħareġ is-sejħa għall-proposti (Request for Proposals) kien diġa ftiehem mal- Vitals Global Healthcare permezz ta’ ftehim sigriet li l-Gvern m’għaddiex kopja tiegħu lill-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika (NAO). Imma mill-verifika ħareġ li l-Vitals Global Healthcare, mas-sottomissjonijiet bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti, ippreżenta ittra mill-Bank of India bħala garanzija li kellu aċċess għall-finanzi meħtieġa għall-“Malta Healthcare Project”. Din l-ittra, imma, kellha data li kienet ħmistax-il ġurnata qabel ma ħarġet is-sejħa tal-Gvern Malti dwar il-proġett.  L-eżistenza ta’ dan id-dokument wasslet lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) biex jikkonkludi li din kienet prova “of the VGH’s prior knowledge of the planned project and proof of collusion with Government, or its representatives.”

Din hi l-agħar kundanna possibli tal-proċess tax-xiri użat mill-Gvern u tat-tidwir mal-proċess li jitħaddem normalment taħt id-direzzjoni tad-Direttur tal-Kuntratti: responsabbiltà politika tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Is-swaba’ kollha jippuntaw lejn Konrad Mizzi, issa konvenjentement imkeċċi mill-Grupp Parlamentari Laburista, u tal-protettur tiegħu Joseph Muscat. Imma Edward Scicluna ukoll għandu responsabbiltà politika għal dak li messu għamel u m’għamlux.

Wara kollox kien riċentement, nhar il-Ġimgħa  26 ta’ Ġunju 2020 li  Edward Scicluna, huwa u jirċievi ir-rapport annwali għall-2019 tal-Bord li jikkunsidra appelli minn deċiżjonijiet dwar tenders fis-settur pubbliku (Public Contracts Review Board – PCRB), emfasizza dwar il-ħtieġa li l-Ministeri differenti jeħtieġ li jieħdu ħsieb u jindukraw il-professjonisti fil-qasam finanzjarju tant meħtieġa biex jissorveljaw in-nefqa pubblika. Dakinnhar kien saħaq li l-pajjiż kien kommess għall-għola livelli ta’ kwalità.

Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar il-Vitals Global Healthcare (VGH) malajr qallu x’kienu dawn l-ogħla livelli ta’ kwalità li għalihom għandu responsabbiltà politika Edward Scicluna!

Il-Prim Ministru Robert Abela ipprova jdaħħaq meta qal li r-rapport dwar il-Vitals Global Healthcare mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien prova ta’ kemm jaħdmu l-istituzzjonijiet.  Naħseb li l-iktar konklużjoni importanti li wieħed jista’ jislet mir-rapport hu li Joseph Muscat irnexxielu jittrasforma lill-Partit Laburista u l-Gvern immexxi minnu f’bejta tal-ħallelin: verżjoni moderna ta’ Ali Baba u l-erbgħin ħalliel. Il-fatt li Robert Abela ippreżenta ruħu bħala l-kandidat tal-kontinwità jfisser ħafna, għal min irid jifhem.

Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 12 ta’ Lulju 2020