Il-Proklama li talab Yorgen Fenech

Yorgen Fenech talab il-proklama hu ukoll. Minn dak li qed jiġi rappurtat il-proklama intalbet biex tinkixef iktar informazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi kliem sempliċi Yorgen Fenech qed jitlob il-maħfra biex ikun jista’ jiżvela iktar informazzjoni utli li tgħin lil Pulizija jaslu għal min ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. B’dan jiena nifhem li l-katina jista’ jkun li hi twila sewwa u fiha iktar ismijiet.

Skond Yorgen huma dawn l-ismijiet li ser jikxef li ghandhom jerfghu r-responsabbilta ghall-qtil. Qed jissemmew bosta ismijiet però naħseb li għadu wisq kmieni biex wieħed jasal għall-konklużjonijiet qabel mal-Pulizija jeżaminaw il-provi (jekk hemm) ta’ dak li ser jgħid Yorgen Fenech biex jissustanzja dak li qed jgħid.

Il-kobba jidher li qed titħabbel sewwa.