Pétrus: minn Yorgen għal Joseph: u ejja, b’daqshekk x’ġara?

Il-politiċi għandhom iżommu distanza soċjali min-nies tan-negozju, u dan mhux biss waqt pandemija. Dan kien rappurtat li ntqal minn George Hyzler, il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iktar kmieni din il-ġimgħa, waqt seduta ta’ kumitat parlamentari li kien qed jiddiskuti r-rapport tiegħu dwar investigazzjoni li għamel fuq Joseph Muscat, ex-Prim Ministru. Ir-rapport ta’ Hyzler hu dwar ir-rigal li Joseph Muscat irċieva mingħand Yorgen Fenech li kien jikkonsisti fi tlett fliexken inbid prim, Château Pétrus, mingħand min hu presentement akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia.

Joseph Muscat mhux l-ewwel politiku li irċieva rigali kompromettenti. L-ex Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech kien aċċetta rikba bla ħlas (bejn Malta u Madrid u lura) fuq jet privat flimkien ma żewġ negozjanti biex jara logħba futbal taċ-Champon’s League (l-Arsenal f’Madrid).  Tonio Fenech, li anke rċieva rigali kontroversjali oħra, dakinhar kien soġġett għal kritika qawwija, avolja l-kariga ta’ Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma kienitx teżisti!  Anke kellu l-barka tal-Prim Ministru ta’ dakinnhar, “ir-rett” Lawrence Gonzi. U ejja, b’daqshekk x’ġara?

Fl-2015 kellna ukoll il-każ tal-ex-Ministru tas-Saħħa  Joe Cassar li, kif kien sar magħruf, kien aċċetta numru ta’ rigali mingħand negozjant ieħor kontroversjali: Joseph Gaffarena. Dakinhar ukoll ma kellniex Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, imma  Joe Cassar ħa deċiżjoni korretta u irreżenja wara li ammetta li żbalja. Cassar ma irrealizzax mill-ewwel bil-gravità ta’ dak li ġara. Imma fl-ebda ħin ma qal: u ejja, b’daqshekk x’ġara?

Meta dawk li jkollhom kariga politika jirċievu rigali li jiswew il-flus ikunu qed joħolqu sitwazzjoni li biha faċilment jikkompromettu l-kariga pubblika li jokkupaw. Il-posizzjoni kompromettenti tkun ferm iktar gravi jekk dak li jġib ir-rigal ikun jiddependi mill-politiku  minħabba deċiżjonijiet li jkunu għadhom pendenti, u ferm agħar jekk ikun jew tkun diġa ibbenefika minn deċiżjonijiet li diġa ttieħdu.

Nifhem li għal uħud mill-politiċi din tista’ tkun sitwazzjoni diffiċli ħafna, b’mod partikolari jekk il-politiku nvolut ma jkunx imdorri jaġixxi b’mod etiku saħansitra f’affarijiet żgħar li niffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum.  L-imġieba etika mhiex switch li tixgħel jew titfi skond jekk tkunx attiv fil-politika jew le.  Il-politiku qiegħed taħt il-lenti pubblika u l-pubbliku, illum jew għada, jiskopri l-imġieba mhux korretta ta’ dak li jkun.  L-attitudni ta’ uħud ġeneralment hi rifless ta’ imġieba mhux etika li saret tant komuni fis-soċjetà tagħna: fil-professjonijiet, fin-negozju (żgħir u kbir), fis-servizzi, fis-settur pubbliku u f’kull qasam tal-ħajja ta’ kuljum. Is-soċjetà tagħna żviluppat attitudni ta’ “u ejja, b’daqshekk x’ġara?”. Kollox, jew kważi kollox jgħaddi.  Allura m’hemmx għalfejn nistgħaġbu jekk din l-attitudni hi riflessa ukoll f’dawk eletti f’karigi pubbliċi!

Ir-rapport dwar l-inbid Château Pétrus li Yorgen ta’ lil Joseph hu biss każ wieħed li spikka.  Bla dubju hemm kwantità ta’ każijiet ta’ għoti ta’ rigali lil politiċi konnessi ma’ deċiżjonijiet speċifiċi  inkella li kellhom impatt fuq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.  F’xi każi il-linja li tifred rigal minn  attentat ta’ korruzzjoni hi waħda fina ħafna. Il-parti l-kbira tal-każi imma, diffiċli li jkunu ppruvati.  Huwa għalhekk essenzjali li l-ftit każi li dwarhom hemm il-provi jittieħdu passi dwarhom.

L-uffiċċju tal-Kummissarju tal-iStandards fil-Ħajja Pubblika hu essenzjali fil-bini tal-infrastruttura etika tant meħtieġa biex ikunu regolati dawk f’ħatriet politiċi.  Hu għal din ir-raġuni li kien hemm elf skuża u dewmien sostanzjali biex din il-kariga inħolqot.

Ir-rapporti tal-Kummissarju dwar l-Standards fil-Ħajja Pubblika dejjem ser ikunu kontroversjali. Waqt li wieħed jirrispetta l-ġudizzju tal-Kummissarju, huwa għandu jifhem li l-konsiderazzjonijiet tiegħu dejjem ser ikunu taħt il-lenti. Bħalissa, f’xi waqtiet jidher li qed joqgħod lura bħalma għamel fl-investigazzjoni riċenti dwar il-vjaġġ ta’ Joseph Muscat f’Dubai.

Dawn huma materji li dwarhom bħalissa għadna qed nitgħallmu. Anke l-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika nnifsu għadu qed isib saqajħ f’mixja li forsi twassalna biex xi darba neliminaw mill-vokabolarju tagħna espressjonijiet bħal “u ejja, b’daqshekk x’ġara?”.

Kultant, imma, naħseb li diġa qegħdin tard wisq!

ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020

Château Pétrus and the “anything goes” syndrome

Politicians should keep a social distance from big business, always, not only during a pandemic. This was reportedly stated by George Hyzler, the Commissioner for Standards in Public Life earlier this week during a parliamentary committee sitting, when discussing the contents of his report concluding an investigation of Joseph Muscat, former Prime Minister. Hyzler’s report dealt with the receipt by Joseph Muscat of a gift consisting of three bottles of the premier Bordeaux red wine, Château Pétrus, from Yorgen Fenech, entrepreneur, currently defending himself from the criminal charge of masterminding the assassination of Daphne Caruana Galizia.

Joseph Muscat is not the first politician to receive such compromising gifts. Former Finance Minister Tonio Fenech had accepted a free ride to join a couple of entrepreneurs to watch an Arsenal Champion’s League match in Madrid on a private jet belonging to one of the entrepreneurs. Tonio Fenech, who also received other controversial gifts, was heavily criticised, even though unfortunately there was no Standards Commissioner to investigate back then! He even had the blessing of his boss, the sanctimonious Lawrence Gonzi.

In 2015 we also had the case of former Health Minister Joe Cassar who, it was revealed, had accepted a series of gifts from another controversial business man: Joseph Gaffarena. There was no Commissioner for Standards in Public Life then, but Joe Cassar took the right decision and resigned after publicly accepting that he had committed a serious error of judgement.

When holders of political office accept expensive gifts, they are placing themselves in a position which could easily compromise the public office which they occupy. The seriousness of the compromising situation created increases exponentially if the gift bearer is dependent on the holder of political office for decisions yet to be taken or worse, if he/she has already benefitted from decisions taken.

It is acknowledged that at times the holder of political office may be in a very awkward situation, especially if he is not accustomed to behaving ethically even in minor everyday matters. Ethical behaviour is not a switch-on/switch-off matter dependent on whether one is involved in politics. Holders of political office are under the glare of the public spotlight, which, sooner or later discovers their misdemeanours. Their attitude is however generally a reflection of the unethical behaviour prevalent throughout society: in the professions, in business, in all sectors of everyday life. Our society has developed an attitude that “anything goes”. Consequently, it is no wonder that this is also reflected in those elected to public office!

The Château Pétrus report is just one case which has made it to the headlines. There are undoubtedly countless of other cases of gifts to holders of political office which were the result of specific decisions or else had a material impact on decision-taking. In some cases, the gift bearing borders on corruption. Most of them are however difficult to identify or prove. It is hence imperative that action is taken in respect of the few provable cases.

The Office of the Commissioner for Standards in Public Life is an essential building block of the ethical infrastructure required for the regulation of holders of political office. For this specific reason, it took ages to be implemented with a multitude of excuses continuously piling up in order to justify substantial delays.   The reports of the Standards Commissioner will always be controversial. Whilst respecting his judgement he will undoubtedly realise that his considerations will always be subject to scrutiny as at times he appears to be applying excessive self-restraint as he has done in the investigation relative to the recent Muscat Dubai trip.

We are currently riding a steep ethical learning curve. Even the Commissioner for Standards in Public Life himself is on this ethical learning trip at the end of which it may be possible to consign the “anything goes” syndrome to the dustbin of history, even though at times it seems that it may be already too late!

 

published in The Malta Independent on Sunday : 26 July 2020

Rigali lill-politiċi

gift

Kull rigal li jirċievi persuna fil-politika huwa intenzjonat biex jinfluwenza, fis-sens wiesa’ tal-kelma, u  dan irrispettivament mill-valur. Anke l-oġġetti ta’ bla valur jew dawk b’valur insinifikanti huma intenzjonati biex jinfluwenzaw. Issa l-influwenza intenzjonat bl-għoti ta’ diary, jew biro inkella xi flixkun inbid jew xi xarba alkoholika oħra hi bla dubju differenti minn l-influwenza b’lift f’jet privat għal partita futbol fi Spanja.

L-affarijiet żgħar li jingħataw huma ħafna drabi iktar riklami milli rigali u l-iskop tagħhom ikun wieħed ta’ nota ta’ introduzzjoni jew inkella ta’ apprezzament. Imma l-biro, id-diary u l-flixkun inbid biż-żmien jikbru ftit ftit u jsiru ikla, hampers u affarijiet oħra ukoll. Ħafna drabi t-tixħim ma jkunx f’moħħ min jagħti “token”, l-anqas f’min jagħti xi ħaġa iktar sostanzjali bħal hamper. Niftakru forsi li fis-settur privat ħafna drabi dan hu l-mod kif jingħad grazzi lil klijenti li jiġġeneraw ħafna xogħol. In-nies tan-negozju mhux dejjem jirrealizzaw li l-prattiċi tagħhom, għalkemm validi għalihom, għandhom sinifikat u implikazzjoni differenti meta applikati fis-settur pubbliku

Niftakar lil sid il-jet privat li kien stieden lil Tonio Fenech miegħu sa Spanja biex jaraw partita futbol kien qal lil waħda mill-gazzetti  li ma kellux bżonn jistenna l-partita futbol biex jiltaqa’ ma Tonio Fenech. Seta jagħmel appuntament miegħu meta ried, mingħajr l-iċken diffikulta. Kien korrett. Għalih ma kellu l-ebda sinifikat li ta’ lift lil Tonio Fenech.

Dakinhar ħadd ma qal li Tonio Fenech kien ixxaħħam bil-lift fuq il-jet privat. Imma Tonio Fenech xorta għamel ħażin bħalma kien għamel ħażin Lawrence Gonzi li għalih ukoll kien qiesu ma ġara xejn. Aċċetta rigal meta kien ipprojibit milli jagħmel dan mill-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.

Il-mod kif żviluppa l-każ ta’ Dr Joe Cassar dwar ir-rigali (karozza u CCTV) riċentement kien għal kollox differenti. Cassar inqabad bis-sunnara mingħajr ma nduna. Li l-Kap tal-Opposizzjoni ħa passi kien posittiv imma mill-Opposizzjoni ma ħtieġlu l-ebda sforz partikolari għal dan. Ovvjament qed jipprova jerġa’ jibni l-kredibilità li l-PN tilef meta kien fil-Gvern.

Ma neskludix li hemm kazijiet oħra li s’issa għadhom ma rawx id-dawl tax-xemx. Huwa importanti li meta dawn il-kazijiet tifaċċaw ikollna l-għodda lesta biex tkun tista’ issir l-investigazzjoni meħtieġa. Kien għal dan l-iskop li sentejn ilu Kumitat Magħżul tal-Parlament wara diskussjoni twila ħejja abbozz ta’ liġi dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Imma jidher li l-volontà politika hi nieqsa għax dan l-abbozz għadu pendenti wara li għaddew sentejn.

L-iżbalji saru, u jibqgħu isiru. Li m’għandniex huwa r-rimedji.

Il-vakanza tal-familja Muscat f’Dubai

Atlantis-The-Palm-Hotel-Dubai

L-ispiża biex il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa lill-familja tiegħu f’Dubai għall-vakanzi tal-Għid f’waħda mill-iktar lukandi lussuzi hi waħda sostanzjali. L-Opposizzjoni għandha dubju dwar jekk il-kont għal din il-vakanza tħallasx minn Joseph Muscat innifsu, inkella jekk din tħallsitx minn ħaddieħor.

Din hi allegazzjoni serja ħafna u teħtieġ li tkun investigata. Dan minħabba li l-ebda membru tal-Kabinett ma jista’ jaċċetta dan ix-xorta ta’ rigal. Fil-fatt, il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jgħid hekk fir-regolament 58 : “L-ebda Ministru m’għandu jaċċetta rigali jew servizzi li l-entità tagħhom tkun tali li jistgħu jpoġġuh f’obbligazzjoni, kemm jekk din tkun reali kif ukoll jekk tidher li tista’ tkun.”

Fl-aġenda tal-Parlament hemm abbozz ta’ Liġi intitolat Att tal-2014 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Dan l-abbozz ta’ Liġi ilu pendenti fuq l-agenda tal-Parlament għal iktar minn sentejn. Meta dan l-abbozz ikun approvat jagħmilha possbli li allegazzjonijiet bħal dawn ikunu investigati.

Għax filwaqt li mhux sewwa li jkun hemm min jivvinta u jaqla’ minn żniedu huwa ukoll neċessarju li fejn ikun hemm dubju anke l-Prim Ministru jkollu l-obbligu li jispjega l-imġieba tiegħu.

Min imiss jirriżenja?

responsibility

 

Meta l-Kodiċi tal-Etika dwar il-persuni fil-ħajja pubblika f’Malta jitkellem dwar ir-rigali li dawn jirċievu, dan jagħmlu bl-iskop li jnaqqas il-possibilità li tinħoloq obbligazzjoni bejn il-politiku u min jagħtih ir-rigal. Hemm miżuri differenti fil-Kodiċi tal-Etika dwar il-Membri Parlamentari u f’dak dwar il-Ministri.

Il-Ministri, jgħidilna l-Kodiċi tal-Etika tal-Kabinett ma jistgħux jaċċettaw rigali jew servizzi li l-entità tagħhom jistgħu jpoġġuhom f’obbligazzjoni, kemm jekk din tkun reali kif ukoll jekk tidher li tista’ tkun (regolament 58). Jiġifieri l-obbligu tal-Ministru m’huwiex li jiddikjara x’rigali irċieva, iżda li ma jaċċettahomx.

Il-każ tal-ex-Ministru Joe Cassar hu dwar tlett rigali. L-ewwel rigal kien karozza li min bigħielu ma riedx flus tagħha. Qallu biex flok ma jħallas lilu, jagħti donazzjoni lill-PN.  Iż-żewġ rigali l-oħra huma  sistema tas-sigurtà  u xogħolijiet f’razzett f’Ħad-Dingli: xogħol li sar fi ħwejġu u ħallas għalih ħaddieħor skond irċevuti ppubblikati.  Cassar ikkontesta dak li ntqal dwaru, inkluż b’diskors fil-Parlament. Fl-aħħar, għalkemm baqa’ jinnega li qatt ta’ xi forma ta’ awtorizzazzjoni biex jitħallsu kontijiet f’ismu, Cassar aċċetta li seta ġieb ruħu aħjar u li għamel żball ta’ ġudizzju (error of judgement). L-ewwel skuża ruħu u irriżenja minn kelliemi tal-grupp parlamentari tal-PN għall-Kultura u sussegwentement irriżenja ukoll minn Membru Parlamentari.

Sa ftit siegħat qabel mat-Tabib Joe Cassar irriżenja minn Membru Parlamentari, il-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil kien qed jgħid li ma’ hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jirriżenja, u dan minħabba li ma kienx hemm fondi pubbliċi involuti. Il-Partit Laburista min-naħa l-oħra kien qed jinsisti għar-riżenja.

Ir-riżenja ta’ Joe Cassar ma kienet mistennija minn ħadd. Il-Partit Nazzjonalista  esprima ruħu ċar: li l-iżball ta’ Cassar ma kienx jiġġustifika la tkeċċija (jew riżenja) mill-Partit u l-anqas riżenja minn Membru Parlamentari.

L-anqas il-Partit Laburista ma emmen li Cassar kien ser jirriżenja.  Minkejja li insista fuq ir-riżenja, ma naħsibx li l-Partit Laburista qatt ried lil Joe Cassar jirriżenja. Għax issa li Cassar irriżenja, l-PL ħoloq problema kbira għalih innifsu. Għax ir-riżenja ta’ Cassar hi issa l-kejl  li jrid iqies Joseph Muscat kull meta jkollu Ministru jew Segretarju Parlamentari fil-Kabinett tiegħu li jiżbalja inkella li jkollu jġorr responsabbiltà politika għal żbalji goffi fid-dikasteru tiegħu.

Joseph Muscat diġà keċċa lil Manwel Mallia mill-Kabinett, meta dan ma kellux il-kuraġġ morali li jerfa’r-responsabbiltà politika tiegħu w jirriżenja fid-dawl tar-rapport tal-inkjesta dwar l-inċident tal-isparatura li fiha kien involut ix-xufier tiegħu. Dan iżda kien kostrett li jagħmlu wara għoxrin ġurnata ta’ tkaxkir tas-saqajn, għax ippressat mill-medja u l-opinjoni pubblika.

Ir-riżenja, meta tkun deċiżjoni politika ġenwina, għandha tkun waħda immedjata u mhux bħala riżultat ta’ pressjoni tal-medja jew tal-opinjoni pubblika. Hekk għamlu l-politiċi ta’ stoffa f’kull parti tad-dinja demokratika. Il-politiku ġenwin m’għandux bżonn suġġerituri biex jirrealizza meta l-iżball hu gravi biżżejjed li jiġġustifika r-riżenja.

Dan il-punt ser jerġa’ jqum fid-dawl tal-investigazzjoni li qed jagħmel l-Awditur Ġenerali dwar l-esproprijazzjoni tal-binja fi Triq iz-Zekka l-Belt. Diġa ġiet konkluża investigazzjoni interna fis-servizz pubbliku u dan ir-rapport ilu f’idejn il-Prim Ministru sa minn Lulju li għadda.

Il-Prim Ministru qiegħed ikaxkar saqajh biex jieħu deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet fir-rapport li għandu f’idejh: bl-iskuża li qed jistenna lill-Awditur Ġenerali jippreżenta r-rapport tiegħu.

Waqt li l-Prim Ministru b’solennità jiddikjara li qiegħed jistenna lill-Awditur Ġenerali, dawk ta’ madwaru (bla dubju bil-kunsens tiegħu) għalfu lil sezzjoni tal-istampa b’biċċiet mir-rapport intern li s’issa għadu kunfidenzjali. Kien ikun ħafna iktar għaqli kieku l-Prim Ministru jippubblika immedjatament ir-rapport kollu (u mhux biċċiet minnu kif jaqbel) u jieħu passi immedjati dwar dak li jirriżulta mir-rapport.  Hi ipokrezija politika li l-ewwel tiddikjara li mhux ser tippubblika r-rapport biex ma tinfluwenzax lill-Awditur Ġenerali, u mbagħad tippermetti l-pubblikazzjoni ta’ partijiet minnu.

Ftit ġranet wara li dan ir-rapport kien ippreżentat lill-Gvern, lejn tmiem Lulju 2015 kumbinazzjoni, irriżenja d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern. Dakinnhar intqal li din ir-riżenja kienet għal raġunijiet personali. Ovvjament, emmen jekk trid. Bosta, jiena nkluż, ma tantx huma konvinti minn dawn il-kumbinazzjonijiet.

Bosta jemmnu li d-Direttur Ġenerali, li ntqal li irriżenja għal raġunijiet personali, kien il-ħaruf tas-sagrifċċju li ġarr fuq spallejh il-piż kollu. Jekk dan hu hekk, hu żbaljat li jġorr il-piż waħdu. Huwa għalhekk ukoll li qed tikber il-pressjoni pubblika biex is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-amministrazzjoni ħażina tat-taqsima tal-Propjetà tal-Gvern u jirriżenja.  Ir-reżistenza biex dan isir la tagħmel ġid lil Falzon u l-anqas lill-Gvern.  Lil Falzon nafu bħala bniedem raġjonevoli li bla dubju jifhem id-differenza bejn responsabbiltà personali u responsabbiltà politika. Nifhem li ftit għandu eżempji tajbin fuq xiex jimxi, peró tajjeb li jifhem li dik hi l-unika triq onorevoli.

Fil-każ ta’ Manwel Mallia damu jaħsbuha għoxrin ġurnata biex jiġi mwarrab. Joe Cassar dam jaħsibha ftit ġranet biex irriżenja. Michael Falzon għandu jrabbi ftit tal-kuraġġ biex hu ukoll jerfa’ r-responsabbiltajiet politiċi tiegħu. Huwa responsabbli għal mod kif iġibu ruħhom ta’ taħtu.

Ir-riżenja ta’ Joe Cassar ma naħsibx li tħallilu wisq alternattivi. Billi jkaxkar saqajh m’hu ser isolvi xejn.

 

pubblikat f’ILLUM : il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015

Joe Cassar baħnan?

Joe Cassar2

Meta qrajt l-aħbar dwar il-karozzza second-hand li t-Tabib Joe Cassar ried jixtri u spiċċa biex, minflok ma ħallas tagħha, għadda l-flus dovuti bħala donazzjoni lill-PN, għidt li dan ir-raġel hu baħnan. Skantat. Ma jirrealizzax li fil-prattika ġie qiesu aċċetta donazzjoni hu, meta ovvjament mhux il-każ.

Meta qrajt l-istorja tas-sistema ta’ sigurtà li għamlulu f’daru u li, skond kif qal Cassar, dam jiġri biex iħallas, imma spiċċa biex ħallas ħaddieħor għidt li hemm il-possibilità li dan ir-raġel sfortunat u li l-inkwiet jiġri warajh.

Issa ħarġet l-aħħar aħbar, li f’dan l-istadju għadha allegazzjoni, dwar €8,000 xogħol f’razzett ta’ Cassar f’Ħad-Dingli li qed jingħad li tħallsu minn ħaddieħor meta Cassar kien Ministru tas-Saħħa. Jekk veru, dan hu każ ta’ rigal mhux dikjarat bi ksur tal-Kodiċi tal-Etika tal-Ministri.

Hemm żewġ mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba ċara: jekk dan seħħx fil-fatt kif ukoll jekk hemmx iktar minn dawn l-istejjer.

Sadanittant Joe Cassar irreżenja mix-Shadow Cabinet biex ikun jista’ jiddefendi ruħu. Qed isostni li hu qatt ma kien jaf li saru dawn ir-rigali. Cassar isostni li hu ma għamel xejn ħażin imma ġie mmanipulat minn persuna bla skrupli. Skuża ruħu għall-iżball fil-ġudizzju tiegħu (error of judgement).

Hemm limitu dwar dak li temmen in-nies, anke jekk joriġinaw minn baħnan.