Għal Albert Buttiġieġ il-bieb tiegħi miftuħ

Bħalkom segwejt dak li qal Albert Buttiġieġ: li kien infurmat li uffiċjal mhux elett tal-PN, f’laqgħa ma spekulatur fl-inħawi ta’ San Ġiljan ħadha fuq spallejh li jwarrab lil Buttiġieġ u jassigura li jagħlaq ħalqu. Għax il-ħidma ġenwina tiegħu bħala Sindku ta’ San Ġiljan qed iddejjaq lil min qed ipappiha sew.

Albert Buttiġieg ma għalaqx ħalqu u għamel sewwa. Imma l-bsaten fir-roti fl-elezzjoni kienu bosta, kif spjega hu stess.

Issa tkellem l-oraklu, Ray Bezzina, l-id il-leminija ta’ George Pullicino fil-passat u ta’ Bernard Grech illum. “Mhux jien” qalilna! Talab li jkun investigat Albert Buttiġieġ biex jikxef dak li jaf.

Albert diġa qal li mhux ser jikxef l-identità ta’ min tah l-informazzjoni, u jagħmel sewwa.

Imma fuq insistenza ta’ Ray Bezzina il-PN ser jiftaħ inkjesta interna!

Il-PN qiegħed fir-rokna u jaf li ma jistax joħroġ minnha. Daħħluh fiha dawk ta’ bla skrupli, dawk li fid-deher juru wiċċ ta’qdusija, u fil-magħluq kollha konfoffi man-nies tal-flus.

Ma’ Albert tkellimt. Nifhmu. Nifhem minn xiex għaddej. Fil-ġimgħat li ġejjin il-PN ser jipprova jagħmlu kkapuljat.

Għal min hu ġenwin bħal Albert, il-bieb tiegħi miftuħ.

Saving the little that we have

Almost two years ago, Architect Edward Said submitted a request to the Planning Authority and the Superintendence of Cultural Heritage in order that they take steps to protect a Villa along the St Julian’s promenade. The Villa known as Palazzina Vincenti was designed and constructed for his own use by Architect Gustavo Romeo Vincenti. Architect Vincenti died in 1974.

As far as is known, neither the Planning Authority nor the Superintendence of Cultural Heritage have acted upon the submissions received requesting the protection of Palazzina Vincenti. At the time of writing the Superintendence has passed the buck to the Planning Authority! In the meantime, a development application has been submitted for the demolition of Palazzina Vincenti and its substitution with a 17-storey 136 room hotel, including three levels below street level providing garage space for 58 cars.

In a report drawn up by Architect Edward Said, Palazzina Vincenti is described as “a masterpiece of architecture defined by pure geometric volumes”.  It is considered as one of the earliest examples of the use of reinforced concrete in domestic architecture in Malta.  Quoting from a 2018 Masters of Architecture dissertation by David Ellul, Architect Said emphasises that by taking full advantage of the potential of reinforced concrete, Vincenti’s artistic expression was freed from the limitations of traditional materials. The result is this masterpiece which can be lost quite soon!

Even though to the untrained eye Palazzina Vincenti may seem to be an ugly building specimen, ill-fitting in its present-day concrete jungle surroundings, it is still a masterpiece worth preserving for posterity.

I fail to understand why two years after a request for protection has been submitted no action has yet been taken. As a result of such inaction, the message conveyed by the authorities is a very clear one: that the site occupied by Palazzina Vincenti is ripe for development. This is an inevitable conclusion conveyed by those in charge as a result of their failure to act.

At this point in time, as a minimum, it is expected that an emergency conservation order protecting Palazzina Vincenti is issued urgently. This would be a clear sign to those currently benefitting from a prolonged phase of “development greed” that a red line has been drawn around our heritage, thereby protecting it. It would also provide some breathing space which would be of considerable help in order that the Planning Authority may bring its house in order.

Some have the mistaken idea that all our heritage is necessarily old, very old, going back centuries. This is certainly not the case as this specific architectural masterpiece is less than 75 years old. Unfortunately, there have been other worthy examples of our architectural heritage which have been lost through carelessness, insensitivity and institutional ignorance.

I could remind readers of another outstanding example of modern architecture which has gone to the dogs, this time in Gozo, some 15 years ago. Parts of the Qala Primary School in Gozo were demolished to make way for an Institute of Tourism Studies campus in Gozo. The said school was designed and constructed under the supervision of Architect Joseph Huntingford who as the government architect in charge of schools was responsible for most new schools constructed in Gozo between 1950 and 1961.

Way back in 2006 the Chamber of Architects and Civil Engineers had described the Qala Primary School as one of the finest examples of modern architecture on the island. Even then the Planning Authority was advised to handle our heritage with care. But it was of no use. The advice was ignored as parts of the school were demolished to make way for the ITS campus.

There is still time to save Palazzina Vincenti from being sacrificed on the altar of “development greed”. We need to be more appreciative of our heritage. We have so little of it. I am not however so sure as to whether the Planning Authority is capable of taking decisive action. It has been desensitised for far too long.

published in The Malta Independent on Sunday: 12 December 2021

Il-kosta tagħna lkoll: inħarsuha

Għaddej sforz kontinwu biex il-kosta tkun ikkommerċjalizzata. Sforz li ilu għaddej is-snin.

Il-jott marina proposta f’Marsaskala hi biss eżempju wieħed minn bosta li mhux limitati għan-nofsinnhar politiku, iżda li huma mifruxa mal-pajjiż.  Fost l-eżempji hemm it-Terminal tal-Port Ħieles, Manoel Island, il-Bajja tal-Balluta, ix-Xatt u l-jott marina tal-Birgu, il-jott marina fil-Kalkara u x-Xatt tal-Belt.  

Hemm ukoll għaddej il-kummerċjalizzazzjoni tal-ispazji pubbliċi mal-kosta, bil-bankini b’kollox.

L-art pubblika kontinwament qed tkun trasformata f’minjiera ta’ profitti privati, ħafna drabi għall-magħżulin. Il-kwalità tal-ħajja tar-residenti rari jagħtu każ tagħha, jekk mhux fl-aħħar minuta. Meta possibli jevitawha kompletament ukoll.

Għaddew madwar erba’ snin minn meta l-Parlament approva il-leġislazzjoni biex tissaħħah il-protezzjoni tal-kosta permezz tal-liġi dwar id-dimanju pubbliku. Kellna kemm-il Ministru li tkellem b’mod pompuż dwar dan. L-għaqdiet ambjentali ippreżentaw lista ta’ iktar minn għoxrin sit, mifruxa mal-kost,a li kollha kemm huma jikkwalifikaw għall-protezzjoni. Ninsab infurmat li l-għaqdiet ambjentali għamlu riċerka estensiva dwar min hu sid din l-art. Iżda sfortunatament l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar qed iżommu dan il-proċess milli jitwettaq, anke għal dawk il-każijiet fejn l-art hi kollha kemm hi propjetà pubblika.  

Għalfejn jiġu approvati dawn il-liġijiet jekk ma hemm l-ebda intenzjoni li dawn ikunu implimentati?

Nafu li wieħed mill-impatti ewlenin tat-tibdil fil-klima fuq il-gżejjer, inkluż dawk Maltin, hu bit-tibdil fl-livell tal-baħar. Numru ta’ gżejjer fl-Oċejan Paċifiku li mhumiex wisq il-fuq minn livell il-baħar diġa bdew jisparixxu taħt baħar li l-livell tiegħu qed jogħla. Robert Abela, Prim Ministru, huwa u jindirizza l-laqgħa Internazzjonali fi Glasgow dwar it-tibdil fil-klima (COP26), iktar kmieni din il-ġimgħa, emfasizza dan il-punt.

L-għoli fil-livell tal-baħar ikollu impatt sostanzjali fuq il-gżejjer Maltin, skond kemm dan ikun kbir. Jeffettwa l-infrastruttura kostali kollha: l-infrastruttura marittima, dik tat-turiżmu, tal-ilma kif ukoll l-infrastruttura tal-enerġija li huma kollha b’xi mod marbuta mal-kosta. Kemm-il darba jogħla l-livell tal-baħar dawn kollha jitħarbtu.  Anke iż-żoni residenzjali viċin tal-kosta jsofru impatti mhux żgħar.  

Ħadd ma jaf eżatt dwar kemm, kif u meta dan ser iseħħ. L-ewwelnett għax il-proċess li bih dan iseħħ għad mhux mifhum biżżejjed. Imma ukoll għax għalkemm ma nistgħux nevitawh nistgħu nnaqqsu l-impatt tiegħu billi nindirzzaw u nnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju.

Repetutatament fil-laqgħat tal-UNFCCC (United Nations Framework Convention for Climate Change) li jsiru regolarment tul is-snin, kien hemm emfasi fuq il-ħtieġa li ż-żieda fit-temperatura globali minn kif kienet fl-era pre-industrijali ma tiżdiedx b’iktar minn 1.5 gradi Celsius. Dan sar fuq insistenza tal-istati gżejjer u tal-pajjiżi sottożviluppati, għax għal snin twal il-limitu raġjonevoli kien meqjus li kien ta’ 2 gradi Celsius. Pass ieħor il-quddiem. Imma mhux biżżejjed.

F’Pariġu fl-2015 kien hemm qbil dwar dan kollu. Imma sfortunatament dan ma kienx ikkonvertit f’azzjoni. Huwa dak li issa qed nistennew li jseħħ fi Glasgow.

Huwa essenzjali li nindirizzaw it-tibdil fil-klima bis-serjetà. Anke l-ħarsien tal-kosta jiddependi minn hekk.

ippubblikat fuq Illum :il-Ħadd 7 ta’ Novembru 2021

Claiming back (and protecting) our coast

A continuous effort to commercialise the coast is under way. It has been going on for quite some time.

The proposed Marsaskala yacht marina is just one example. It is possibly the latest of many examples, not just in the political south, but throughout the Maltese islands. The Freeport Terminal, Manoel Island, Balluta Bay, the Birgu Waterfront and yacht marina, the Kalkara yacht marina, Valletta Waterfront are some of the most glaring examples which come to mind.

There is also the ongoing commercialisation of the public spaces adjacent to the coast, including pavements and open spaces.

Public land is continuously being transformed into private profits, many times for the chosen few. In practically all cases,the quality of life of residents is not factored in, until the eleventh hour. Whenever possible, it is avoided completely.

It has been around four years since parliament approved legislation in order to reinforce the protection of the coastline through the public domain legislation. Much was said pompously by many a Minister. Environmental NGOs have submitted a list of over twenty sites along the coast which qualify for protection. I am informed that eNGOs have even carried out extensive research on ownership issues related to these sites. It is indeed unfortunate that the Lands Authority and the Planning Authority have ground the whole process to an unacceptable halt. This applies even in those instances where it is proven beyond any doubt whatsoever that the land in question is public property.

Why approve such laws when there is no intention to implement them?

We are aware that one of the main areas through which climate change will impact islands, including the Maltese islands, is through sea level rise.  A number of low-lying islands in the Pacific Ocean are already in the process of disappearing below a rising sea level.  Robert Abela, Prime Minister, addressing the Glasgow Climate Change COP26 earlier this week emphasised this point.

A rise in sea level will have a substantial impact on the Maltese islands, depending on its extent. It will impact the coastal infrastructure: the maritime, tourism, as well as the water and electricity infrastructure are all linked to our coast. A sea level rise will play havoc with all this. It will even impact the residential areas which have been developed close to the coast.

No one is certain as to when, how and the extent of this happening. Primarily this is due to the fact the natural processes in play are not fully understood yet. It is also however possible that mitigation measures planned and in hand to reduce carbon emissions could be quite effective if taken up.

During UNFCCC (United Nations Framework Convention for Climate Change) meetings it is continuously emphasised that the increase in global mean temperature should not exceed 1.5 degree Celsius over the pre-industrial temperature. This is the result of extensive lobbying by island states and under-developed countries over the years. They have been successful in adjusting the objective from the previous 2 degree Celsius.  This is definitely a step in the right direction, but it is not enough. 

In Paris in 2015 this was already agreed upon. Yet it was all words, none of which was converted into action. At Glasgow we need some decisions which are implemented the soonest.

Taking definite action on climate change is required to protect our coast.

published in The Malta Independent on Sunday : 7 November 2021

L-għaqda nazzjonali tibda minn Portomaso

Minn dak li qed jingħad fuq website Amerikana hemm żewġ membri Parlamentari Maltin li qegħdin jipprattikaw bis-serjetà l-għaqda nazzjonali.

Hu Ministru tal-Gvern. Hi deputat tal-Opposizzjoni. Jingħad li hemm filmati tagħhom għaddejjin f’ħidmiethom f’lukanda ġo Portomaso.

Sintendi f’pajjiż żgħir ftit hawn sigrieti.

M’hemmx għalfejn tmur fuq il-qabar ta’ Kristu biex tillumina ruħek!

Sadanittant lill-pajjiż jibqgħu jwaqqgħuh għaż-żuffjett. Jidher li kulħadd jaf min huma, minbarra Robert Abela u Bernard Grech!

Business friendly: il-flus qabel in-nies!

Art pubblika qed tittieħed minn stabilimenti tal-ikel u x-xorb biex tkun estiża l-attività kummerċjali tagħhom fit-triq u dan bil-konsegwenza ta’ diversi problemi għar-residenti u l-komunitajiet tagħna madwar Malta.

L-aħħar każ fl-aħbarijiet hu dak ta’ Triq il-Kbira San Ġiljan li seħħ wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess biex f’żona li sal-lum kienet riżervata għall-parkeġġ jibdew jitqegħdu l-imwejjed u s-siġġijiet. Sid l-istabbiliment aġixxa hekk kif irċieva l-permess tal-ippjanar mingħajr ma qagħad jistenna għal deċiżjoni mingħand l-Awtorità tal-Artijiet dwar jekk jistax ikun aċċettabbli li art pubblika tintuża bil-mod propost.

Il-qarrejja probabbilment jiftakru li xi żmien ilu l-Awtorità tal-Artijiet kienet irrifjutat applikazzjoni simili fix-Xatt il-Gżira. F’dak il-każ partikolari appell ta’ lukanda minn deċiżjoni tal-Awtorità tal-Artijiet biex flok spazji għall-parkeġġ tal-karozzi fi triq ewlenija jitqiegħed platform u fuqu imwejjed u siġġiet kien irrifjutat. It-talba biex jitqegħdu l-imwejjed u s-siġġijiet kienet irrifjutata minħabba li kienu ser jonqsu żewġ spazji għal parkeġġ kif ukoll minħabba tħassib dwar sigurtà tan-nies.

Minkejja din id-deċiżjoni li ttieħdet iżjed minn sena ilu mit-Tribunal Amministrattiv jidher li l-Awtorità tal-Ippjanar għadha marbuta mal-interessi tan-negożji.

Ikun floku li niftakru li d-dokument bil-politika tal-ippjanar dwar it-tqegħid ta’ imwejjed u siġġijiet fi spazji pubbliċi kien imfassal minn kumitat inter-MinisterjalI li speċifikament kien eskluda l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-lokalitajiet tagħna. L-interessi tal-lokalitajiet, kemm dawk tar-residenti kif ukoll dawk tal-Kunsilli Lokali kienu kompletament injorati. Iktar minn hekk, meta l-materja kienet ikkunsidrata mill-Kabinett, mid-dehra l-Ministru tal-Kunsilli Lokali Owen Bonnici kien rieqed għax kieku bla ebda dubju kien jiġbed l-attenzjoni ta’ sħabu li l-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, fl-artiklu 33 tistabilixxi li hi funzjoni ta’ kull Kunsilli Lokali li “ jagħti pariri lil u, li jkun ikkonsultat minn kull awtorità li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsilli u lir-residenti li jkunu responsabbli għalihom.”

F’kull parti tal-pajjiż, il-Kunsilli Lokali huma rrabjati dwar kif dawn ir-regoli speċifiċi tal-ippjanar ġew imfassla, approvati u implimentati b’mod li jpoġġu n-negożju u l-flus qabel in-nies.

F’dan il-każ speċifiku ta’ San Ġiljan l-ispażju pubbliku li hu propost li jittieħed hu presentment utilizzat għall-parkeġġ.

Ipprova imxi fuq il-bankina fix-xatt bejn il-Gżira u tas-Sliema u ibqa’ għaddej max-Xatt ta’ Tigne. Tkun mixja diffiċli minħabba li n-negozji għamlu l-bankina tagħhom (bil-barka tal-awtoritajiet) u dak li hu tal-pubbliku ikkapparrawh: mhux biss il-bankina imma ukoll kważi kull spazju għall-parkeġġ.

Li tipprova timxi fuq il-ftit spazju li ħallew hi diffiċli ħafna għal kulħadd imma l-iktar għar-residenti li joqgħodu fl-appartamenti fis-sulari ta’ fuq dawn in-negozji. Jiffaċċjaw kull xorta ta’ diffikulta mill-ħruġ tal-iskart, li bilkemm ħallewlhom fejn dan jitpoġġa kif ukoll anke diffikulta biex idaħħlu fi djarhom għamara ta’ kull xorta. Dan hu r-riżultat tal-politika tal-Gvern tal-lum li tpoġġi l-interessi tan-negożju qabel l-interessi tan-nies: politika business-friendly. Infrastruttura sigura u aċċessibli għan-nies hi kontinwament mogħtija l-ġenb kemm mill-Gvern kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi.

Jiena dejjem kont tal-fehma li l-Ippjanar għall-użu tal-art hu għan-nies. Sfortunatment dan ġie ttrasformat f’magna li tiffaċilita l-qliegħ tal-flus.

Għamel sew Albert Buttigieg, is-Sindku ta’ San Ġiljan, li sabbat saqajh u rreżista l-aħħar attentat tan-negozju biex bl-għajnuna tal-Awtorità tal-Ippjanar jibqa’ jħarbat il-ħajja tan-nies. Kien ukoll f’waqtu l-intervent tal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava waqt il-konferenza stampa li fiha dan l-abbuż inġieb għall-attenzjoni tal-istampa fejn saret enfasi ukoll li dawn ir-regoli li jippermettu dawn l-abbużi jitwarrbu illum qabel għada.

Ilna ngħidu li wasal iż-żmien li l-Awtorità tal-Ippjanar teħtieġ li tiġi f’sensiha.

Kull żvilupp konness mal-ispazji pubbliċi fil-lokalitajiet tagħna għandu jsir biss kemm-il darba jkun hemm il-kunsens tal-Kunsilli Lokali tagħna. L-art pubblika għandha isservi l-ħtiġijiet tan-nies qabel dawk tan-negozji.

 

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019

Public Land: private profits

The taking up of public land by catering establishments to extend their commercial activity beyond the limits of their property has been creating problems for residential communities all over the island.

The latest case, in Main Street St Julian’s, has developed after the Planning Authority issued a planning permit for the placing of chairs and tables in an area so far reserved for parking. The owner of the catering outlet acted on the approved planning permit without waiting for a decision from the Lands Authority as to whether it is permissible to use public land in the manner proposed.

Readers may remember that, some time back, the Lands Authority refused a similar application on The Strand in Gzira. In that specific case, a hotel had – on appeal from a Lands Authority decision – been refused permission to place chairs and tables on a platform to be constructed in lieu of parking spaces along a main road. The request for placing tables and chairs had been rejected as it was then proposed to take up two parking spaces and, in addition, due to safety concerns.

Notwithstanding this decision, taken more than 12 months ago by the Administrative Tribunal, it seems that the Planning Authority is still chained to business interests.

It is pertinent to point out that the planning policy document on outside catering areas in public spaces was drafted by an inter-Ministerial committee which specifically excluded representatives from out local communities. The interests of our local communities – residents as well as local councils – were completely ignored. Moreover, it is most probable that, when the matter was being considered by Cabinet, the Minister for Local Councils, Owen Bonnici, was fast asleep as otherwise he would undoubtedly have drawn to the attention of his colleagues that article 33 of the Local Councils Act deems it a function of local councils “to advise and, where applicable, be consulted by, any authority empowered to take any decisions directly or indirectly affecting the Council and the residents it is responsible for”.

All over the country, Local Councils are up in arms against the manner in which this specific planning policy was drafted, approved and is being implemented because instead of being people-friendly it is simply business-friendly.

It this specific case at St Julian’s the issue is with parking spaces. Try walking along the pavement in The Strand from Gżira to Sliema and then onto Tignè seafront. It would be a very difficult walk because business has taken over and transformed a public asset into a private asset. Navigating through the small amount of unoccupied space left available is a nightmare for pedestrians and it is even worse for residents living in residential units above ground floors that are occupied by catering establishments.

This is the result of a policy that puts business interests before the interests of residents: accessible and safe infrastructure for people do not feature in the policies of either the Government or the public authorities.

I have always been of the opinion that Planning is for People. Unfortunately it has been transformed into an easy money-making machine.

Albert Buttigieg, the Mayor of St Julian’s, was quite right in putting his foot down. It was likewise appropriate for Mario Fava, the President of the Local Councils Association, to participate in the press conference which drew attention of the press to this abusive action and to the need to scrap the offending policy forthwith.

It is about time that the Planning Authority is brought to its senses. Public open spaces in our localities should not be touched without the consent of local authorities: public land is for public use not for private profits.

published in The Malta Independent on Sunday : 22 December 2019

Il-kosta: fi stat ta’ emerġenza

Iktar kmieni din il-ġimgħa, l-International Panel on Climate Change (IPCC) tal-Ġnus Magħquda, ippubblika rapport dwar l-ibħra u t-tibdil fil-klima. Ġejna avżati għal darb’ oħra bil-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u l-impatti li ser jirriżultaw bħaż-żieda fil-livell tal-baħar.

Ir-rapport ifakkarna ukoll fil-ħtieġa urġenti li jkunu indirizzati b’mod adegwat l-emissjonijiet tal-karbonju sa mhux iktar tard mis-sena 2050.

Il-Kummissarji Ewropej Miguel Arias Cañete (Azzjoni Klimatika u Enerġija), Karmenu Vella (Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd) u Carlos Moedas (Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni) kienu sodisfatti bir-rapport, għax jikkunsidraw li dan hu tfakkira lill-komunità globali biex din taġixxi u tindirizza t-tibdil fil-klima u l-impatti tagħha fuq l-ibħra malajr kemm jista’ jkun. Fi stqarrija tal-Kummissjoni Ewropeja li t-tlett Kummissarji ħarġu nhar l-Erbgħa emfasizzaw li l-konklużjonijiet tar-rapport huma ċari: “iż-żieda fit-temperatura globali ikkawżata mill-bniedem qed tkun il-kawża ta’ tibdil drastiku fl-ibħra. Mhux biss qed togħla t-temperatura, imma l-ibħra qed isiru iktar aċidużi u fihom inqas ossiġnu. Il-livell tal-baħar qed jogħla ħafna iktar milli kien antiċipat.”

Il-Kapitlu numru 4 tar-rapport għandu jkun ta’ interess partikolari għal Malta. Huwa intitolat “Sea Level Rise and Implications for Low Lying Islands, Coasts and Communities”.

Il-medja globali taż-żieda fil-livell tal-baħar qed tiżdied b’rata li qed taċċellera. Mill-osservazzjonijiet li saru jirriżulta li din żdiedet minn 1.4 millimetri fis-sena fuq il-perjodu 1901-90 għal 3.6 millimetri fis-sena tul il-perjodu 2005-15. Ir-rapport jirreferi għal diversi studji li saru biex ikun imkejjel kemm tista’ tkun din iż-żieda fil-livell tal-ibħra fil-futur. Lil hinn mill-2050 hu diffiċli li jsiru projezzjonijiet u dan minħabba li x-xenarju dwar l-emmissjonijiet u t-tibdil fil-klima assoċjat mhux magħruf biżżejjed. L-anqas mhu magħruf kif ser tkun ir-reazzjoni tas-silġ akkumulat fl-Antartiku f’dinja b’temperatura għola. Bl-informazzjoni li hawn il-projezzjonijiet li saru jindikaw li l-livell tal-ibħra jista’ jiżdied b’madwar 110 ċentimetri sa tmiem dan is-seklu. Mhux eskluż li meta jitlestew studji addizzjonali li għadhom għaddejjin din iż-żieda tista’ titla’ sa 200 ċentimetru.

Dawn il-projezzjonijiet huma ibbażati fuq osservazzjonijiet xjentifiċi flimkien mat-tagħrif akkumulat minn studji dwar l-impatti tal-klima fuq l-ibħra, iż-żieda fit-temperaturi globali flimkien mar-ritmu li bih qed idub is-silġ akkumulat. Minkejja din l-inċertezza dwar dak li ser jiġri kif jidher mill-varjazzjoni mhux żgħira fil-projezzjonijiet dwar kemm u meta jista’ jogħla l-livell tal-ibħra, id-deċiżjonijiet ta’ ippjanar konnessi ma dak li hu meħtieġ biex tkun protetta l-kosta huma meħtieġa li jittieħdu illum.

Dan jinkludi d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar infrastruttura ta’ importanza kritika kif ukoll xogħolijiet għall-ħarsien tal-kosta li hu meħtieġ li jkunu tlestew qabel ma jibda jseħħ ix-xenarju li l-baħar jogħla fil-livell b’mod sostanzjali.

L-għoli fil-livell tal-baħar hu ta’ theddida għall-komunitajiet residenzjali mal-kosta kif ukoll għall-parti l-kbira tal-infrastruttura turistika u marittima.

Iż-żoni kostali tagħna huma żviluppati b’mod esaġerat u fihom hemm jgħixu numru mhux żgħir ta’ nies, b’densità esaġerata.

Il-faċilitajiet u l-infrastruttura turistika huma ikkonċentrati tul il-parti tal-kosta li hi kważi fil-livell tal-baħar b’mod li l-inqas żieda fil-livell tal-baħar jista’ jkollu effett diżastruż. Għal stat gżira bħal Malta l-infrastruttura marittima hi kruċjali: anke din qegħda fil-livell tal-baħar. Bħala konsegwenza ta’ dan l-iċken ċaqlieq fil-livell tal-baħar jista’ jkollu effett diżastruz fuq il-gżejjer Maltin jekk ma nippreparawx ruħna sewwa mhux biss għall-iktar possibiltajiet realistiċi imma anke għall-agħar possibilitajiet.

X’ser nagħmlu? Qegħdin nippreparaw ruħna għal din l-emerġenza li qed tiżviluppa wara biebna?

It-tweġiba ovvja hi le: ma jidher xejn li jindika li qed nippreparaw ruħna. Il-problema ewlenija għalina hi li anke b’zieda żgħira fil-livell tal-baħar il-faċilitajiet mal-kosta jistgħu jisparixxu. Neħtieġu viżjoni ċara fuq kif ser naffrontaw it-tibdil fil-klima.

Il-Ministeru tat-Turiżmu iktar hu interessat biex joqgħod jilgħab bir-ramliet artifiċjali li malajr jitkaxkru mill-mewġ mal-ewwel maltempata qalila kif ġara fil-Bajja tal-Balluta riċentement. Man-natura ma tilgħabx! L-Awtorità tal-Ippjanar, min-naħa l-oħra iktar hi interessata li taqdi lil dawk li jridu jistagħnew mil-koxxa u fl-ebda ħin ma bdiet tagħti kas tat-tibdil fil-klima fid-deċiżjonijiet tagħha.

Neħtieġu kosta ħajja u vibranti. Nistgħu nipproteġu ‘l kosta billi nħejju ruħna għal din l-emerġenza tal-klima li qed tiżviluppa quddiem għajnejna. Jekk ser nibqgħu ma niċċaqilqux it-tort ikun tal-ġenerazzjoni tagħna u ta’ ħadd iktar.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 29 ta’ Settembru 2019

Our coastline: in a state of emergency

Earlier this week the UN International Panel on Climate Change (IPCC) published its report on the oceans and climate change. We are once more warned of the consequences of climate change and the impacts of rising sea levels, as well as of the urgent need to have decarbonisation in place by not later than the year 2050.

EU Commissioners Miguel Arias Cañete for Climate Action and Energy, Karmenu Vella for Environment, Maritime Affairs and Fisheries and Carlos Moedas for Research, Science and Innovation have welcomed the report, considering it a wake-up call for the global community to tackle climate change and its impacts on oceans as soon as possible. In an EU Commission press statement issued on Wednesday, they emphasised the fact that the conclusions of the new report are clear: “human-induced global warming is drastically changing our oceans. They are heating up, becoming more acidic, contain less oxygen. Sea levels are rising much faster than anticipated.”

Chapter 4 of the report should be of particular interest to Malta. It is entitled “Sea Level Rise and Implications for Low Lying Islands, Coasts and Communities”.

Global Mean Sea Level is rising at an accelerating rate. From observations made it results that this has increased from 1.4 mm per year over the period 1901-90 to 3.6 mm per year over the period 2005-15. The report refers to various studies regarding the projected sea-level rise. Beyond 2050 is unchartered territory due to the uncertainties in emission scenarios and the associated climate changes and the response of the Antarctic ice sheet in a warmer world. The relevant projections, however, still point towards a possible sea-level rise of 1.10 metres towards the end of the century. It is not excluded that this projection may be increased upwards to as much as 2 metres, once additional studies are concluded.

These projections are based on scientific observations and the accumulated knowledge from studies on the impacts of climate change on the oceans, notably the increase in global temperatures as well as the resulting melting of glaciers and ice sheets.

Despite this uncertainty associated with such a wide range of the projections made, decisions on coastal adaptation planning are required to be made today. This would include decisions on critical infrastructure and coastal protection work which need to be put in place in anticipation of the most likely scenarios.

Rising sea levels are a threat to coastal residential areas as well as to most of our tourism and maritime infrastructure.

Our coastal areas are over-developed and densely populated. Tourism facilities and infrastructure is concentrated along the low-lying areas of the coast. For an island state the maritime infrastructure is crucial. As a consequence, sea-level rise may, even in the medium term, have a devastating impact on the Maltese islands unless we are adequately prepared – not just for the likely scenarios but also for the worst case scenario.

Where do we go from here? Are we prepared for this developing emergency which is unfolding before us?

The answer is an obvious “no”. We are not prepared. There are no signs that any sort of preparation is in hand. The basic problem we have to face is that even in the medium term our coast may be wiped out together with all its infrastructure. We lack a clear vision of how to deal with climate change.

The Tourism Ministry is only interested in playing around with artificial sandy beaches which will be quickly vacuumed up and reclaimed by the sea during the first storm – as was clearly demonstrated in Balluta Bay during the last stormy season. The Planning Authority is bent on facilitating “making hay while the sun shines” and has at no point factored climate change in its policies and decisions.

A healthy and vibrant coastline is essential and we can only protect it by being prepared for the developing climate emergency. If we do not we will have no one to blame but ourselves.

published in The Malta Independent on Sunday : 29 September 2019

It-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ: perikoluża?

San Francisco hi l-ewwel belt fl-Istati Uniti li pprojibiet l-użu mill-forzi tal-ordni ta’ teknoloġija li tagħraf l-uċuh. Probabbilment li ma jdumx ma jkun hemm bliet oħra fl-Istati Uniti li jagħmlu l-istess.

Id-dibattitu f’ San Francisco ilu għaddej. Dawk li jaqblu mal-projibizzjoni huma tal-fehma li din it-teknoloġija mhux biss hi difettuża imma li hi ukoll ta’ theddida serja għad-drittijiet ċivili.

It-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ hi invażiva. Fl-istat attwali tal-iżvilupp tagħha għadha difettuża imma għandha l-potenzjal li tkun preċiża 100%. Imbagħad tkun tista’ tintuża mhux biss biex jingħarfu l-uċuħ imma ukoll biex tkun identifikata informazzjoni oħra dwar dawk li jkunu fil-mira.

Riċerkaturi fl-Università Jiao Tong f’Shanghai iċ-Ċina għamlu żmien jesperimentaw b’ritratti ta’ persuni magħrufa bħala kriminali u oħrajn li m’humiex. Bħala riżultat tar-riċerka tagħhom qed jissuggerixxu li t-teknoloġija użata tista’ tidentifika kriminali minn filmati ġodda b’certezza ta’ kważi 90 fil-mija.

Tal-biża’!

Riċerkaturi fl-Università ta’ Stanford fl-Istati Uniti f’estratt minn studju li ser jippubblikaw dalwaqt, jindikaw, li t-teknoloġija għall-għarfien tal-uċuħ hi iktar preċiża mill-bniedem innifsu biex minn ritratti tagħraf l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna. Fir-riċerka tagħhom jgħidu li użaw il-fuq minn 130,000 ritratt meħud minn siti elettroniċi fejn persuni jitkellmu dwar l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Bħala riżultat ta’ analiżi bijometrika, jgħidu ir-riċerkaturi, t-teknoloġija użata kapaċi tagħraf u tiddistingwi l-orjentazzjoni sesswali ta’ irġiel bi preċiżjoni ta’ 81% minn ritratt wieħed. Jekk ikun hemm aċċess għal ħames ritratti, l-preċiżjoni titla’ għal 91%.

Bla ebda dubju, maż-żmien jiġu identifikati iktar applikazzjonijiet possibli ta’ din it-teknoloġija. Meta tkun ipperfezzjonata din it-teknoloġija tista’ tkun għodda tal-biża’ f’idejn reġim awtoritarju.

Il-pulizija fir-Renju Unit, f’dawn iż-żmienijiet, qed japplikaw it-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ għall-ordni pubblika.

Big Brother Watch, NGO li taħdem favur id-drittijiet ċivili fir-Renju Unit identifikat li bl-użu ta’ din it-teknoloġija 9 minn kull 10 persuni arrestati kienu innoċenti għax it-teknoloġija ħadmet ħażin. 90% żbalji mhux ċajta f’materja daqshekk sensittiva. Biż-żmien, bla dubju, dan id-difett ikun irrimedjat u dan għax tkun akkumulata iktar data li tagħmilha possibli li jingħarfu l-uċuħ.

Bi sħab mal-Huawei, il-ġgant Ċiniż fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, l-Gvern Malti qed ifassal proġett immirat lejn is-sigurtà tal-lokalitajiet: il-proġett Safe Cities. Tlett lokalitajiet jidher li ġew identifikati għall-proġett pilota f’Malta: l-Marsa, San Pawl il-Baħar u Paceville.

Xi xhur ilu, l-Kummissarju għall-Ħarsien tad-Data f’Malta, meta kien intervistat, emfasizza li meta jkun ikkunsidrat l-użu tat-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ tinħtieġ attenzjoni kbira biex ikunu mħarsa drittijiet fundamentali tal-bniedem. Huwa emfasizza li kien obbligu tal-Gvern li jistudja din it-teknoloġija bir-reqqa biex ikun aċċertat l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tad-Data huwa ppreokkupat ukoll dwar id-data akkumulta u l-potenzjal li din tintuża ħażin biex tintraċċa l-movimenti tal-persuni u b’hekk timmina d-dritt tal-privatezza.

It-teknoloġija li tagħraf l-uċuħ, bħal kull teknoloġija oħra, tista’ tintuża tajjeb imma tista’ ukoll tintuża ħażin. Tista’ tgħinna nkunu iktar siguri, imma tista’ tgerrem (bla ma nindunaw) id-drittijiet tagħna. Hemm il-potenzjal, imma hemm ukoll responsabbiltajiet kbar.

Bi storja ta’ istituzzjonijiet ta’ bla utilità li repetutament ma kienux kapaċi jieqfu lil dawk fil-poter, ma tantx qegħdin tajjeb.

It-teknoloġija għall-għarfien tal-uċuħ tista’ tikkonċentra wisq informazzjoni (u poter) f’idejn il-Pulizija. Dan jista’ jkun perikoluż jekk il-kontroll fuq l-informazzjoni miġbura ma tkunx waħda qawwija.

Li ninvestu fis-sigurtà tagħna ma jfissirx li għandna nċedu l-privatezza tagħna.

F’din l-era diġitali hu meħtieġ li s-sorveljanza tkun kontabbli quddiem istituzzjonijiet demokratiċi msaħħa. Kif dan jista’ jsir għadu kmieni imma hu essenzjali għax il-Huawei flimkien mal-pulizija jistgħu jiffurmaw team perikoluz għad-demokrazija tagħna. Is-soluzzjoni addottata minn San Fransisco tista’ tkun meqjusa bħala radikali wisq. Imma sakemm ikun assigurat li s-sorveljanza tkun soġġetta għal kontabilità demokratika, ma tantx jidher li hemm soluzzjonijiet.

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 19 ta’ Mejju 2019