L-indafa fil-ħajja pubblika ma tiġix mix-xejn. Irridu naħdmu għaliha kuljum.

L-indafa fil-ħajja pubblika ma tiġix mix-xejn. Irridu naħdmu għaliha kuljum.
The resignation of David Thake is a positive step. It takes courage to admit to having acted incorrectly and shoulder the political responsibility for your actions. There are others who should follow in his footsteps. Parliament, as a result would be a much better place.
The fact that the tax misdemeanours of the companies owned by David Thake were revealed through media leaks does not make the case any less serious. It however adds another worrying dimension to the saga: institutional breach of ethics, this time by the tax authorities. The Minister for Finance Clyde Caruana is politically responsible for this. He has to act fast to address the matter.
Registered editors already have a right to request income tax returns of sitting MPs. This right should be extended to VAT returns, not only those submitted personally by sitting MPs but also by companies in which they have a controlling interest. This would do away with selective leaking of damaging tax information which generally targets those who those close to government seek to damage or destroy!
It has been established that the two companies owned by David Thake, namely Vanilla Telecoms Limited and Maltashopper Limited have collected Value Added Tax due on their services and retained the tax collected for a long period of time. His companies, stated David Thake, had a problem with their cash flow and thus they were not in a position to pay up the taxes they had collected.
Vanilla Telecoms Limited owes the exchequer €270,000 while Maltashopper Limited owes another €550,000. This is a substantial sum which has been collected from taxpayers through VAT and includes fines and interest due for non-payment.
There are serious doubts as to whether Thake’s claim that he was simply applying the Covid-19 tax deferral scheme is correct.
Given that most of the pending VAT dues of Thake’s companies date back to substantially before the outbreak of Covid-19 Thake has yet to explain as to why it took him so much time to address the cash flow problems of his companies. He has shed too many crocodile tears in emphasising that faced with cash flow problems he opted to pay his employees rather than the VAT office. His delay in acting to address his cash flow problems has the specific consequence of endangering the livelihood of the very employees, which he is so keen to protect!
It is not correct to describe David Thake as a tax evader. It is unfair to compare him to Bernard Grech, his party leader, who was investigated for tax evasion over the years and opted to pay up on the eve of the PN leadership contest.
In view of the fact that Thake’s companies have yet to submit their accounts it is not yet clear as to the actual cause of his cashflow problems.
The point at issue is whether it is right for David Thake to bankroll his companies through the taxes they have collected as economic operators. The fact that there are others who do likewise, and maybe worse, is no consolation! He was a member of parliament elected on a good governance platform. The mismatch between his behaviour and his stated beliefs cannot be clearer than this. This is no minor administrative omission as David Thake emphasised when he announced his resignation.
Its fine to preach good governance. Putting this into practice is a completely different matter. Thake’s resignation, even though he took some time to decide that he should resign, puts some sense back into local politics. Thake’s resignation is a positive contribution to improve standards. Ian Castaldi Paris and Rosianne Cutajar should be next.
published in The Malta Independent on Sunday: 16 January 2022
Għada it-Tnejn, fil-Parlament, il-Kumitat Permanenti dwar l-Standards fil-Ħajja Pubblika jibda jeżamina ir-rapport K/032 dwar il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar. Ir-rapport jeżamina is-sottomissjonijiet li rċieva l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler dwar in-nuqqas ta’ Cutajar li tiddikjara dħul tagħha hi u timla l-formola dwar id-dikjarazzjoni tal-assi meta kienet għadha Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja.
Ir-rapport ta’ 45 paġna tal-Kummissarju Hyzler hu akkumpanjat minn żewġ volumi addizzjonali bix-xhieda li fuqha Dr Hyzler fassal id-deliberazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu. Hemm ukoll it-tielet volum li mhux aċċessibli għal skrutinju pubbliku. Dan it-tielet volum fih statements tal-bank tal-membru parlamentari Qormija flimkien mac- chats tagħha fuq Whatsapp ma Yorgen Fenech, is-suspettat moħħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Prim Ministru Robert Abela ħa deċiżjoni li bħala riżultat tagħha Rosianne Cutajar hi issa definittivament barra mill-Kabinet, ta’ l-inqas f’dawn l-aħħar xhur tal-leġislatura. Iżda għadha qed tinsisti li mhux ser twarrab minn membru tal-Parlament. Qalet li fi ħsiebha tibqa’, anke jekk il-Partit Laburista, s’issa, għad ma ikkonfermax jekk hux ser tkun kandidata u dan in vista tar-rapport dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika taħt konsiderazzjoni.
Biex jiddefendi lil Cutajar il-Prim Ministur Abela, b’mod li jevita li jikkommetti ruħu iżżejjed, qal li kulħadd għandu jkun trattat l-istess, mingħajr deskriminazzjoni!
Bla dubju Rosianne Cutajar tħoss li ġiet ittrattata ħażin, kemm kemm mhux b’mod inġust! Għalfejn din il-pressjoni kollha biex tisparixxi mill-ħajja pubblika meta min ammetta pubblikament li evada t-taxxa spiċċa elett Kap tal-Opposizzjoni? Il-ħajja u l-politika f’Malta xejn m’huma ġusti!
Bernard Grech u Rosianne Cutajar qegħdin fuq l-istess livell fl-imġieba etika tagħhom, imma s’issa huma trattati b’mod differenti.
Għalfejn, nistaqsi, l-Opposizzjoni Parlamentari ma tapplikax l-istess kriterji lit-tnejn li huma? Meta l-Opposizzjoni tinsisti li Rosianne Cutajar għandha terfa’ r-responsabbiltà politika għal għemilha kif imfisser fir-rapport tal-Kummissarju Hyzler qed tagħmel sewwa. Għaliex mela ma tkunx konsistenti u tapplika l-istess kriterji għall-mexxej tagħha li dwaru l-investigazzjoni ilha lesta?
Bħal Rosianne Cutajar, Bernard Grech ħaqqu daqqa ta’ sieq għal barra. Dak hu t-trattament ugwali li jixraqilhom. Il-presenza tagħhom it-tnejn fil-ħajja pubblika hi kontribut ċar għall-presenza ta’ Malta fil-lista l-griża tal- FATF!
Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina kienu preċiżi meta emfasiżżaw li r-rapport ta’ George Hyzler jeħtieġ li jkun approvat bla dewmien jekk irridu nwasslu l-messaġġ li qed naħdmu bis-serjetà biex Malta ma tibqax fuq il-lista l-griża tal-FATF. Nittama li xi darba jifhmu illi meta jkollok persuna li hi evasur tat-taxxa li jistenna li jkun il-Prim Ministru alternattiv fi ftit taż-żmien ieħor, dan ma tantx hu ta’ għajnuna biex nitbegħdu minn din il-lista l-griża. Għadu possibli anke issa li nkunu konsistenti jekk irridu!
Il-ħtieġa li jkollna mġieba aħjar fil-ħajja pubblika mhiex switch li tixgħelu jew titfiegħ fil-mument li nidħlu fil-ħajja pubblika. Tapplika għal kulħadd, dejjem. Mhux biss waqt li aħna attivi fil-ħajja pubblika imma saħansitra sa minn qabel ma jibda l-involviment tagħna.
Għal din ir-raġuni ngħarblu n-nomini tal-kandidati u l-ħatra tal-uffiċjali minn qabel. Għax m’għandniex nistennew lil min kien jiġi jaqa’ u jqum dwar kif iġib ruħu qabel ma jidħol fil-politika ser jaqbleb is-switch għal imġieba aħjar, hekk kif jidħol fil-politika.
Dan il-każ għandu jservi ta’ sveljarin.
Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 11 ta’ Lulju 2021
Tomorrow, Monday, the Parliamentary Standing Committee for Standards in Public Life will commence the examination of Report K/032 on Labour Party Qormi Member of Parliament Rosianne Cutajar. The report examines submissions received by the Standards Commissioner George Hyzler and points towards the failure by Cutajar to declare income which she received when drawing up her declaration of assets, a declaration which she submitted when she was still a Parliamentary Secretary in the Justice Ministry.
The 45-page report drawn up by Commissioner Hyzler is accompanied by an additional two volumes containing the supporting evidence on the basis of which Dr Hyzler based his deliberations and conclusions. A third volume of evidence has been withheld from public scrutiny. It has been stated that this third volume contains confidential bank statements of the Qormi Labour MP as well as her chats on Whatsapp with Yorgen Fenech, suspected mastermind of the Daphne Caruana Galizia assassination.
Prime Minister Robert Abela has taken a decision as a result of which Rosianne Cutajar is now definitely out of Cabinet, at least for the final months of the current legislature. However, she has stubbornly emphasised that she will not relinquish her Parliamentary seat. She says that she will be back, even though to date her political party has not yet confirmed whether she will be presented as a candidate, in view of the Standards in Public Life report under consideration.
In Cutajar’s defence Prime Minister Abela, in non-committal mode, has emphasised that she will be treated as anybody else, with no favourable treatment.
Undoubtedly Cutajar considers that she has been treated very unfairly. Why should she now be pressured to disappear from public life when a self-confessed tax evader was elected Leader of the Opposition? Life (and Maltese politics) is certainly not fair. Bernard Grech and Rosianne Cutajar are on an ethically equivalent level yet so far, they are treated differently.
Why is it, one might ask, that the Parliamentary Opposition adopts two weights and two measures? May I suggest that the Opposition representatives are right in insisting that Rosianne Cutajar should shoulder the political consequences of her actions as detailed in the report of Commissioner Hyzler? Why don’t they be consistent and apply the same criteria to their Leader too?
Like Rosianne Cutajar, Bernard Grech qualifies for the Order of the Boot. That is the equal treatment they should receive. The presence of both of them in local public life is a significant contributor to FATF grey-listing!
Therese Comodini Cachia and Karol Aquilina were spot on when they emphasised that the Hyzler report needs to be approved in order to send out the message that we are truly working on removing Malta from the FATF grey-list. I hope they also agree that having a tax-evader as an alternative Prime Minister does not help in distancing this country from the FATF grey-list!
There is still time to be consistent!
The need to upgrade ethical behaviour in public life is not a switch-on switch-off exercise depending on which political party is in government. It is applicable to all of us in politics. Not just while we are active in politics but starting from before the actual involvement itself.
This is the reason why we seek to screen potential electoral candidates and party officials before selection or election. We should not expect that those who do not behave ethically before taking up politics manage to switch to a more “acceptable” behavioural mode on entering politics.
Let this be a wake-up call!
published in the Malta Independent on Sunday : 11 July 2021
Irridu u ma rridux, Malta hi kontinwament taħt il-lenti internazzjonali. L-imġieba tagħna bħala pajjiż kontinwament tiġi mqabbla ma dak li hu aċċettat u li fil-fatt isir f’pajjiżi oħra. Dan bla dubju għandu jservi ta’ xprun għalina lkoll f’dak kollu li nagħmlu.
Kemm jekk hi l-Moneyval, il-GRECO, l-Kummissjoni ta’ Venezja inkella xi istituzzjoni sopranazzjonali oħra, l-argumenti huma sostanzjalment identiċi. Xi drabi huma dwar it-titjib meħtieġ inkella titjib li diġa qiegħed isir. Sfortunatament, iżda, bosta drabi oħra, l-istorja hi differenti: għax l-imġieba etika tal-istituzzjonijiet tagħna bosta drabi hi ferm il-bogħod minn dak mixtieq. Dan jinkludi lill-Parliament, li tul is-snin wera li mhux kapaċi jeżiġi l-kontabilità tal-Gvern.
Mill-ħażin immorru għall-agħar, kontinwament, kif jidher mill-imġieba tal-kumitat Parlamentari inkarigat biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istandards fil-ħajja pubblika. B’mod speċifiku l-mod kif aġixxa l-iSpeaker f’uħud minn dawn il-laqgħat hu inaċċettabbli.
Il-Grupp GRECO tal-Kunsill tal-Ewropa għadu kif ħareġ rapport ieħor dwar Malta. Il-GRECO hu kumitat fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li jissorvelja kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jiffurmaw il-Kunsill tal-Ewropa. Dan l-aħħar rapport tal-GRECO hu dwar regoli etiċi konnessi mal-Parlament, mal-ġudikatura u ma’ oqsma oħra relatati.
Hu tal-biki li tisma’ l-kelliema tal-Gvern jilgħaqu lill-GRECO għax, jgħidu, li dan qed ifaħħar lill-Gvern dwar inizjattivi fil-qasam tal-etika pubblika. Ma sar xejn minn dan. Minflok iżda ġie emfasizzat mill-GRECO li r-riformi f’Malta mexjin bil-mod wisq, qegħdin lura. Qed jitkaxkru is-saqajn. Dak li qalet il-GRECO.
Fl-istess ħin kellna rapport ieħor mill-Kummissjoni Venezja. Din id-darba dan ir-rapport intalab mill-Gvern stess dwar tibdil li qed ikun ikkunsidrat fil-liġijiet in konnessjoni ma’ multi amministrattivi sostanzjali li qed jimponu diversi awtoritajiet. Il-problema hi dwar il-fatt li dawn l-awtoritajiet mhumiex meqjusa bħala Qorti kif teħtieġ il-Kostituzzjoni Maltija f’ċirkustanzi bħal dawn. Dan minħabba li mhumiex immexxija minn persuna meqjusa imparzjali, bħal ma hu Imħallef jew magistrat. Minflok huma immexxija minn persuni ta’ fiduċja!
Il-Gvern ilu jipprova jilgħab b’emendi differenti li ressaq għall-konsiderazzjoni tal-Parlament. Weħel fl-emendi meħtieġa għall-Kostituzzjoni għax m’għandux l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-Parlament u issa spiċċa dahru mal-ħajt. Ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt qatt ma kienet kwalità ewlenija tal-Gvern kif qed jidher ċar fil-mod kif qed jiżviluppaw l-affarijiet! Din mhiex xi ħaġa ġdida li ma konniex nafu biha!
Il-Kummissjoni Venezja ġibdet l-attenzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis li jkun iktar xieraq jekk il-Gvern Malti josserva t-toroq indikati mill-Kostituzzjoni Maltija flok ma jibqa’ jilgħab bil-liġijiet. Il-Kummissjoni Venezja tiġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-opinjoni tagħha hi kontribut lejn id-diskussjoni pubblika li qed tiżviluppa, hi l-Qorti Kostituzzjonali Maltija biss li fl-aħħar tista’ tiddeċiedi jekk l-għażliet tal-Gvern Malti humiex korretti jew le! Fi ftit kliem qed tgħidlu: x’ġejt tagħmel hawn?
Id-deċiżjoni meħtieġa, tgħid il-Kummissjoni Venezja hi waħda li trid tittieħed minn Malta u l-awtoritajiet tagħha. Hi ukoll materja ta’ sovranità. Għax hi l-Qorti Kostituzzjonali Maltija biss li tista’ tiddeċiedi dwar jekk l-emendi proposti għall-Att dwar l-Interpretazzjoni jmorrux kontra l-Kostituzzjoni Maltija jew le.
Imma hemm xi ftit posittiv f’dak li ġara ukoll. Il-Gvern Laburista fittex il-parir tal-barranin! Għal darba mhux jeqred bl-indħil barrani!
Ippubblikat fuq Illum: Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021
Whether we like it or not, as a country, Malta is continuously under the international spotlight. Our behaviour as a country is continuously compared to what is considered to be the norm, that is what is acceptable elsewhere.
Whether it is Moneyval, GRECO, the Venice Commission or any other supranational institution the arguments are basically identical. At times it is just about improvements which are required or are in hand. Unfortunately, however, many other times it is a completely different matter: the ethical behaviour of our institutions leave much to be desired. This includes Parliament, which over the years has proven itself to be incapable of holding government to account. It gets worse by the hour as is evidenced by the behaviour of the Parliamentary Standing Committee which oversees the implementation of the Standards in Public Life. Specifically, the behaviour of the Speaker in the proceedings of that committee is, to put it mildly, unacceptable.
The Council of Europe’s GRECO Group has just issued its Fourth Evaluation Report on Malta. GRECO is the Council of Europe’s anti-corruption monitoring body. This GRECO report deals with corruption prevention in respect of Members of Parliament, judges and prosecutors in Malta.
It is nauseating to hear government spokespersons eulogising GRECO and emphasising a perceived praise for government “ethical initiatives”. It did nothing of the sort. It rather emphasised, in not so many words, that reforms in hand were moving too slowly and pointing out that they should be speeded up! I see no praise there.
Almost simultaneously we had another Venice Commission report, this time requested by Government, on how to implement changes to our legislation in order to ensure that it is possible for substantial penalties to be charged by a number of administrative authorities. The issue is whether these can be decided by a number of these authorities, staffed by so-called “persons of trust”, or else whether one had to stick to existing constitutional provisions which ensure that it is only a court of law presided by an impartial judge or magistrate that decides such matters.
Government has tried to use many tricks to force Parliament’s hand, clearly indicating that respect for the rule of law is not one of its strong attributes! Nothing new there, one might add.
The Venice Commission has drawn attention of Justice Minister Zammit Lewis that it would be appropriate if his government observes the paths laid down by the Constitution instead of engaging in tinkering with other pieces of legislation. Tactfully the Venice Commission points out that while it is expressing an opinion “contributing to the public discussion” it is Malta’s Constitutional Court which at the end of the day has the authority to decide whether the path on which government has embarked is correct or not!
The Venice Commission aptly threw the ball back in our court. It states in its report that its role “is not to assess whether the reform in question is necessary or appropriate. This decision falls within the sovereignty of the Maltese authorities and people. Further, the question of whether the proposed amendment of the Interpretation Act is compatible with the Constitution of Malta as interpreted by the constitutional case-law is for the Constitutional Court of Malta to decide, eventually.” (Vide para 94 of report)
For a change we have sought (foreign) advice, rather than complain on foreign interference. That is certainly an improvement!
Published in The Malta Independent on Sunday : 6 June 2021
A public consultation is currently under way until the 21 October relative to an Environmental Impact Assessment (EIA) which examines Wasteserve’s proposal: the development of a Waste to Energy Facility, to operate in conjunction with other management operations within the so-called Magħtab Environmental Complex.
It is a duty of Wasteserve defined in terms of the EU environmental acquis applicable within Maltese territory to examine the environmental impacts of its proposal within the framework of agreed terms of reference approved by the Environment and Resources Authority (ERA). The detailed reports together with the supporting technical information are then subject to public consultation.
The EIA in respect of the Magħtab incinerator is commissioned by Wasteserve, however it serves to inform the whole decision-taking process. Contrary to the disclaimer by the EIA’s coordinator in the first few pages, the reports forming the EIA are not “for the exclusive use of Wasteserve Malta Limited”. I fail to understand how ERA has accepted to include this disclaimer when it is clear, even from a cursory look at the Environment Impact Assessment Regulations that the EIA is an important document which informs the environmental and land use planning decision-taking process. It is in particular used to inform the public and on its basis a public hearing is organised to take feedback from all interested parties.
The EIA is certainly a public document in respect of which its coordinator has to shoulder responsibility as to its accuracy and reasonableness. Having a disclaimer as that indicated above is certainly not acceptable. ERA should pull up its socks and ensure the deletion of the said disclaimer forthwith.
A cursory look at the Magħtab incinerator EIA, including the technical studies attached reveals the names of a number of experts who have given their input in the formulation of the studies required which studies are then distilled in an appropriate assessment report.
One of these experts is a certain professor Alan Deidun who concurrently with participating in this specific EIA is also a member of the ERA Board, the environmental regulator. He sits on the ERA Board after being nominated by the environmental NGOs as established by legislation.
Professor Alan Deidun is conveniently with one foot on each side of the fence: forming part of the regulatory structure and simultaneously advising the developer, in this case Wasteserve Malta Limited, a government entity. In my book this is the type of conflict of interest which instils a deep sense of distrust of the regulatory authorities. Alan Deidun is running with the hares and hunting with the hounds.
Can we ever trust “regulators” who, whenever they feel like it, offer their services to those they “regulate”?
Interestingly, one of the documents available for public scrutiny contains a declaration by twenty-one expert contributors to the EIA, each of whom declares that s/he has no conflict of interest: the conflict however being narrowly defined in terms of an interest in the development itself. The EIA Regulations do not limit “conflict of interest” to an interest in the development but speak of “no conflict of interests”. No wonder even Professor Alan Deidun signed this declaration!
Regulation 17 of the EIA Regulations of 2017 lays down that those carrying out the EIA must be “professional, independent and impartial”. How can the regulator be “professional, independent and impartial” when he starts advising those s/he regulates?
It is about time that the environmental NGOs recall Professor Alan Deidun from his role as a member of the ERA Board representing them, as such behaviour is unacceptable in this day and age.
It may be pertinent to point out that very recently, a development permit, in respect of the development of Manoel Island, was withdrawn by the Environment and Planning Tribunal due to the fact that one of the contributors to the EIA had a conflict of interest.
It is about time that regulators understand that their acceptance to sit on decision-taking structures puts limits on their permissible professional activities. Until such time that this basic point is acted upon our authorities cannot be fully trusted. Their behaviour is incinerating trust, fairness and common sense.
published on The Malta Independent on Sunday : 11 October 2020
Il-politiċi għandhom iżommu distanza soċjali min-nies tan-negozju, u dan mhux biss waqt pandemija. Dan kien rappurtat li ntqal minn George Hyzler, il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iktar kmieni din il-ġimgħa, waqt seduta ta’ kumitat parlamentari li kien qed jiddiskuti r-rapport tiegħu dwar investigazzjoni li għamel fuq Joseph Muscat, ex-Prim Ministru. Ir-rapport ta’ Hyzler hu dwar ir-rigal li Joseph Muscat irċieva mingħand Yorgen Fenech li kien jikkonsisti fi tlett fliexken inbid prim, Château Pétrus, mingħand min hu presentement akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia.
Joseph Muscat mhux l-ewwel politiku li irċieva rigali kompromettenti. L-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kien aċċetta rikba bla ħlas (bejn Malta u Madrid u lura) fuq jet privat flimkien ma żewġ negozjanti biex jara logħba futbal taċ-Champon’s League (l-Arsenal f’Madrid). Tonio Fenech, li anke rċieva rigali kontroversjali oħra, dakinhar kien soġġett għal kritika qawwija, avolja l-kariga ta’ Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma kienitx teżisti! Anke kellu l-barka tal-Prim Ministru ta’ dakinnhar, “ir-rett” Lawrence Gonzi. U ejja, b’daqshekk x’ġara?
Fl-2015 kellna ukoll il-każ tal-ex-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar li, kif kien sar magħruf, kien aċċetta numru ta’ rigali mingħand negozjant ieħor kontroversjali: Joseph Gaffarena. Dakinhar ukoll ma kellniex Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, imma Joe Cassar ħa deċiżjoni korretta u irreżenja wara li ammetta li żbalja. Cassar ma irrealizzax mill-ewwel bil-gravità ta’ dak li ġara. Imma fl-ebda ħin ma qal: u ejja, b’daqshekk x’ġara?
Meta dawk li jkollhom kariga politika jirċievu rigali li jiswew il-flus ikunu qed joħolqu sitwazzjoni li biha faċilment jikkompromettu l-kariga pubblika li jokkupaw. Il-posizzjoni kompromettenti tkun ferm iktar gravi jekk dak li jġib ir-rigal ikun jiddependi mill-politiku minħabba deċiżjonijiet li jkunu għadhom pendenti, u ferm agħar jekk ikun jew tkun diġa ibbenefika minn deċiżjonijiet li diġa ttieħdu.
Nifhem li għal uħud mill-politiċi din tista’ tkun sitwazzjoni diffiċli ħafna, b’mod partikolari jekk il-politiku nvolut ma jkunx imdorri jaġixxi b’mod etiku saħansitra f’affarijiet żgħar li niffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum. L-imġieba etika mhiex switch li tixgħel jew titfi skond jekk tkunx attiv fil-politika jew le. Il-politiku qiegħed taħt il-lenti pubblika u l-pubbliku, illum jew għada, jiskopri l-imġieba mhux korretta ta’ dak li jkun. L-attitudni ta’ uħud ġeneralment hi rifless ta’ imġieba mhux etika li saret tant komuni fis-soċjetà tagħna: fil-professjonijiet, fin-negozju (żgħir u kbir), fis-servizzi, fis-settur pubbliku u f’kull qasam tal-ħajja ta’ kuljum. Is-soċjetà tagħna żviluppat attitudni ta’ “u ejja, b’daqshekk x’ġara?”. Kollox, jew kważi kollox jgħaddi. Allura m’hemmx għalfejn nistgħaġbu jekk din l-attitudni hi riflessa ukoll f’dawk eletti f’karigi pubbliċi!
Ir-rapport dwar l-inbid Château Pétrus li Yorgen ta’ lil Joseph hu biss każ wieħed li spikka. Bla dubju hemm kwantità ta’ każijiet ta’ għoti ta’ rigali lil politiċi konnessi ma’ deċiżjonijiet speċifiċi inkella li kellhom impatt fuq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. F’xi każi il-linja li tifred rigal minn attentat ta’ korruzzjoni hi waħda fina ħafna. Il-parti l-kbira tal-każi imma, diffiċli li jkunu ppruvati. Huwa għalhekk essenzjali li l-ftit każi li dwarhom hemm il-provi jittieħdu passi dwarhom.
L-uffiċċju tal-Kummissarju tal-iStandards fil-Ħajja Pubblika hu essenzjali fil-bini tal-infrastruttura etika tant meħtieġa biex ikunu regolati dawk f’ħatriet politiċi. Hu għal din ir-raġuni li kien hemm elf skuża u dewmien sostanzjali biex din il-kariga inħolqot.
Ir-rapporti tal-Kummissarju dwar l-Standards fil-Ħajja Pubblika dejjem ser ikunu kontroversjali. Waqt li wieħed jirrispetta l-ġudizzju tal-Kummissarju, huwa għandu jifhem li l-konsiderazzjonijiet tiegħu dejjem ser ikunu taħt il-lenti. Bħalissa, f’xi waqtiet jidher li qed joqgħod lura bħalma għamel fl-investigazzjoni riċenti dwar il-vjaġġ ta’ Joseph Muscat f’Dubai.
Dawn huma materji li dwarhom bħalissa għadna qed nitgħallmu. Anke l-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika nnifsu għadu qed isib saqajħ f’mixja li forsi twassalna biex xi darba neliminaw mill-vokabolarju tagħna espressjonijiet bħal “u ejja, b’daqshekk x’ġara?”.
Kultant, imma, naħseb li diġa qegħdin tard wisq!
ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020
Politicians should keep a social distance from big business, always, not only during a pandemic. This was reportedly stated by George Hyzler, the Commissioner for Standards in Public Life earlier this week during a parliamentary committee sitting, when discussing the contents of his report concluding an investigation of Joseph Muscat, former Prime Minister. Hyzler’s report dealt with the receipt by Joseph Muscat of a gift consisting of three bottles of the premier Bordeaux red wine, Château Pétrus, from Yorgen Fenech, entrepreneur, currently defending himself from the criminal charge of masterminding the assassination of Daphne Caruana Galizia.
Joseph Muscat is not the first politician to receive such compromising gifts. Former Finance Minister Tonio Fenech had accepted a free ride to join a couple of entrepreneurs to watch an Arsenal Champion’s League match in Madrid on a private jet belonging to one of the entrepreneurs. Tonio Fenech, who also received other controversial gifts, was heavily criticised, even though unfortunately there was no Standards Commissioner to investigate back then! He even had the blessing of his boss, the sanctimonious Lawrence Gonzi.
In 2015 we also had the case of former Health Minister Joe Cassar who, it was revealed, had accepted a series of gifts from another controversial business man: Joseph Gaffarena. There was no Commissioner for Standards in Public Life then, but Joe Cassar took the right decision and resigned after publicly accepting that he had committed a serious error of judgement.
When holders of political office accept expensive gifts, they are placing themselves in a position which could easily compromise the public office which they occupy. The seriousness of the compromising situation created increases exponentially if the gift bearer is dependent on the holder of political office for decisions yet to be taken or worse, if he/she has already benefitted from decisions taken.
It is acknowledged that at times the holder of political office may be in a very awkward situation, especially if he is not accustomed to behaving ethically even in minor everyday matters. Ethical behaviour is not a switch-on/switch-off matter dependent on whether one is involved in politics. Holders of political office are under the glare of the public spotlight, which, sooner or later discovers their misdemeanours. Their attitude is however generally a reflection of the unethical behaviour prevalent throughout society: in the professions, in business, in all sectors of everyday life. Our society has developed an attitude that “anything goes”. Consequently, it is no wonder that this is also reflected in those elected to public office!
The Château Pétrus report is just one case which has made it to the headlines. There are undoubtedly countless of other cases of gifts to holders of political office which were the result of specific decisions or else had a material impact on decision-taking. In some cases, the gift bearing borders on corruption. Most of them are however difficult to identify or prove. It is hence imperative that action is taken in respect of the few provable cases.
The Office of the Commissioner for Standards in Public Life is an essential building block of the ethical infrastructure required for the regulation of holders of political office. For this specific reason, it took ages to be implemented with a multitude of excuses continuously piling up in order to justify substantial delays. The reports of the Standards Commissioner will always be controversial. Whilst respecting his judgement he will undoubtedly realise that his considerations will always be subject to scrutiny as at times he appears to be applying excessive self-restraint as he has done in the investigation relative to the recent Muscat Dubai trip.
We are currently riding a steep ethical learning curve. Even the Commissioner for Standards in Public Life himself is on this ethical learning trip at the end of which it may be possible to consign the “anything goes” syndrome to the dustbin of history, even though at times it seems that it may be already too late!
published in The Malta Independent on Sunday : 26 July 2020
Il-mewt ta’ Miriam Pace midfuna taħt ir-radam li sa ftit qabel kien jifforma id-dar tagħha f’Santa Venera ħasad lill-pajjiż. Waqgħet dar oħra, imma din id-darba l-industrija tal-kostruzzjoni ma kkawżatx biss ħsara imma wasslet ukoll għall-qtil ta’ persuna. Għax it-tejatrin ta’ Ian Borg, Joseph Muscat u Sandro Chetcuti, wara l-inċidenti tas-sajf li għadda kien nissel l-impressjoni falza li kollox kien taħt kontroll. Imma dan, sfortunatament mhux il-każ.
Huwa ġustifikabbli li l-industrija tal-kostruzzjoni kollha titqiegħed taħt il-lenti, għal darba oħra kif ukoll għal kemm-il darba jkun hemm bżonn. Dan jinkludi li tkun eżaminata l-imġieba tal-periti.
Bħala riżultat tad-dibattitu pubbliku li għaddej ġie osservat li l-perit inkarigat mix-xogħol problematiku f’Santa Venera għandu interessi oħra, lil hinn minn interess professjonali fix-xogħol ippjanat. Huwa ukoll azzjonist fil-kumpanija li applikat għal permess u li f’Jannar inħarġilha mill-Awtorità tal-Ippjanar il-permess PA6459/19. Jirriżulta li dan il-perit għandu f’ismu 10% tal-ishma fil-kumpanija li f’isimha ħareġ il-permess tal-iżvilupp: MCZMC Developers Limited. Għandu interess li jara li l-investiment li għamel jirrendi.
Id-dibattitu dwar jekk huwiex etikament korrett li perit ikollu interess fi proġett ta’ żvilupp li hu inkarigat minnu li jmur lil hinn minn interess professjonali mhux wieħed ġdid. Ilu għaddej kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minnha.
Il-Kodiċi dwar l-Imġieba għal dawk fil-pussess ta’ warrant biex jipprattikaw ta’ periti fil-gżejjer Maltin jifforma parti minn skeda annessa ma’ regolamenti intitolati Regolamenti dwar il-Kamra tal-Periti.
L-iskeda hi msejħa Kodiċi dwar l-Imġieba Professjonali. Kienet oriġinalment imfassla fl-1969 imma ġiet emendata fl-2010. Il-Kodiċi b’mod ċar ifisser li Perit f’Malta “ma għandux jokkupa, jassumi jew xjentement jaċċetta kariga li fiha l-interess tiegħu jkun kontra d-dmirijiet professjonali tiegħu.” (regolament numru 1). Iżid jipprovdi li Perit “jirċievi rimunerazzjoni biss bid-drittijiet professjonali tiegħu li jitħallsu mill-klijenti tiegħu u/jew bis-salarju tiegħu li jitħallas mill-prinċipal tiegħu. Hu ma jkunx jista’ jieħu rimunerazzjoni minn riżorsi oħra relattiva għax-xogħol u għad-dmirijiet fdati lilu.” (regolament numru 2)
Dan ifisser b’mod mill-iktar ċar li Perit ma jistax jinvolvi ruħu fl-investimenti dwar propjetà inkella bħala żviluppatur ta’ propjetà li dwarha jkollu involviment professjonali. Id-dħul tiegħu għandu jiġi unikament mix-xogħol professjonali u mhux minn qliegħ ġej minn negozju jew żvilupp ta’ propjetà. Fi kliem sempliċi u li jinftiehem id-dħul tal-perit għandu jkun mis-servizz li hu jagħti u mhux billi jieħu sehem fl-ispekulazzjoni tal-art u l-bini.
Minkejja dan, xi qarrejja bla dubju għandhom esperjenza differenti. Uħud ikunu sorpriżi meta huma u jaraw propjetà li jkunu interessati biex jixtru jiskopru li l-persuna li żviluppat din il-propjetà u li qed tfittex li tbigħilhom tkun ukoll il-perit inkarigat mix-xogħol. Filwaqt li fil-parti l-kbira tal-każi ma jinqala’ xejn straordinarju, fil-każi fejn jinqalgħu problemi n-nies tħossa skomda targumenta ma’ perit-żviluppatur. Meta jinqalgħu l-argumenti dwar il-propjetà żviluppata minn perit-żviluppatur, il-perit ma tantx issibu għax hu l-iżviluppatur li jkun fuq quddiem ifittex li jispjega u jiġġustifika dwar id-difetti fil-propjetà. Għax in-nies tirrikorri għand il-perit bħala l-ewwel arbitru tekniku bejna u l-iżviluppatur, ħafna drabi anke jekk huwa jkun il-perit ta’ l-iżviluppatur stess. Imma meta l-perit u l-iżviluppatur ikunu l-istess persuna dan ma jistax isir. Għax il-perit ma jagħtix biss servizz lill-klijent tiegħu imma b’mod indirett iservi ukoll lil kull min ikun effettwat minn dan l-istess servizz.
Uħud minn dawn il-periti żviluppaturi huma magħrufa filwaqt li oħrajn jinħbew wara kumpaniji inkella wara sħab fin-negozju.
Għad m’għandi l-ebda tweġiba għal mistoqsija bażika: għalfejn qed ninjoraw l-osservanza ta’ etika professjonali bażika b’mod li nwasslu messaġġ li wara kollox, li xejn mhu xejn, u li dan kollu hu mġieba “normali” u aċċettabbli?
Il-Kamra tal-Periti forsi tista’ tipprovdi tweġiba għal dan. Sa mit-twaqqif tagħha 100 sena ilu l-Kamra tal-Periti kellha r-responsabbiltà li tgħarbel u fejn neċessarju tieħu passi neċessarji dwar il-prattiċi professjonali tal-periti. Safejn naf jien, s’issa, ma jirriżulta minn imkien li ttieħdu xi passi dwar il-periti żviluppaturi.
Meta jirriżulta kunflitt ta’ interess jeħtieġ li nindirizzaw bla dewmien il-kawża ta’ dan il-kunflitt. Li ma nieħdu l-ebda azzjoni jfisser illi is-sitwazzjoni li tkun inħolqot qed tiġi meqjusa bħala li hi riżultat ta’ mġieba aċċettabbli.
Għax illum xejn mhux xejn.
Minħabba li tul is-snin ħadd ma għamel xejn dwar dawn il-periti żviluppaturi hemm min illum iqies li dawn huma żvilupp aċċettabli. Għax għal dawn ir-regoli dwar l-imġieba etika hu djuq żejjed, ħela ta’ żmien u burokrazija żejda. Propjament red tape!
Dan hu fejn naslu meta s-soċjetà tagħna tiżviluppa f’waħda amorali.
Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2020