Taħt il-lenti

Irridu u ma rridux, Malta hi kontinwament taħt il-lenti  internazzjonali. L-imġieba tagħna bħala pajjiż kontinwament tiġi mqabbla ma dak li hu aċċettat u li fil-fatt isir f’pajjiżi oħra.  Dan bla dubju għandu jservi ta’ xprun għalina lkoll f’dak kollu li nagħmlu.

Kemm jekk hi l-Moneyval, il-GRECO, l-Kummissjoni ta’ Venezja inkella xi istituzzjoni sopranazzjonali oħra, l-argumenti huma sostanzjalment identiċi. Xi drabi huma dwar it-titjib meħtieġ inkella titjib li diġa qiegħed isir.  Sfortunatament, iżda, bosta drabi oħra, l-istorja hi differenti: għax l-imġieba etika tal-istituzzjonijiet tagħna bosta drabi hi ferm il-bogħod minn dak mixtieq.  Dan jinkludi lill-Parliament, li tul is-snin wera li mhux kapaċi jeżiġi l-kontabilità tal-Gvern.  

Mill-ħażin immorru għall-agħar, kontinwament, kif jidher mill-imġieba tal-kumitat Parlamentari inkarigat biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istandards fil-ħajja pubblika.  B’mod speċifiku l-mod kif aġixxa l-iSpeaker f’uħud minn dawn il-laqgħat hu inaċċettabbli.   

Il-Grupp GRECO tal-Kunsill tal-Ewropa għadu kif ħareġ rapport ieħor dwar Malta. Il-GRECO hu kumitat fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa li jissorvelja kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li jiffurmaw il-Kunsill tal-Ewropa.  Dan l-aħħar rapport tal-GRECO hu dwar regoli etiċi konnessi mal-Parlament, mal-ġudikatura u ma’ oqsma oħra relatati.

Hu tal-biki li tisma’ l-kelliema tal-Gvern jilgħaqu lill-GRECO għax, jgħidu, li dan qed ifaħħar lill-Gvern dwar inizjattivi fil-qasam tal-etika pubblika. Ma sar xejn minn dan. Minflok iżda  ġie emfasizzat mill-GRECO li r-riformi f’Malta mexjin bil-mod wisq, qegħdin lura. Qed jitkaxkru is-saqajn.  Dak li qalet il-GRECO.

Fl-istess ħin kellna rapport ieħor mill-Kummissjoni Venezja. Din id-darba dan ir-rapport intalab mill-Gvern stess dwar tibdil li qed ikun ikkunsidrat fil-liġijiet in konnessjoni ma’ multi amministrattivi sostanzjali li qed jimponu diversi awtoritajiet. Il-problema hi dwar il-fatt li dawn l-awtoritajiet mhumiex meqjusa bħala Qorti kif teħtieġ il-Kostituzzjoni Maltija f’ċirkustanzi bħal dawn. Dan minħabba li mhumiex immexxija minn persuna meqjusa imparzjali, bħal ma hu Imħallef jew magistrat. Minflok huma immexxija minn persuni ta’ fiduċja!

Il-Gvern ilu jipprova jilgħab b’emendi differenti li ressaq għall-konsiderazzjoni tal-Parlament. Weħel fl-emendi meħtieġa għall-Kostituzzjoni għax m’għandux l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-Parlament u issa spiċċa dahru mal-ħajt. Ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt qatt ma kienet kwalità ewlenija tal-Gvern kif qed jidher ċar fil-mod kif qed jiżviluppaw l-affarijiet! Din mhiex xi ħaġa ġdida li ma konniex nafu biha!

Il-Kummissjoni Venezja ġibdet l-attenzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis li jkun iktar xieraq jekk il-Gvern Malti josserva t-toroq indikati mill-Kostituzzjoni Maltija flok ma jibqa’ jilgħab bil-liġijiet.  Il-Kummissjoni Venezja tiġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-opinjoni tagħha hi kontribut lejn id-diskussjoni pubblika li qed tiżviluppa, hi l-Qorti Kostituzzjonali Maltija biss li fl-aħħar tista’ tiddeċiedi jekk l-għażliet tal-Gvern Malti humiex korretti jew le! Fi ftit kliem qed tgħidlu: x’ġejt tagħmel hawn?

Id-deċiżjoni meħtieġa, tgħid il-Kummissjoni Venezja hi waħda li trid tittieħed minn Malta u l-awtoritajiet tagħha. Hi ukoll materja ta’ sovranità. Għax hi l-Qorti Kostituzzjonali Maltija biss li tista’ tiddeċiedi dwar jekk l-emendi proposti għall-Att dwar l-Interpretazzjoni jmorrux kontra l-Kostituzzjoni Maltija jew le.

Imma hemm xi ftit posittiv f’dak li ġara ukoll. Il-Gvern Laburista fittex il-parir tal-barranin! Għal darba mhux jeqred bl-indħil barrani!

Ippubblikat fuq Illum: Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju 2021

Under the spotlight

Whether we like it or not, as a country, Malta is continuously under the international spotlight. Our behaviour as a country is continuously compared to what is considered to be the norm, that is what is acceptable elsewhere.

Whether it is Moneyval, GRECO, the Venice Commission or any other supranational institution the arguments are basically identical. At times it is just about improvements which are required or are in hand. Unfortunately, however, many other times it is a completely different matter:  the ethical behaviour of our institutions leave much to be desired. This includes Parliament, which over the years has proven itself to be incapable of holding government to account. It gets worse by the hour as is evidenced by the behaviour of the Parliamentary Standing Committee which oversees the implementation of the Standards in Public Life. Specifically, the behaviour of the Speaker in the proceedings of that committee is, to put it mildly, unacceptable. 

The Council of Europe’s GRECO Group has just issued its Fourth Evaluation Report on Malta. GRECO is the Council of Europe’s anti-corruption monitoring body. This GRECO report deals with corruption prevention in respect of Members of Parliament, judges and prosecutors in Malta.

It is nauseating to hear government spokespersons eulogising GRECO and emphasising a perceived praise for government “ethical initiatives”. It did nothing of the sort. It rather emphasised, in not so many words, that reforms in hand were moving too slowly and pointing out that they should be speeded up! I see no praise there.

Almost simultaneously we had another Venice Commission report, this time requested by Government, on how to implement changes to our legislation in order to ensure that it is possible for substantial penalties to be charged by a number of administrative authorities. The issue is whether these can be decided by a number of these authorities, staffed by so-called “persons of trust”, or else whether one had to stick to existing constitutional provisions which ensure that it is only a court of law presided by an impartial judge or magistrate that decides such matters.

Government has tried to use many tricks to force Parliament’s hand, clearly indicating that respect for the rule of law is not one of its strong attributes! Nothing new there, one might add.

The Venice Commission has drawn attention of Justice Minister Zammit Lewis that it would be appropriate if his government observes the paths laid down by the Constitution instead of engaging in tinkering with other pieces of legislation. Tactfully the Venice Commission points out that while it is expressing an opinion “contributing to the public discussion” it is Malta’s Constitutional Court which at the end of the day has the authority to decide whether the path on which government has embarked is correct or not!

The Venice Commission aptly threw the ball back in our court. It states in its report that its role “is not to assess whether the reform in question is necessary or appropriate. This decision falls within the sovereignty of the Maltese authorities and people. Further, the question of whether the proposed amendment of the Interpretation Act is compatible with the Constitution of Malta as interpreted by the constitutional case-law is for the Constitutional Court of Malta to decide, eventually.” (Vide para 94 of report)

For a change we have sought (foreign) advice, rather than complain on foreign interference. That is certainly an improvement!

Published in The Malta Independent on Sunday : 6 June 2021

Malta-Libja : indħil barrani minn Malta fil-Libja?

Malta Libya

 

Il-Libjani, wara li prattikament il-Kabinett kollu kien Malta qalu li ftehmu mal-Gvern Malti biex ixandru minn Malta bir-radju kif ukoll bit-televiżjoni. Aħbar li l-Gvern Malti qiegħed jiċħad.

Ma nafx lil min tista’ temmen minnhom. Il-problema hi li ftehim ta’ din ix-xorta jekk seħħ joffri target f’pajjiżna ukoll bħala parti mill-gwerra ċivili li presentment għaddejja fuq l-art Libjana.

Filwaqt li hu għaqli li nsegwu dak li hu għaddej fil-Libja kif ukoll li noffru kull għajnuna biex il-kunflitt jintemm fl-iqsar żmien possibli hu ċar li nagħmlu x’nagħmlu jistgħu jinħolqu bosta diffikultajiet. Għax fil-waqt li min niftehmu miegħu jieħu pjaċir, in-naħa l-oħra fil-gwerra ċivili ovvjament tara ftehim ta’ din ix-xorta bħala indħil barrani.

Iżjed mal-kunflitt idum, iktar hemm ċans li nidħlu bejn il-basla u qoxritha. Is-sitwazzjoni għal Malta hi waħda perikoluża. Iktar u iktar jekk joħorġu sinjali kunfliġġenti bħal dan dwar ix-xandir Libjan.