M’għandekx għalfejn tagħżel bejniethom

 

 

Meta tiġi biex tivvota, nhar is-Sibt, mgħandekx għalfejn tagħżel bejniethom.

Mhux importanti min hu l-iżjed jew l-inqas korrott.

Mhux importanti min hu l-iżjed jew l-inqas inkompetenti.

Mhux importanti min hu imċappas l-iktar jew l-inqas.

Mhux importanti min kellu jirreżenja, imma ma rreżenjax fuq iżżewġ naħat.

 

Il-każ tal-Panama Papers u l-kumpaniji ta Konrad Mizzi u Keith Schembri hu wieħed ta gravitá kbira. Daqskemm huma gravi l-allegazzjonijiet dwar is-sid ta Egrant Inc. u l-flus li waslu mingħand il-familja ta Aliyev fil-kontijiet fil-Bank Pilatus.

Mhux gravi ħafna ukoll il-fatt li Claudio Grech, l-Onorevoli tal-Partit Nazzjonalista nesa jekk qattx iltaqa ma George Farrugia, dak tal-iskandlu tażżejt?

Mhux gravi ukoll kif Beppe Fenech Adami spiċċa Direttur tal-Capital One Investment Limited u ma kien jaf xejn dwar it-taħwid li qed jirriżulta dwar din l-istess kumpanija?

U xi ngħidu għar-rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar il-qaddis miexi fl-art Jason Azzopardi?

U l-villa ODZ li Toni Bezzina ried jibni fl-istess ħin li kien qed jikteb il-politika ambjentali tal-PN?

It-tnejn jgħidu kif għandhom qalbhom ġunġliena għall-ambjent.

Imma t-tnejn iridu l-mina bejn Malta u Għawdex.

It-tnejn iridu l-korsa tat-tlielaq tal-karozzi.

It-tnejn jilgħaqu l-kaċċaturi u n-nassaba.

It-tnejn jappoġġaw il-boathouses tal-Aħrax tal-Mellieħa (Armier, Little Armier u Torri l-Abjad).

Xhemm xtagħżel bejniethom?

Wara kollox mgħandekx għalfejn tagħżel bejniethom!

Advertisements

Il-brodu ta’ Jason Azzopardi

Titħassru lil Jason, l-Onorevoli, li qed jħossu intimidat minn ġurnalisti li qed jiġru warajh għal spjegazzjonijiet dwar dak li ġara fid-Dipartimenti li għalihom kien responsabbli bħala Ministru matul l-2012 u l-2013. Bi tlett rapporti tal-Awditur Ġenerali li jikkritikaw l-operat ta dak li kien il-Ministeru tiegħu, Jason l-Onorevoli għad għandu ħafna xi jwieġeb. S’issa ħarab milli jwieġeb.

Jeħtieġ li jwieġeb dwar in-nuqqas ta tmexxija tajba da parti tiegħu (good governance), li dwarha,  l-Onorevoli jipprietka ħafna, imma mill-bqija, kif ngħidu, brodu.

Għall-Kap tal-Opposizzjoni din ukoll hi siegħa tal-prova. Għax kif jippretendi li jitwemmen li jrid imexxi Gvern serju, jekk l-anqas mill-Opposizzjoni ma hu kapaċi jassigura li l-Membri Parlamentari tal-partit tiegħu jagħtu kont ta egħmilhom?

Jason Azzopardi mhux tad-daħk

jason-azzopardi-jwissik

Waqt li għaddejja l-polemika dwar jekk il-hijack tal-Afriqiyah Airways tat-23 ta Diċembru 2016 fi triqtu bejn Sebha u Tripli kienx wieħed reali jew finta toħroġ l-aħbar fuq it-Times of Malta tal-lum li Jason Azzopardi, l-avukat, is-shadow Minister għall-Ġustizzja, d-demokrazija u xma nafx xiktar, ser ikun wieħed mill-ko-difensuri ta dawk akkużati bil-ħtif tal-ajruplan.

Għal Jason Azzopardi jidher li ma fiha xejn li fil-għodu hu, l-partit tiegħu, sħabu u xi akkolti oħra jagħmlu l-argument politiku li dan ma kien hijack xejn biex imbagħad, wara, jdeffes imnieħru fil-każ.

Ovvjament għal Jason Azzopardi ma hemm l-ebda kunflitt ta interess, bejn ir-responabbiltajiet tiegħu ta’ Membru Parlamentari u d-difiża tal-hijackers tal-Afriqiyah Airways. Anzi għandu kull dritt li jizzattat. Jekk għadu ma fehemx li mhux postu hemm, għadu ma fehem xejn.

Ir-raġel af li mhux tad-daħk imma tal-biki. Ngħid il-veritá bdejt nitħassar lill-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil li spiċċa mdawwar bdawn it-tip ta nies.    

A Christmas carol for Jason Azzopardi

i-am-the-ghost-of-christmas-past

 

Just like Ebenezer Scrooge, Jason Azzopardi is haunted with scenes from his past. Scrooge had to deal with the Ghost of Christmas Past while Jason has been spotlighted by the Auditor General in three separate reports. These deal with issues forming part of the political responsibilities which he shouldered when part of the Lawrence Gonzi Cabinet.

The first report was presented one year ago and dealt with the issuance of encroachment permits on the eve of the 2013 general election.  The Auditor General then commented on Minister Jason Azzopardi’s intervention in the issuance of encroachment permits, emphasising that his intervention was “unwarranted”.

Pompous as ever, Jason Azzopardi insisted that he acted within the parameters of the law. He was not capable of recognising that he erred. Nor was he publicly chastised in any way by his own political party which has called for everybody’s resignation, except his own.

Two other reports were published by the Auditor General last week.  Both deal with government land: its acquisition in one case, its transfer in another.

The first report investigates the acquisition of 233, 236 and 237, Republic Street Valletta.  The Auditor General, in this investigation identified significant shortcomings in the process of negotiation, critically and negatively conditioning Government’s negotiating position. “This serious shortcoming,” states the Auditor General, “was raised in concerns raised by the Permanent Secretary,” who was over-ruled.

Notwithstanding the corrective measures subsequently taken, the process remained flawed. This, emphasised the Auditor General, represented a fundamental weakness in the process of negotiation (with HSBC), “effectively limiting Government’s bargaining power”.  Bad governance at its worst!

The second report deals with the investigation on the transfer of land at Ta’ L-Istabal, Qormi.   The Auditor General concluded that “failure in terms of good governance, to varying degrees, is a recurring theme that emerged” throughout his review of the matter. The Auditor General also noted “extraordinary haste” when as a result of problems being identified authorisations were obtained and contracts signed in a matter of two days.

The Auditor General lists a number of public officers as being responsible for the mess created when conditions attached to a contract concerning government property were cancelled illegally without Parliament’s approval in terms of legislation regulating the disposal of government land.

Describing this mess, the Auditor General states that he “did not find any direct evidence of political pressure exerted in the processes reviewed.” The emphasis obviously is on the words “direct evidence” as reading through the report it is amply clear that a selection of the top brass within the civil service would not act in such blatant defiance of the law unless they had at least tacit approval of the holders of political office to which they were responsible. The civil service officials mentioned by the Auditor General as being directly responsible are: The Director General, the Notary and the Assistant Director Contracts of the Government Property Division.

The Auditor General makes this very important consideration: “ …………… an element of political pressure was asserted by the Chair Vassallo Builders Group Ltd, who alleged that Marsovin Ltd had prior agreement with the ‘Minister’ and the GPD. The Director Marsovin Group Ltd negated this allegation, as did the Minister of Finance, the Economy and Investment and the Parliamentary Secretary for Revenues and Land, who indicated that they were not aware of the case at the time. Queried in this respect, the Chair Vassallo Builders Group Ltd indicated no knowledge of who the ‘Minister’ was. While the NAO cannot rule out pressure being exerted by any of the aforementioned, or possibly by other persons who did not come to this Office’s attention, the facts of the case render immediately evident that pressure was in fact exerted to the detriment of Government’s interests.”

Ultimately the responsibility for this mess lies on Jason Azzopardi’s lap. He has a lot of pending explanations. He will obviously not resign as clearly he only pays lip service to good governance.

In addition, this report from the Auditor General possibly throws some light on another incident: the loan of €250,000 by a certain Nazzareno Vassallo to the PN’s commercial arms on the eve of the 2013 general elections. We were then informed that the loan was of a commercial nature on commercial terms.

The proof of the pudding is in the eating. How can anyone believe Jason Azzopardi and his political party preaching adherence to good governance when as recently as 2012 they made a mess on all that they could lay their hands on?

Referring to Joseph Muscat’s gross administrative incompetence and the scandals popping up every other day is no solution. The more we unravel from the past the more clear it becomes that both the Labour Party and the Nationalist Party, each in its own way, as a result of their shady methods of operation, cannot be trusted with the reins of power.

published in The Malta Independent : Tuesday 27 December 2016

Kompetizzjoni : min hu l-iktar maħmuġ?

skip

 

Bħalissa għaddejja kompetizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista dwar min minnhom hu l-iktar maħmuġ.

Jekk tisma lill-kelliema tal-PN jitkellmu jkollok informazzjoni dettaljata dwar katalgu ta ħmieġ li bih hu mifni dan il-pajjiż. Inevitabilment, jekk tkun smajt lil tal-PN biss jitkellmu tikkonkludi kemm hu żventurat dan il-pajjiż!

Min-naħa l-oħra, wara li tkun smajt lil Owen Bonnici jew lil Deborah Schembri, bi qdusija kbira, jitkellmu dwar l-aħħar każ ta Jason Azzopardi, bil-fors li tibda titkellem waħdek u tibda tistaqsi bejnek u bejn ruħek jekk hux qed tisma sewwa. Għax, tgħid: dan Jason li qed jitkellmu dwaru mhux dak li jippontifika dwar il-korrettezza? Ara trid tkun vera wiċċek imdellek biex titkellem bħal Jason Azzopardi, joħroġ żewġ rapport dwarek l-Awditur Ġenerali u qiesu ma ġara xejn.

Min hu l-iktar maħmuġ? Tagħmel xi differenza dwar min hu l-iktar jew l-inqas maħmuġ? Għax għalija l-grad tad-differenza fil-ħmieġ bejniethom hu irrelevanti. It-tnejn maħmuġin u mhemmx xtagħżel bejniethom. Ma tistax tafda lil ħadd minnhom.

Jieħu għalih min irid.   

Michael Falzon u l-Awditur Ġenerali

Michael Falzon 6

L-Awditur Ġenerali jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu dwar l-amministrazzjoni pubblika. Jiġifieri dwar is-settur pubbliku u dwar il-Gvern tal-ġurnata, prinċipalment. Imma jinvestiga ukoll dwar il-Gvern tal-bieraħ, jekk iħoss il-ħtieġa jew jekk ikun mitlub.

Nifhem li mhux bil-fors ikun hemm qbil mal-konklużjonijiet li jasal għalihom l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Min jagħmel l-investigazzjoni jista’ jiżbalja ukoll. Sakemm l-iżbalji jkunu żbalji umani, wieħed jifhem, avolja xorta ħadd ma hu ser jieħu pjaċir b’dawn it-tip ta’ żbalji! Huwa għalhekk li l-kritika li għamel Michael Falzon lill-uffiċju tal-Awditur Ġenerali, għalkemm kienet tinħass esaġerata, huwa xieraq li tkun eżaminata iktar milli fil-fatt jidher li ġiet eżaminata.

L-Awditur Ġenerali f’ittra lill-Ispeaker jispjega li l-impjegat fl-uffiċċju tiegħu li fuq il-media soċjali dehru ritratti tiegħu waqt partita futbol flimkien mal-ex Ministru Jason Azzopardi ma kienx involut fl-investigazzjoni li minna ilmenta Michael Falzon. Din l-ispjega tindirizza biss parti mill-ilment imma ma titfa l-ebda dawl (ta’ l-inqas publikament) dwar kemm hu ta’ ħsara li uffiċjali investigaturi mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jidhru viċin wisq tal-politiċi.

Inċidenti ta’ din ix-xorta jitfgħu dell bla bżonn fuq l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Itappnu l-kontribut kbir li l-uffiċċju dejjem ta lill-pajjiż. F’ċirkustanzi bħal dawn l-Awditur Ġenerali għandu jkun ċar u iebes. Sfortunatment ma kienx.

Huwa ovvju li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dejjem ser ikun kritiku tal-Gvern. Gvern għaqli jagħti każ ta’ din il-kritika, anke fejn mhux bil-fors jaqbel magħha. Imma l-Awditur Ġenerali għandu l-obbligu li jassigura ruħu li dawk li jgawdu l-fiduċja tiegħu iġibu ruħhom sewwa. Dejjem, mhux biss waqt il-ħin tax-xogħol. Inkella għandu l-obbligu li jdabbrilhom rashom malajr.

Il-Cafè Premier: min jgħaġġel u min ikaxkar saqajh

NAO.Premier

 

Meta tifli sewwa r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar il-Cafè Premier joħorġu ċari numru ta’ punti.

Joseph Muscat, issa qed jaċċetta li għaġġel. “Muscat admits Government rushed on €4.2 million Cafè Premier deal” tgħidilna l-Malta Today online tal-bieraħ il-Ħadd 1 ta’ Marzu. Il-mistoqsija li teħtieġ tweġiba hi għaliex għaġġel? Min jew x’kellu jiġri warajh?

Huwa minħabba li ried jgħaġġel illi żamm kontroll fuq it-taħditiet taħt l-uffiċċju tiegħu? Għaliex fl-iktar żmien kruċjali tat-taħditiet ma involviex lid-Dipartiment li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-propjetà tal-Gvern? Dan il-fatt waħdu huwa sinifikanti u jagħti indikazzjoni li d-deċiżjoni, tal-inqas fil-prinċipju, kienet ilha lesta ferm qabel il-bidu t’April 2013 meta bdew id-diskussjonijiet madwar 4 ġimgħat wara li nbidel il-Gvern.

Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika jgħidilna li qabel ma bdew id-diskussjonijiet ma’ Joseph Muscat, Mario Camilleri ta’ Cities Entertainment Limited kien qed jiddiskuti ma’ negozjant ieħor li ukoll kien offrielu €4.2 miljuni. Imma ma ftehmux għax Mario Camilleri dehrlu li Cities Entertainment Limited kien ħaqqha iktar. Fil-fatt huwa kien talab €5.37 miljuni. Mit-Times tas-Sibt sirna nafu illi l-offerta kienet saret mingħand Anġlu Xuereb li ma kienx lest li joffri iktar minn €4.2 miljuni .

Jekk il-problema setgħet issolviet bl-involviment tas-settur privat, il-mistoqsija li toħroġ waħedha hi għaliex intużaw €4.2 miljuni mit-taxxi? Din it-tweġiba ma jista’ jagħtiha ħadd ħlief il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Jista’ jkun hemm min jgħid li dan sar biex titneħħa kċina minn taħt il-Biblioteka u b’hekk jitneħħa sors ta’ periklu kbir taħt teżor nazzjonali. Min jgħid hekk forsi ma jafx li l-kuntratt oriġinali ma Cities Entertainment Limited iffirmat fl-1998 kien jipprojibixxi li jintużaw ċilindri tal-gass fuq is-sit. Forsi l-anqas ma jaf li kċina fis-sit li taħdem bl-elettriku hi ta’ periklu ferm inqas mid-diversi ħwienet tal-ħwejjeġ li hemm taħt il-Biblioteka u li b’short circuit fis-sistema tal-elettriku huma ukoll sors kontinwu ta’ periklu daqs jekk mhux iżjed minn kċina li taħdem bl-elettriku.  Għax b’short circuit fis-sistema tal-elettriku il-ħwejjeġ jaqbdu ferm iktar malajr mill-affarijiet li normalment insibu fi kċina! U in-nar li jirriżulta jinfirex iktar malajr.

It-Taqsima tal-Propjetà tal-Gvern, kif inhu ddokumentat fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, damet ftit ittella’ u tniżżel sakemm fl-aħħar iddeċidiet li tibda proċeduri fil-Qorti biex ikun xolt il-kuntratt. Fl-2004 kien diġa beda jberraq. Fl-4 t’April 2006 ġiet ippreżentata ittra uffiċjali biex titħallas il-kera li kienet b’lura. Wara ħafna tiġbid u xi pagamenti  s-sitwazzjoni irranġat għal ftit, sakemm nhar il-5 ta’ Mejju 2009 reġgħet ġiet ippreżentata ittra uffiċjali oħra dwar il-kera li kienet għad ma tħallsitx. Wara dan baqgħu daqqa jifthemu u wara ftit jerġgħu jaqgħu lura fil-ħlas. Sakemm fl-2012 ittieħdu passi legali mill-Gvern.

Kien ikun ħafna iktar għaqli kieku għaxar snin ilu ittieħdu l-passi biex ikun xolt il-kuntratt. Kieku sal-lum bla dubju l-Cafè Premier ilu li ġie f’idejn il-Gvern mingħajr ma tħallas ċenteżmu wieħed mit-taxxi tagħna.

Għalhekk hi ġustifikata l-konklużjoni tal-Awditur Ġenerali li ma ġewx esplorati biżżejjed possibilitajiet oħra li setgħu solvew il-problema.

Bla dubju għal dan kollu għandu responsabbilta’ kbira Joseph Muscat li kif ammetta illum, għaġġel. Imma għandu responsabbiltà ukoll Jason Azzopardi li sad-9 ta’ Marzu 2013 bħala Ministru kellu responsabbilta politika għat-Taqsima tal-Propjeta tal-Gvern li kaxkret saqajha biex tieħu l-passi li kienu neċessarji.

Wieħed għaġġel u l-ieħor ikaxkar saqajh.

Il-Partit Laburista, l-Australia Hall u propjeta’ oħra

Australia Hall interiorAustralia Hall

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said, il-bieraħ, tkellem dwar il-partiti politiċi (fil-Parlament) u kif tul is-snin dawn użaw u abbużaw mir-riżorsi tal-istat. Bħala wieħed mill-eżempji Chris Said isemmi l-Australia Hall f’Pembroke.

Issa huwa faċli u komdu tgħid li l-Australia Hall jiswa’ €10 miljuni. Imma irid jingħad ukoll li l-Australia Hall ġiet għand il-Partit Laburista fl-1979 bħala parti minn kumpens għall-Headquarters li l-Partit Laburista kellu l-Marsa fejn illum hemm il-Marsa Shipbuilding u li fil-futur qrib jista’ jkun żviluppat f’hub ta’ servizzi marittimi.

Issa meta l-Partit Laburista akkwista l-Australia Hall fl-1979 ma naħsibx li ħa ħafna ġost bih. Fil-fatt għal snin kbar ħadd ma sema’ bih. Probabbilment li kieku l-Partit Laburista kellu għażla ma kienx jaċċetta l-Australia Hall u kien jipprova jinnegozja kumpens differenti. Imma dak il-kumpens kien ġie impost fuq il-Partit Laburista mill-Perit Mintoff fi żmien meta jitkellem Mintoff il-Partit kien jigdem xufftejħ u jagħlaq ħalqu.

Fl-2009 beda argument legali bejn il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista dwar in-nuqqas ta’ żamma f’kundizzjoni tajba ta’ manutenzjoni tal-Australia Hall. Infetħu żewġ kawżi, l-Gvern ried l-Australia Hall lura u l-Partit Laburista b’risposta ried il-Marsa Shipbuilding lura. Wara l-elezzjoni tal-2013 b’id waħda l-Partit Laburista irtira l-kawża tal-Gvern u bl-oħra irtira l-kawża tal-Partit. B’hekk ġieb fi tmiem ftit tejatrin li kien beda 4 snin qabel. Ir-realta hi li l-Partit Laburista kellu l-obbligu li jikkura l-Australia Hall, liema obbligu ma onorax. Imma min-naħa l-oħra kien ikun inġust li jittieħed lura l-Australia Hall meta dan kien parti minn kumpens għat-teħid tal-HQ  li l-PL kellu l-Marsa. Din kienet waħda mill-gimmicks ta’ Jason Azzopardi. Kieku mexa bl-istess mod ma’ tal-boathouses tal-Armier il-problema ilha snin li spiċċat!

Sadanittant il-Partit Laburista biegħ l-Australia Hall skond konvenju li qal li kellu ta’ ħafna snin qabel.

 

Dan hu wieħed mill-eżempji ta’ kif il-Partit Laburista amministra propjeta’ pubblika. Ma dan trid iżżid il-propjeta’ b’requisition order mill-Housing li spiċċat każini tal-Partit Laburista, bħall-Każin ta’ Santa Venera. Inkella uffiċini ta’ Dipartimenti tal-Gvern li spiċċaw każini tal-Partit Laburista, bħall-Każin tar-Rabat Għawdex li kien l-uffiċċju tad-Dipartiment tal Agrikultura f’Għawdex.

Chris Said qed jgħid li l-PN jrid jirristawra l-bilanċ mal-Partit Laburista billi anke hu (il-PN) jbill subgħajh.

Tajba din. Naħseb li kien ikun aktar kredibbli kieku Chris Said qal li l-Partit Laburista għandu jirritorna l-propjeta li ħa f’idejh b’mod abbużiv. Il-każini tar-Rabat Għawdex u Santa Venera  huma żewġ eżempji.

Dan mhux il-mod li tiżviluppa diskussjoni serja dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.

 

Logħba ċess bil-Pulizija

police.chess

X’inhu għaddej fil-Korp tal-Pulizija?

Il-pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali jarrestaw u jakkużaw persuna bi żball. Il-persuna arrestata bi żball tinħeles wara li l-Pulizija tad-Distrett tidentifika lill-kriminali vera u tipproċedi kontrihom fil-Qorti.

Tinfetaħ inkjesta biex jiġi stabilit x’wassal għall-iżball.

Sa hawn, mad-daqqa t’għajn, dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru lil kulħadd. Għalkemm huwa dejjem tajjeb li jsir magħruf kif u għaliex kien possibli li jsir żball ta’ din ix-xorta.

Imma issa qed tiżviluppa l-istorja bejn Silvio Scerri Chief of Staff tal-Ministru Mallia u Jason Azzopardi Shadow Minister tal-Intern dwar il-laqgħa li Daryl Luke Borg, il-vittma li ġie arrestat għal xejn mill-Pulizija kellu ma Silvio Scerri.

Hu ċar li Daryl Luke Borg ma marx minn jeddu jitkellem ma Scerri. Silvio Scerri jgħid li ma bagħtx għalih iżda la ħabbatlu l-bieb kellu l-obbligu li jisimgħu. Issa sirna nafu li kien Charles Attard iż-Żambi li issuġġerixxa lil Daryl Luke Borg li jkun aħjar jekk jitkellem ma xi ħadd fil-Ministeru tal-Intern.

Interessanti jekk iż-Żambi aġixxiex minn jeddu jew jekk kienx qed iwassal messaġġ u f’każ li kien qed iwassal messaġġ min qabbdu.

L-istorja diġa hi ikkumplikata. Biex iżżid ma dan waħda mill-gazzetti ppubblikati illum għandha storja dwar Spettur tal-Pulizija. Kumbinazzjoni hu l-istess Spettur tal-Pulizija li skopra l-iżball. Jiġifieri l-istorja fil-gazzetta tal-lum tiftaħ il-kanuni fuq dan l-ispettur tal-pulizja qiesu hemm xi ħadd li jrid jagħmel il-kontijiet miegħu. Ngħid dan għax l-informazzjoni ppubbikat u li hi deskritta bħala kunfidenzjali mhux normali li toħroġ mill-files tal-Korp tal-Pulizija jekk mhux bil-volonta’ ta’ xi ħadd imlaħħaq.

Tidher ċar li din hi logħba ċess. Mossi studjati ta’ min qed jieħu posizzjoni mingħajr ma juri idu.

Jidher li l-Imħallef Franco Depasquale ser ikollu x’jagħmel mhux ħażin biex isib tarf ta’ din il-kobba.