Djun tal-PLPN: theddida demokratika

Matul il-ġimgħa l-oħra kien hawn delegazzjoni f’Malta mill-Parlament Ewropew biex tistħarreġ dwar il-progress li sar fil-konfront tas-saltna tad-dritt (rule of law) fil-pajjiż.

Wieħed mill-kummenti li għamlu kien dwar id-djun esaġerati tal-partiti politiċi parlamentari! Iddeskrivewhom bħala ta’ theddida għas-sisien demokratiċi tal-pajjiż. Id-djun akkumulati tal-partiti politiċi parlamentari li jlaħħqu miljuni kbar huma ta’ theddida għad-demokrazija għax jorbtuhom fit-tul mal-karru tal-flus u poġġuhom f’posizzjoni kontinwa kompromettenti.

Aħna mill-ADPD ilna nitkellmu dwar dan u dwar il-ħtieġa ta’ qafas serju ta’ finanzjament pubbliku tal-partiti politiċi.

Madwar tmien snin ilu inħolqot leġislazzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Liġi li fiha toqob iktar minn passatur.

L-ewwel nett hi l-Kummissjoni Elettorali li tiffunzjona ta’ regolatur f’dan il-qasam. Issa l-Kummissjoni Elettorali hi magħmula minn rappresentanti tal-PLPN. Kif jistgħu dawn jirregolaw lilhom infushom?

It-tieni ħallew barra minn dan kollu lill-kumpaniji tal-partiti politiċi. Toqba kbira din għax qed tiġi użata biex d-donazzjonijiet politiċi jinħbew bħala taparsi servizzi li jinxtraw mill-kumpaniji tal-partiti politiċi. Dan ta’ lok għall-każ magħruf bħala tal-invoices foloz jew għall-każ l-ieħor ta’ servizzi fittizji. Meta wieħed iqies li l-kumpanji tal-PLPN ilhom snin kbar ma jippreżentaw l-audited accounts tagħhom wieħed jista’ jifhem iktar kemm huma moħħhom mistrieħ li l-abbużi li qed isiru jibqgħu misturi għal ħafna snin.

Ma’ dan kollu jeħtieġ li nagħtu każ tal-kontijiet li jammontaw għal miljuni f’arretrati tad-dawl u l-ilma mhux imħallsa mill-PN u l-PL u l-kumpaniji tagħhom.  Anke ħlas b’lura tal-VAT għandhom li jmur lura għal ħafna snin.

Ex-Ministru kien iħobb jikkwota qawl Ruman li hemm liġi għall-bnedmin u oħra għall-annimali. Hekk ġiebuh il-pajjiż. Hemm liġi għalihom, li jippretendu li jagħmlu li jridu (u fejn jaqblilhom iħokku dahar xulxin) u oħra għall-bqija, għalina lkoll.

Għalik li iddum ma tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma malajr tirċievi theddida ta’ qtugħ tas-servizz. Imma dawn b’miljuni ta’ arretrati jibqgħu għaddejjin qiesu ma ġara xejn.

Hemm bżonn leġislazzjoni sura dwar il-finanzjament tal-partiti li tagħti każ dan kollu. M’għandhomx jibqgħu taparsi qed jirregolaw lilhom infushom.

Beyond 26 March

Increasing our vote tally by almost doubling it between general elections is no mean feat. That is what has been achieved by ADPD-The Green Party on 26 March. Notwithstanding the small numbers involved, the achievement is substantial, getting close to the best green result achieved in the 2013 general election. 

The 26 March electoral result, however, once more, exposes an electoral system which does not deliver proportional results when it really matters: results that is, supporting minority views. Political parties representing the PLPN establishment, have continuously benefitted from various adjustments to the electoral system, from which they obtain one proportional result after the other: proportionality which they benefit from but simultaneously, continuously and consistently deny to others.

Fair treatment would possibly have seen us achieve much better results than we have achieved so far. Unfortunately, the electoral system is designed to be discriminatory. This includes the setup of the Electoral Commission itself as well as the manner in which it operates under the continuous remote control of the PLPN. Even simple access to the individual district provisional results, which I requested, was continuously obstructed and objected to by the Electoral Commission late on Sunday 27 March when the counting process was still in progress.

Furthermore, PLPN have normal access to electronic counting data held by the Electoral Commission in order to be able to vet the validity of the final results. Repeated requests to extend such access to the green monitoring team in the counting hall were ignored. Even the OSCE election observation team present in the counting hall found this very strange and queried our monitoring team continuously on the matter.

Tomorrow, we will start the long process in court which could deliver some form of justice: the restitution of the parliamentary seats which our party has been robbed of by the PLPN political establishment throughout the years.

Normally, after elections, we waste a lot of time engaged in soul searching discussing whether taking the PLPN establishment head-on, one election after another, is worth the effort. This time we are immediately taking the plunge to ensure once and for all that each vote cast in Maltese general elections, irrespective of whom it is cast for, has an equal value. It is a long journey which may possibly take us to the European Court of Human Rights in Strasbourg, if this is considered essential, in order to settle the issue of electoral justice in these islands once and for all.

We have had to take this line of action as parliament in Malta has been consistently incapable of acting fairly. Parliament is, since 1966 under the complete control of the establishment political parties: PLPN.

By next Tuesday all bye-election results will be known. Subsequently the constitutional gender balance mechanism will be applied in favour of the establishment PLPN. This will be limited in implementation, similarly to the proportionality mechanism: limited in favour of the PLPN

The PLPN duopoly which has completely hijacked the institutions wants to be sure that its control is adequately embedded such that it can withstand any future shocks.

It is unacceptable that electoral legislation treats us in this despicable manner: differently from the manner in which it treats the establishment political parties. Unfortunately, the PLPN duopoly have not been able to deliver any semblance of fairness in our electoral system. The Courts, consequently, are our only remaining hope to address and start removing discrimination from electoral legislation, which is why tomorrow we will embark on our long overdue Court case.

The team we have built in the past months at ADPD has functioned quite well in achieving one of our best electoral results. It is now making the necessary preparations to ensure a better Green presence in our towns and villages in the months ahead. As a result of the excellent teamwork developed, we have starting preparing plans for the future which should lead to an organic growth of the party. This will make it possible for us to achieve even better results in the next political cycle.

published in The Malta Independent on Sunday : 10 April 2022

Mill-Manifest ADPD: (4) finanzjament tal-partiti

Għandha tittejjeb il-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi billi fost oħrajn tkun eliminata l-possibilità li jkunu l-partiti politiċi stess li jirregolaw lilhom infushom permezz tal-Kummissjoni Elettorali li hi komposta fil-maġġor parti tagħha minn rappreżentanti tal-partiti fil-parlament.

Desmond Zammit Marmara: t-triq tal-irġulija

L-artiklu ta’ Desmond Zammit Marmara fit-Times tal-bieraħ kien riflessjoni f’waqtha dwar il-Partit Laburista. Riflessjoni minn persuna li tafu u ħadmet fih għal numru ta’ snin.

Irrispettivament minn jekk naqblux jew le ma dak li kiteb Desmond Zammit Marmara, il-bniedem jistħoqlu kull rispett. Hu wieħed mill-ftit li qed jikkontribwixxi għal diskussjoni politika matura li hi nieqsa ferm f’dan l-imbierek pajjiż.

Uħud mill-kummenti li hemm online għall-artiklu ta’ Desmond Zammit Marmara, mhux biss fuq il-paġna tat-Times, imma anke fuq l-Illum fejn hemm rapport dwar l-artiklu, huma kummenti li jqażżuk. Huma rifless tar-raġunijiet għax il-pajjiż tagħna qiegħed fl-istat li hu illum.

Dawn it-tip ta’ kummenti, u bosta insulti ukoll, ma sarux biss fil-konfront ta’ Desmond. Isiru ukoll fil-konfront ta’ kull min hu kritiku ta’ dak li qed jiġri madwarna.

Li ma taqbilx ma dak li qed jgħid Desmond hu dritt, imma dan id-dritt ma jagħtikx id-dritt li tinsulta u tkasbar. Huwa biss bid-diskussjoni serja u matura li nistgħu nimxu l-quddiem. Mingħajrha lura biss nistgħu nimxu.

Jiena kelli diversi opportunitajiet li nitkellem u niddiskuti ma’ Desmond Zammit Marmara. Xi drabi fuq il-programm li kellu fuq l-RTK fejn dejjem ta’ l-ispazju għal idejat oħrajn, differenti, b’diskussjoni li tfittex li tifhem u tgħallem. Iltqajt miegħu ukoll diversi drabi fis-sala tal-għadd tal-voti meta iddiskutejt miegħu l-ktieb tiegħu fuq Pawlu Boffa, Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista.

Desmond hu persuna valida li minkejja l-insulti għażel u jibqa’ jagħżel it-triq tar-raġuni u r-riflessjoni. Hi t-triq id-diffiċli, però hi t-triq tal-irġulija.

Grazzi Desmond.

Il-PLPN jieklu minn idejn l-iżviluppaturi

Fl-intervista ippubblikata dalgħodu mis-Sunday Times mal-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli, huwa ġie rappurtat li bi tweġiba għal mistoqsija jekk jagħtix donazzjonijiet lill-partiti politiċi qal hekk:

“You can’t donate the amounts of money that people think we do. There are laws. But yes, we do help them. Out of respect. And we help both parties…”

Biex inkun żgur li l-affarijiet huma ċari ħriġt stqarrija li ADPD la qatt talab u l-anqas qatt ma irċieva donazzjonijiet mingħand Portelli u persuni bħalu. Donazzjonijiet ta’ din ix-xorta ma jiġux aċċettati skond il-politika kostanti tal-ADPD.

Nosserva ukoll, fi kliem Portelli fl-istess intervista, li proġetti massiċċi li qed jiżviluppa Portelli jew li ser jiżviluppa fil-futur għandhom il-barka taż-żewġ partiti li jirċievu d-donazzjonijiet mingħandu.

Il-PLPN jieklu minn idejn l-iżviluppaturi. Tista’ qatt tafdhom?

Il-kumpaniji tal-PLPN jeħtieġ li jkunu regolati sewwa

Tal-PLPN, permezz tal-kumpaniji tagħhom tal-media, għandhom jagħtu l-miljuni lill-Kummissarju tal-VAT.  Kif jistgħu qatt ikunu kredibbli meta jitkellmu dwar il-miżuri meħtieġa kontra l-evażjoni tat-taxxa?  Mhux aħjar li jkunu huma minn tal-ewwel li jħallsu dak dovut u jagħtu l-eżempju?

Iktar kmieni din il-ġimgħa konna infurmati li l-kumpaniji tal-media tal- PL u tal-PN għandhom jagħtu mal-€5 miljuni lill-Kummissarju tal-VAT. Dan l-ammont hu dovut lill-kaxxa ta’ Malta u jirrappreżenta taxxa li nġabret mill-kumpaniji tal-PLPN u nżammet għandhom.  Iż-żamma għandhom da parti tal-kumpaniji tal-PLPN ta’ dawn il- €5 miljuni jfisser li dawn ħadmu uqed jaħdmu bi flus li ma humiex tagħhom, iżda tal-kaxxa ta’ Malta. Huwa self moħbi li minnu ibbenefikaw kemm il-PL kif ukoll il-PN. Għalhekk kważi skiet perfett. Fejn jaqblihom iħokku dahar xulxin: malajr jiftehmu bi ftit kliem.

L-għaqdiet tan-negozju għamlu sew li semmgħu leħinhom u lmentaw pubblikament dwar dan it-trattament preferenzjali tal-kumpaniji tal-PLPN dwar il-ħlas tal-VAT li dawn għad għandhom pendenti. Huwa essenzjali li l-mexxejja tal-pajjiż imexxu bl-eżempju. Kif ngħidu, l-kliem iqanqal, imma l-eżempju jkaxkar.  

Il-problema iżda hi ħafna ikbar minn hekk. Xi żmien ilu l-medja kienet ikkummentat dwar il-fatt li tal-PLPN l-anqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma kienu qed iħallsu. Il-kontijiet pendenti kienu enormi.  L-aħħar informazzjoni li sibt kienet tindika kontijiet pendenti tal-PLPN u l-kumpaniji tagħhom, flimkien, għall-ammont ta’ madwar  €2,500,000. Diffiċli biex ikollok informazzjoni preċiża u aġġornata minħabba li l-ARMS tqis li din hi materja kunfidenzjali minkejja li hi materja ta’ importanza nazzjonali enormi: għax il-PLPN qed jabbużaw mis-sistema u l-awtoritajiet mhux biss qed iħalluhom imma qed jostruhom.    L- ARMS għandha l-obbligu li tittratta lill-kumpaniji tal-PLPN bl-istess mod li timxi ma’ kumpaniji oħra: trid tassigura ruħha li anke huma jħallsu l-kontijiet fil-ħin!  

Għadni ma semmejtx l-arretrati dwar il-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà nazzjonali u t-tnaqqis tal-PAYE għat-taxxa tad-dħul tal-impjegati tal-partiti politiċi u tal-kumpaniji tagħhom. Minn dak li ġie indikat fil-passat dawn l-arretrati jistgħu jammontaw għal miljuni kbar, avolja l-ammont eżatt tagħhom mhux magħruf!

Dan ifisser li fil-prattika tal-PLPN għandhom sors ieħor mhux dikjarat ta’ dħul li bih jiffinanzjaw il-ħidma tagħhom: għandhom kreditu fuq it-taxxi u pagamenti oħra dovuti lill-istat u istituzzjonijiet oħra. Self ieħor iffinanzjat minn dawk li jħallsu it-taxxi: self mhux dikjarat li jista’ jammonta għal madwar €10,000,000!

Kull negozju li jkollu jħallas dawn l-ammonti f’taxxa u ħlasijiet oħra jkollu jkollu inkwiet mhux żgħir. Ikun qabad it-triq tal-falliment. Jkun qed jissogra li l-assi tiegħu jittieħdu biex bihom jitħallsu l-kontijiet pendenti. Imma mal-PLPN, qiesu ma ġara xejn!

Dan kollu irridu narawh ukoll fil-kuntest ta’ xi ftehim mistur li niskopru bih minn żmien għal żmien bejn il-partiti l-kbar u x’uħud fin-negozju. L-aħħar każ hu dak tal-abbozz ta’ ftehim bejn il-Labour u Yorgen Fenech liema ftehim kien jipprovdi ħlas ta’ €200,000 għal xi servizzi. Dan bla dubju jfakkarna fil-każ l-ieħor ta’ xi snin ilu bejn il-Grupp dB u l-PN, dwar servizzi ukoll. F’kull kaz wara dawn il-ftehim hemm moħbija donazzjonijiet politiċi “taparsi ħlas għal servizzi”. B’hekk il-partiti l-kbar ikunu qed iduru mar-regolamenti dwar id-donazzjonijiet li jistabilixxu li l-valur kumulattiv ta’ donazzjoni fi flus lil partit politiku ma tistax taqbeż il–limitu ta’ €25,000 minn sors wieħed speċifiku.  

Dan kollu jipponta lejn nuqqas gravi u intenzjonat fit-tfassil tal-leġislazzjoni li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi. Għidna repetutament li kemm il-PL kif ukoll il-PN kontinwament qed jagħmlu użu mill-kumpaniji tagħhom biex b’mod konvenjenti jevitaw l-obbligi tar-regolamenti finanzjarji.  

Kif wieħed jistenna, l-PLPN jiċħdu dan kollu. L-PL jinsisti li l-kumpaiji tiegħu ma daħlu fl-ebda ftehim ma’ Yorgen Fenech. Il-PN, min-naħa l-oħra jinsisti li m’għandu xejn irregolari. Imma mbagħad it-tnejn li huma ma jimxux mar-regoli. L- accounts ivverifikati tal-kumpaniji tagħhom ilhom snin kbar ma jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet skond il-liġi. Bħala riżultat ta’ dan ma hemm l-ebda dokumenti li jistgħu jindikaw  jekk u kif il-kumpaniji tal-PLPN humiex verament mexjin sew u b’mod partikolari jekk humiex kontinwament jintużaw biex ikunu evitati ir-regoli dwar id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi.

Hemm ħtieġa urġenti li r-regoli li bihom huma rregolati l-kumpaniji tal-partiti politiċi induruhom dawra sew. Dawn il-kumpaniji għandhom ikunu eżaminati fil-kuntest tal-Att tal-2015 dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi.  Rappurtaġġ fil-ħin hu essenzjali biex ikun assigurat li dawn il-kumpaniji ma jibqgħux jintużaw biex tinkiser il-liġi.  

F’dan il-mument il-PLPN u l-kumpaniji tagħhom ikkapparraw self sostanzjali bla ebda awtorizzazzjoni. Dik governanza tajba!

Il-PLPN ma jistgħux isolvuha din. Huma parti integrali mill-problema.

Huma biss Membri Parlamentari eletti minn fost dawk ippreżentati minn ADPD li jistgħu jibdew it-triq tat-tindif tat-taħwid li ħoloq u kattar il-PLPN.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 12 ta’ Settembru 2021

Regulating the commercial companies owned by PLPN

PLPN media houses owe millions to the VAT office.  How can PLPN be credible when speaking about measures to bring tax dodging and tax evasion under control? Would it not be more appropriate if they bring their own house in order first?

Earlier this week we were informed that the PL and the PN media houses have a combined unpaid VAT tax bill to the tune of €5 million. This amount is due to the exchequer and represents VAT collected by them and not paid to the state coffers. The retention by the PLPN of this sum of €5 million also signifies that the party media houses are making use of monies due to the national exchequer in their day-to-day workings!  It is an undeclared loan to the benefit of both the PL and the PN. Whenever it suites them, PLPN are in agreement. They are on the same wavelength. They are taking a free ride on the taxpayers back, year-in year-out.

Business is right to publicly complain on the preferential treatment meted out to the PLPN media houses on outstanding VAT payments. It is a reasonable expectation that the country’s leaders should lead by example!

The problem is however much larger than that. Some time back the media alerted us on the PLPN pending water and electricity bills too. The pending amounts due were known to be substantial. The latest available information is of a combined outstanding bill of €2,500,000. Up to date information is difficult to come by as ARMS considers it as a confidential matter, notwithstanding it being a matter of public interest due to its abusive nature.  Is it not about time that ARMS deals with PLPN companies in the same way as it deals with its other customers and ensures that they pay their bills on time?

There are also arrears due for National Insurance contributions and Income Tax deductions for employees of political parties and their companies. It has in the past been indicated that these arrears may run into many million euros even though the precise quantum is not known.

In effect this means that the PLPN have another undeclared source of finance for their day-to-day operations: an interminable credit on taxes and payments due to the state and its various institutions. Another loan financed by taxpayers in the region of around €10,000,000!

This has to be seen within the context of the underhand deals revealed from time to time between PLPN and business. The latest revelation of a possible draft agreement between Labour and Yorgen Fenech through which a €200,000 “deal for services” by the party media was planned, is a case in point. This is reminiscent of the other deal some years back between the dB Group and PN companies also for “services” by the party media. In both cases these deals are intended to disguise effective donations as “payment for services” thereby circumventing the donations regulations which impose an annual cumulative limit of €25,000 for donations to political parties from any one specific source.

Any business owing so much to the exchequer would be in deep trouble, on the inevitable fast track road to bankruptcy. Such a business would also be risking a takeover of its assets to make good for the substantial amounts due. But for the PLPN it seems that there is nothing to worry about!

All this points to a major intended deficiency of the legislation regulating the financing of political parties. It has been repeatedly pointed out that the PL and the PN are continuously using their companies as a convenient front to go around the political party financial regulatory framework.

As expected PLPN are in denial. The PL insists that its companies have not entered into a deal with Yorgen Fenech. The PN on the other hand insist that all is above board. Yet they continuously fail to play by the rules. Audited accounts for their companies have not been presented for many years. As a result, there is no way to verify whether and to what extent the PLPN commercial companies are innocent of the charges that they are being continuously used to circumvent the rules regulating the funding of political parties.

The rules regulating companies owned by political parties should be tightened up. Such companies should be scrutinised within the framework of the Financing of Political Parties Act of 2015. Real-time reporting is essential in order to ensure that such companies are not used any more to circumvent the rules.

As things stand, at this point in time, the PLPN and their commercial companies have appropriated a substantial loan without authorisation. How’s that for good governance? Another contributory factor to grey-listing?

PLPN cannot solve this. They are an integral part of the problem.

Only the election of Green MPs can clean up this PLPN mess.

published in The Malta Independent on Sunday : 12 September 2021

Il-parker ta’ Chris Peregin

Chris Peregin illum, fit-Times, qalilna kif parker umli u bla pretenzjonijiet fetaħlu għajnejh. Marritlu r-rabja ta’ 13-il sena kontra l-PN. Tnisslitlu biża’ kbira li minħabba fiha ser jibda “jgħin” lill-Partit Nazzjonalista.

L-għajnuna mhiex b’xejn. Bi ħlas mhux żgħir li min jaf kemm iridu jinħarġu ċedoli biex jagħmlu tajjeb għalih!

F’kummenti li Chris Peregin għamel fuq il-media soċjali emfasizza fuq il-ħtieġa li l-PN jagħraf it-tajjeb ta’ ġo fih u jwarrab fil-ġemb il-bqija.

Anke il-Labour jargumenta l-istess. Smajt numru ta’ votanti Laburisti mill-iktar umli u ta’ bla pretensjonijiet, bħall-parker ta’ Peregin, ifaħħru t-tajjeb tal-Labour u jiġu jaqgħu u jqumu mill-bqija, mill-korruzzjoni u l-abbużi. Għax għal uħud sakemm “nirċievi l-pensjoni” ABŻ mill-kumplament!

X’hemm ġdid f’dan?

Tajjeb li nagħrfu l-pożittiv fil-partiti kollha, imma dan ma jfissirx li l-bqija ser jisparixxi jew jintesa.

F’Lovin Malta, Peregin waqt il-kampanja riċenti tat-tmexxija tal-PN kien jemfasizza li hu jistenna li l-PN ikollu Kap li jħallas it-taxxa (kollha) fil-ħin. Jidher li reġa’ bdielu Peregin: ser jispiċċa jgħin Kap li għamel kullma seta biex ma jħallasx taxxa.

Il-politika tinbena fuq il-kredibilità. Il-PN nieqes minnha sewwa. Peregin ma tantx jidher li ser jgħin f’dan il-qasam.

Il-parker ta’ l-inqas jidher umli u leali. Mhux merċinarju.

Switch għal-lista l-griża

Għada it-Tnejn, fil-Parlament, il-Kumitat Permanenti dwar l-Standards fil-Ħajja Pubblika jibda jeżamina ir-rapport  K/032 dwar il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar. Ir-rapport jeżamina is-sottomissjonijiet li rċieva l-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler dwar in-nuqqas ta’ Cutajar li tiddikjara dħul tagħha hi u timla l-formola dwar id-dikjarazzjoni tal-assi meta kienet għadha Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-rapport ta’ 45 paġna tal-Kummissarju Hyzler hu akkumpanjat minn żewġ volumi addizzjonali bix-xhieda li fuqha Dr Hyzler fassal id-deliberazzjonijiet u l-konklużjonijiet tiegħu. Hemm ukoll it-tielet volum li mhux aċċessibli għal skrutinju pubbliku. Dan it-tielet volum fih statements tal-bank tal-membru parlamentari Qormija flimkien mac- chats tagħha fuq Whatsapp ma Yorgen Fenech, is-suspettat moħħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħa deċiżjoni li bħala riżultat tagħha Rosianne Cutajar hi issa definittivament barra mill-Kabinet, ta’ l-inqas f’dawn l-aħħar xhur tal-leġislatura. Iżda għadha qed tinsisti li mhux ser twarrab minn membru tal-Parlament. Qalet li fi ħsiebha tibqa’, anke jekk il-Partit Laburista, s’issa, għad ma ikkonfermax jekk hux ser tkun kandidata u dan in vista tar-rapport dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika taħt konsiderazzjoni.

Biex jiddefendi lil Cutajar il-Prim Ministur Abela, b’mod li jevita li jikkommetti ruħu iżżejjed, qal li kulħadd għandu jkun trattat l-istess, mingħajr deskriminazzjoni!

Bla dubju Rosianne Cutajar tħoss li ġiet ittrattata ħażin, kemm kemm mhux b’mod inġust!  Għalfejn din il-pressjoni kollha biex tisparixxi mill-ħajja pubblika meta min ammetta pubblikament li evada t-taxxa spiċċa elett Kap tal-Opposizzjoni? Il-ħajja u l-politika f’Malta xejn m’huma ġusti!   

Bernard Grech u Rosianne Cutajar qegħdin fuq l-istess livell fl-imġieba etika tagħhom, imma s’issa huma trattati b’mod differenti.  

Għalfejn, nistaqsi, l-Opposizzjoni Parlamentari ma tapplikax l-istess kriterji lit-tnejn li huma?  Meta l-Opposizzjoni tinsisti li Rosianne Cutajar għandha terfa’ r-responsabbiltà politika għal għemilha kif imfisser fir-rapport tal-Kummissarju Hyzler qed tagħmel sewwa. Għaliex mela ma tkunx konsistenti u tapplika l-istess kriterji għall-mexxej tagħha li dwaru l-investigazzjoni ilha lesta?

Bħal Rosianne Cutajar, Bernard Grech ħaqqu daqqa ta’ sieq għal barra. Dak hu t-trattament ugwali li jixraqilhom.  Il-presenza tagħhom it-tnejn fil-ħajja pubblika hi kontribut ċar għall-presenza ta’ Malta fil-lista l-griża tal- FATF!

Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina kienu preċiżi meta emfasiżżaw li r-rapport ta’ George Hyzler jeħtieġ li jkun approvat bla dewmien jekk irridu nwasslu l-messaġġ li qed naħdmu bis-serjetà biex Malta ma tibqax fuq il-lista l-griża tal-FATF.  Nittama li xi darba jifhmu illi meta jkollok persuna li hi evasur tat-taxxa li jistenna li jkun il-Prim Ministru alternattiv fi ftit taż-żmien ieħor, dan ma tantx hu ta’ għajnuna biex nitbegħdu minn din il-lista l-griża. Għadu possibli anke issa li nkunu konsistenti jekk irridu!

Il-ħtieġa li jkollna mġieba aħjar fil-ħajja pubblika mhiex switch li tixgħelu jew titfiegħ fil-mument li nidħlu fil-ħajja pubblika. Tapplika għal kulħadd, dejjem. Mhux biss waqt li aħna attivi fil-ħajja pubblika imma saħansitra sa minn qabel ma jibda l-involviment tagħna.  

Għal din ir-raġuni ngħarblu n-nomini tal-kandidati u l-ħatra tal-uffiċjali minn qabel. Għax m’għandniex nistennew lil min kien jiġi jaqa’ u jqum dwar kif iġib ruħu qabel ma jidħol fil-politika ser jaqbleb is-switch għal imġieba aħjar, hekk kif jidħol fil-politika.

Dan il-każ għandu jservi ta’ sveljarin.

Ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 11 ta’ Lulju 2021