Profitti għas-settur privat, riskji u kontijiet għall Gvern!

Nhar it-Tnejn li għadda l-Parlament iddiskuta s-sentenza mogħtija mill-Imħallef Francesco Depasquale fuq il-konċessjoni dwar tlett isptarijiet tal-Gvern lill-Vitals Global Healthcare liema konċessjoni eventwalment għaddiet għand Steward Health Care. Id-deċiżjoni li ngħatat hi kontra l-Prim Ministru bħala kap tal-Eżekuttiv, kif ukoll kontra l-Avukat Ġenerali, kumpaniji diversi mill-grupp kummerċjali ta’ Steward Health Care u xi korpi pubbliċi u r-rappresentanti tagħhom.

Din hi kawża li ppreżenta Adrian Delia meta kien għadu Kap tal-Opposizzjoni. Il-parti kbira tad-diskussjoni parlamentari dwar din is-sentenza iffukat fuq nuqqas ta’ governanza tajba, dwar tmexija ħażina u dwar frodi flimkien mal- korruzzjoni, assoċjati ma’ din il-konċessjoni sa mit-tnissil tagħha.

Dan kollu joħroġ ċar mis-sentenza tal-Qorti tal-ġimgħa l-oħra. Imma għal min kien attent, dan kien diġa jidher ċar fiż-żewġ rapporti dwar din il-konċessjoni tal-isptarijiet, rapporti li ħareġ l-Awditur Ġenerali f’Lulju 2020 u f’Diċembru 2021. Is-sentenza tal-Qorti qed issaħħaħ u tirrinforza l-konklużjonijiet li wasal għalihom l-Awditur Ġenerali.

Niftakru li f’Lulju 2020 l-Awditur Ġenerali kien ippubblika l-ewwel rapport tiegħu, rapport li hu mifrux fuq iktar minn 200 paġna u li kien jiffoka fuq il-proċess tal-offerti għall-konċessjoni dwar l-isptarijiet. Dan kien supplimentat b’addendum ta’ 20 paġna oħra. Iktar tard f’Diċembru 2021 l-Awditur Ġenerali kien ippubblika it-tieni rapport tiegħu b’467 paġna, li kien jiffoka fuq il-qafas kuntrattwali tal-konċessjoni u kif dan ġie mħaddem.

L-Awditur Ġenerali kien ikkonkluda fir-rapporti tiegħu li l-preparazzjoni li wettaq il-Gvern in konnessjoni mal-konċessjoni kienet waħda superfiċjali, u li meta ħareġ is-sejħa għall-offerti kien fil-fatt diġa ftiehem u fuq kollox lill-Kabinett bosta drabi kien iħallieh fil-għama. Anke l-Ministru tal-Finanzi kien imwarrab, qiesu kien qiegħed hemm għalxejn!

Punt interessati li isemmi l-Awditur Ġenerali hu li Vitals Global Healthcare ippreżentaw garanzija bankarja mill-Bank of India li kienet datata 13 ta’ Marzu 2015, ħmistax-il ġurnata qabel ma fil-fatt ħarġet is-sejħa għall-offerti. Dan sar għax il-ftehim kien diġa sar u s-sejħa li ħarġet għall-offerti kienet waħda finta! A bażi ta’ dan, l-Awditur Ġenerali kien tal-fehma li Vitals Global Healthcare kellhom ikunu skwalifikati milli jippartiċipaw fis-sejħa għall-offert għall-konċessjoni dwar l-isptarijiet.

Dan hu kollu importanti u separatament wassal għal konklużjonijiet li issa wasal għalihom ukoll l-Imħallef Depasquale fis-sentenza li qed nitkellmu dwarha. Ifisser li Gvern serju, kieku ried, seta jaġixxi. Kellu biżżejjed informazzjoni biex jibgħat lil Steward Health Care isaqqu. Imma b’mod ċar dan ma setax jagħmlu għax il-Gvern kien parti integrali mill-ħadma li saret.

Imma hemm affarijiet oħra, daqstant importanti, ta’ natura fundamentali u li huma presentment skartati mid-diskussjoni pubblika. Kemm jagħmel sens li qasam sensittiv bħas-saħħa ikollu parti sostanzjali minnu taħt kontroll kważi assolut tas-settur privat. Jagħmel sens il-Public-Private Partnership fil-qasam tas-saħħa?

Din hi mistoqsija li hi kompletament skartata fid-dibattitu pubbliku li sar u li għadu għaddej. Hi mistoqsija fundamentali li mit-tweġiba għaliha tista’ toħroġ il-fasla ta’ kif is-settur privat jista’ jikkontribwixxi u jipparteċipa mingħajr ma jikkontrolla: kif kulħadd jitħallas ta’ xogħolu imma li ħadd ma jitħalla jberbaq il-ġid tal-pajjiż.

L-esperjenza li għandna f’dan il-pajjiz dwar l-involviment tas-settur privat f’dawn it-tip ta’ proġetti hi waħda ta’ problemi kbar: problema ta’ deċiżjonijiet ħziena u ta’ abbuż ta’ poter, kif ukoll suspetti kbar ta’ frodi u korruzzjoni. Dan b’referenza kemm għal din il-konċessjoni tal-isptarijiet, il-progett tal-enerġija f’Delimara u anke fil-progett ta’ San Vinċenz f’Ħal-Luqa. F’kull kaz hemm rapporti voluminużi tal-Awditur Ġenerali li jispjegaw dettaljatatment it-taħwid li ġie iġġenerat mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista wara l-2013.

Huwa mudell ekonomiku fallut li jarmi l-assi pubbliċi. Mudell li intuża ukoll f’ċirkustanzi oħra bħall-bejgħ tal-art f’Pembroke bir-ribass biex ikun iffavoreġġat il-proġett spekulattiv tal-Grupp dB.  Il-profitti li jirriżultaw mill-ispekulazzjoni, sfortunatament għandhom prijorità fuq il-ġid komuni għal dan il-Gvern.

Hu ċar li jekk irridu l-involviment tas-settur privat fi proġetti pubbliċi, dan l-involviment għandu jkun regolat sewwa u din ir-regolamentazzjoni għandha tkun infurzat biex tkun assigurata governanza tajba mill-bidu nett, mill-ewwel ideat sat-twettieq ta’ proġetti ta’ din ix-xorta.  S’issa kollox qiegħed jitħalla jimxi għal riħu bil-konsegwenzi li qed naraw b’għajnejna u li qed insiru nafu bihom ftit ftit. Nuqqas ta’ regoli ċari li jkunu infurzati jwassal inevitabilment għal taħwid, għal frodi u għal korruzzjoni. Riżultat ta’ hekk ibati l-pajjiz kollu.

ippubblikat fuq Illum: 5 ta’ Marzu 2023

Private profits public risks

On Monday Parliament discussed the decision delivered in Court by Judge Francesco Depasquale relative to the Government hospital concession awarded to Vitals Global Healthcare, eventually substituted by Steward Health Care. The decision delivered is against the Prime Minister as head of the Executive, as well as the Attorney General, various companies in the Steward Health Care Group and a number of quangos and their representatives.

This Court Case was presented by Adrian Delia when he was Leader of the Opposition. The major part of the Parliamentary discussion has focused on bad governance, fraud and corruption which were all associated with the hospital concession process since its inception.

All this emanates from the Court decision delivered last week. However, those who observe the political scene attentively would be undoubtedly aware that all this was already evident in two reports published by the Auditor General on this hospital concession: the first one published in July 2020 and the second one in December 2021. The Court’s decision, in fact, reinforces the Auditor General’s conclusions.

We do clearly remember that in July 2020 the Auditor General had published a first report running into over 200 pages focusing on the hospital concession tendering process. This was followed by an addendum and later, in December 2021 the Auditor General published a second report, 467 pages long, which reviewed the contractual framework of the hospital concession.

In his reports the Auditor General concluded that the preparatory work carried out by the public sector in relation to the hospital concession was very superficial. The Auditor General’s reports also identified that even before the request for proposals was published Government had already concluded on awarding Vitals Global Healthcare the hospitals concession! Cabinet and even the Finance Minister were generally kept in the dark. 

The Auditor General, in his investigations, found a bank guarantee presented by Vitals Global Healthcare. It was issued by the Bank of India on the 13 March 2015, a fortnight before the request for proposals was even published. This clearly established that the agreement was already sealed even before the public request for proposals had been published. The Auditor General had clearly identified this as a definite proof of collusion. On this basis, the Auditor General had in fact expressed a strongly worded opinion that Vitals Global Healthcare should have been disqualified from participating in the request for proposals relative to the hospitals’ concession.

All this is of paramount importance. Way back in 2020/21 it had led to the Auditor General conclusions which have now been confirmed by Mr Justice Depasquale in the decision delivered last week. This means that government should and could have acted then: it had sufficient information to send Steward Health Care packing. However very clearly it could not act as it was part and parcel of the deceit at hand.

There are however further matters, just as important as the above, which the current debate unfortunately avoids. We should ask: does it make sense for a sector as sensitive as health to be controlled in this manner by the private sector? Does a public-private partnership in the health sector make sense?

These questions are being ignored in the public debate currently at hand. These questions are of a fundamental nature as the replies thereto could identify the manner as to how the private sector can be involved without having a controlling interest and how all those involved can be fairly remunerated without squandering public funds.

The local accumulated experience resulting from this kind of projects is very problematic: we are continuously faced with incorrect decisions, abusive decision-taking as well as substantial suspicions of fraud and corruption. This is being stated with reference not just to this hospital concession but also to the energy deal at the Delimara Power Station and the project at the Luqa elderly residence: St Vincent de Paul. In each case the Auditor General has produced voluminous reports detailing the mayhem generated by the post 2013 Labour government.

It is a failed economic model which discounts public goods. It has also been applied in other sectors: a case in point being the Pembroke land “sold” at throwaway prices in favour of the speculative project of the dB Group. Speculative profit is unfortunately being continuously prioritised over the common good by the present government.

It is crystal clear that if we want the private sector involved in public projects its involvement must be regulated, and the said regulatory regime must be adequately enforced in order to ensure good governance throughout, from inception right through to implementation. So far it is a free for all: the consequences are for all to see.  A lack of clear rules and their enforcement inevitably leads to confusion, fraud and corruption. The whole country, as a result, has to pay the consequences.

published in The Malta Independent on Sunday : 5 March 2023

L-impatti tal-Coronavirus: inħarsu l-impiegi kollha

Il-Gvern ħabbar pakkett finanzjarju ta’ €1.8 biljun biex jilqa’ għall-impatti tal-Coronavirus.

Kif ser ikun effettwat il-ħaddiem b’kuntratt bla rabta ta’ numru ta’ siegħat li jaħdem (zero-hours contract), jew dawk f’impieg temporanju, dawk tas-sengħa li jaħdmu għal rashom, inkella n-negozjanti ż-żgħar? Il-pakkett finanzjarju imħabbar, ftit li xejn jaħseb fihom. Allura, minkejja l-merti tiegħu, il-pakkett finanzjarju tal-Gvern mhux tajjeb biżżejjed.

Il-ħaddiem iż-żgħir l-ewwel li jlaqqatha f’kull kriżi. Hu l-impatt fuqhom li għandu jservi ta’ kejl biex inkunu nistgħu niffurmaw opinjoni dwar kemm dan il-pakkett finanzjarju, kif ukoll dawk li għad jistgħu jiġu, huma effettivi.

Ilkoll nieħdu pjaċir b’inizjattivi biex jassiguraw li l-ekonomija u min iħaddimha jiġi fuq saqajh, mhux biss meta tiġi fi tmiemha din il-kriżi iżda ukoll fil-mixja li jeħtieġilna ngħaddu minnha biex nirkupraw. Imma kemm hu sew li noħorġu r-riżorsi tal-pajjiż biex tkun tista’ tirkupra ekonomija li mhiex kapaċi tirrispetta l-iktar dgħajfa fostna?

Il-proposti tal-Gvern biex jilqa’ għall-impatti tal-Coronavirus ma jorbtux lill-operaturi ekonomiċi li jagħmlu użu mill-proposti differenti fil-pakkett milli jħarsu l-impiegi. Is-sensji diġa bdew. Il-ħaddiem iż-żgħir l-ewwel li jlaqqatha. Warajh ilaqqtuha oħrajn.

Il-pakkett tal-Gvern biex jilqa’ għall-effetti tal-Coronavirus jeħtieġ miżuri addizzjonali.

L-għajnuna li ser tingħata għandha tmur lil dawk li sofrew tnaqqis sostanzjali fid-dħul tagħhom meta kkomparat mas-sena li għaddiet. Il-pakkett tal-Gvern huwa iffukat biex jiffaċilita l-likwidità kif ukoll biex jgħin ħalli jkun iggarantit self bankarju. Filwaqt li dawn huma miżuri importanti, f’din il-kriżi hu essenzjali li l-għajnuna tkun iffukata fuq il-pagi tal-ħaddiema. L-għajnuna diretta lill-operaturi ekonomiċi għandha tkun marbuta mal-obbligu tagħhom li jipproteġu l-impiegi. Jekk ma jkunx imħares ix-xogħol m’għandhiex tingħata għajnuna.

Aħna l-Ħodor f’Alternattiva Demokratika mħassba dwar il-ħaddiem iż-żgħir. Hu l-ewwel ma jlaqqatha f’din il-kriżi: huma l-ewwel vittmi tal-Coronavirus. L-għajnuna li dawn jeħtieġu hi fil-forma ta’ dħul minimu garantit tul ix-xhur li ġejjin, kemm iddum il-kriżi. Huma l-iktar vulnerabbli u ħadd mhu jitkellem dwarhom.

Il-kirjiet ta’ residenzi għandhom jiġġeddu awtomatikament sakemm tintemm il-kriżi. Għandu jkun hemm provediment għall-ħarsien minn xoljiment ta’ kuntratti ta’ kera tul il-kriżi. Hemm ħtieġa ukoll li tul il-kriżi l-Gvern jimpenja ruħu iktar biex jassigura illi l-iktar vulnerabbli jkollhom saqaf fuq rashom. Dan għandu jsir dejjem imma b’mod specjali tul il-kriżi.

Aħna l-Ħodor tal-fehma li l-impatt ta’ din il-kriżi fuq l-impiegi turi difetti strutturali fil-qasam soċjali fil-pajjiż. Malta mhux l-unika pajjiż li qed jiffaċċja din il-problema. Huwa importanti li bħal numru ta’ pajjiżi oħra, fosthom l-Isveżja, in-Norveġja, il-belt ta’ Utrecht fl-Olanda, anke f’Malta nidħlu fil-fond u neżaminaw kif jistgħu jaħdmu skemi ta’ dħul minimu garantit li jirreferu għalihom bħala Universal Basic Income u Guaranteed Minimum Income schemes. Ikun għaqli li neżaminaw sewwa dawn it-tip ta’ skemi, għax dawn jistgħu joffrulna tarka tajba meta nkunu iffaċċjati b’dawn il-kriżijiet.

Huwa l-waqt li kulħadd iżomm rasu f’lokha. Il-paroli vojt fil-Parlament tal-Ministru Silvio Schembri iktar kmieni din il-ġimgħa kien barra minn postu u għamel il-ħsara, minkejja li wara skuża ruħu. Qatt mhi idea tajba li thedded bit-tkeċċija lil dawk li b’ħidmiethom taw kontribut biex il-pajjiż kiber, anke bix-xogħol tagħhom. Meta din il-kriżi tgħaddi jerġgħu jkunu huma, inkella oħrajn bħalhom, li nsibu biex jagħmlu dak ix-xogħol li għalih la hemm Maltin, inkella l-Maltin ma jridux jagħmluh għal raġunijiet diversi. Anke issa stess l-Onor Ministru jista’ jagħti titwila lejn is-servizz tas-saħħa u jara jekk hux possibli li jopera mingħajrhom, flimkien dejjem mal-kollegi Maltin. Flimkien qed jagħtu servizz impekkabbli lil pajjiż.

Ilkoll niftakru kif madwar sena ilu, l-Prim Ministru Joseph Muscat kien assoċja l-involviment tal-barranin fid-dinja tax-xogħol f’Malta mal-ġbir taż-żibel. Anke hu, dakinnhar kien għamel apoloġija. Imma sfortunatament il-preġudizzji tiegħu ħallihom warajh fil-Kabinett ta’ Robert Abela.

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 22 ta’ Marzu 2020

Coronavirus fallout: the need to protect all jobs

Government has announced its financial package which it described as being a €1.8 billion stimulus package. What is in it for a zero-hours contract worker, the casual worker, the freelance tradesman, the small-scale businessman? Nothing at all. Hence notwithstanding its merits, Government’s package is not a suitable package.

Zero-hour contract workers, the casual worker, the freelance tradesmen and the small-scale businessmen are the first casualties in each and every crisis. It is in the assessment of their plight that we can arrive at a conclusion on the suitability or otherwise of this and any other Covid19 recovery package.

We all applaud initiatives to ensure that the economy and its operators can stand back on their feet not just when this crisis is over, but also along the long road to recovery. But, what purpose is there in pumping the nation’s resources to recover an economy which is not capable of respecting the most vulnerable ones amongst us?

Government’s Covid19 package proposals do not seek to bind economic operators making use of the different opportunities in the stimulus package to protect their labour force. Redundancies have already started. Casual workers and zero-hour contract workers are the first casualties. Others will soon follow.

Additional measures are called for in Government’s Covid19 package.

Assistance given to economic operators should only go to those which have suffered a drastic reduction in their income when compared to last year. Government’s package is predominantly focused on assistance in providing guarantees for bank loans as well as in facilitating and ensuring liquidity. While these are important measures, in this crisis, aid focused directed towards wages of workers is essential. Any direct assistance to economic operators should be linked to their duty of protecting jobs. No job protection should equate to no aid.

Greens are concerned about several freelance tradesman, small scale businessmen as well as casual labour and workers on zero-hours contracts. They are bearing the brunt of the very sharp decrease in work opportunities: they are the first victims of Covid19. Aid to these categories should be a guaranteed income scheme for the coming months, throughout the duration of the crisis. These are the categories which are the most vulnerable and which nobody is talking about.

The lease contracts for tenants should be automatically renewed until the crisis is overcome. There should be introduced a special protection from eviction throughout the Coronavirus crisis. There is also a need for a greater commitment by the government to offer adequate and decent housing to the most vulnerable in particular during this time of crisis.

Greens consider that the crisis’ impacts on employment is showing the structural defects the country has in the social field. Malta is not the only country to have to face this problem. It is important that like various other countries, notably Sweden, Norway, and the city of Utrecht in the Netherlands, guaranteed income schemes referred to as Universal Basic Income and Guaranteed Minimum Income are discussed in depth in Malta too. It would be wise to start considering such schemes for the future as they could offer a long-term solution.

It is time for level-headedness. Minister Silvio Schembri’s outburst in Parliament earlier this week was uncalled for and damaging, even though he eventually apologised. It is never the time to threaten with expulsion those who have contributed so much to our country and economy. When the crisis is eventually over it will be those whom the Hon Minister threatened with expulsion who will once more plug the gap. Even now, the Hon Minister should take a look at the health service and consider whether it would be possible to operate without the participation of non-Maltese medics and paramedical staff who are performing miracles through their professional service hand-in-hand with their Maltese colleagues.

We do remember that around 12 months ago then Prime Minister Joseph Muscat equated non-Maltese participation in the local labour force with refuse collectors. Though he too eventually apologised, his prejudice unfortunately lingers on in those he left behind in Robert Abela’s Cabinet.

published in The Malta Independent on Sunday : 22 March 2020