It-turiżmu u l-bidla fil-klima

In-natura ma tinvolvix ruħha f’negozjati dwar l-impatti tagħha. Fil-mument addattat tisplodi, bla ma tiddiskrimina: fejn laqat laqat. Dan jidher ċar b’mod regolari ma’ kull maltempata qalila jew kalamità naturali f’kull parti tad-dinja.

It-tibdil fil-klima hu bħall-bomba tal-ħin li tista’ tieħu minn minuta għall-oħra.  Qagħda li qed teħżien ma’ kull rapport xjentifiku li jkun ippubbblikat. F’Marzu ħareġ rapport ieħor tal-IPCC li għal darb’oħra wissa li ma baqax wisq ħin biex nieħdu passi. Is-sinjali huma ċari, għal min irid jarahom. Fil-prattika, iżda, dawn huma injorati, forsi sakemm joħroġ rapport ieħor inkella sakemm issir xi laqgħa oħra internazzjonali. Isiru ħafna wegħdiet li l-affarijiet ser jinbidlu, li l-imġieba ser taqleb għall-aħjar: imma wara ftit kważi kulħadd jinsihom. Dan hu ċiklu li jirrepeti ruħu kull tant żmien.

Ma hemmx għalfejn immorru lura ħafna fiż-żmien. Ħarsu biss lejn it-temp lokali tul ix-xahar ta’ Frar 2023. Il-maltempata Helios laqtet il-gżejjer Maltin nhar id-9 ta’ Frar 2023: tul 24 siegħa x-xita li niżlet qabżet id-doppju tal-medja għax-xahar ta’ Frar. Il-ħsara li saret ma kienitx żgħira.

Minkejja dan, f’Malta għad hawn min joħlom li aħna, għandna nkunu eżentati mill-azzjoni radikali meħtieġa biex tkun indirizzata l-bidla fil-klima. Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer, per eżempju, il-ġimgħa l-oħra ġie rappurtat li kien irrabjat għall-Kummissjoni Ewropeja għax il-proposti tagħha dwar il-bidla fil-klima huma l-istess għal kulħadd (one size fits all). Qal li l-istati gżejjer għandhom ikunu eżentati mill-liġijiet dwar il-bidla fil-klima. Dak li qal Engerer kien b’referenza għad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija li hi immirata biex jonqsu l-emmissjonijiet tal-karbonju partikolarment billi jkunu ndirizzati l-impatti ambjentali tal-industrija tal-avjazzjoni.

Ilkoll nafu li t-turiżmu minn u lejn Malta hu dipendenti fuq l-industrija tal-avjazzjoni. Imma flok ma fittixna, tul is-snin,  li nżommu lit-turiżmu taħt kontroll b’politika li tagħti kaz l-impatti tal-industrija fuq il-klima, il-boloh li qed imexxu l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jimmiraw li jilħqu l-mira ta’ 3 miljun turist fis-sena.

Hemm ukoll studju ikkummissjonata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi (MHRA) liema studju jikkwantifika kemm hawn sodod għat-turisti, mhux biss dawk li jeżistu, imma ukoll dawk approvati mill-permessi li diġà ħargu. Dan ir-rapport (tourism carrying capacity report) jgħid li hawn biżżejjed sodod li biex nużawhom neħtieġu li jkollna viċin il-5 miljun turist fis-sena.

Il-politika Maltija tat-turiżmu tfasslet qiesu għada ma hu ser jasal qatt. Riżultat ta’ hekk impatti ambjentali negattivi jibqgħu jinġemgħu minn proġetti massiċċi diġa mfassla, bħal dak ta’ Villa Rosa, mifrux fuq madwar 48,000 metru kwadru tul il-kosta tal-Bajja ta’ San Ġorg.

Biex tkompli tgħaxxaqha l-istudju tal-impatti ambjentali għall-proġett ta’ Villa Rosa hu mibni madwar analiżi ekonomika li tikkonkludi li l-proġett hu wieħed ekonomikament vijabbli.

L-industrija tal-avjazzjoni ilha żmien mhux ħażin teħlisha u tevita li ġġorr il-konsegwenzi tal-impatti tagħha: ilha eżentata milli terfa’ l-piż tal-emissjonijiet tal-karbonju li tiġġenera.  Dan kollu, iżda, jidher li qed joqrob lejn it-tmiem għax anke l-industrija tal-avjazzjoni ser ikollha iddur dawra sewwa madwarha u tibda hi ukoll terfa’ r-responsabbiltà għall-impatti tagħha. Il-prinċipju li min iħammeġ irid iħallas għandu japplika għall-industrija tal-avjazzjoni u bħala konsegwenza għat-turiżmu ukoll.  Bħal kull settur ekonomiku, dan is-settur irid jagħti kaz u jibda jerfa’ l-piz tal-impatti ambjentali tiegħu stess.

Bla dubju mhux ser tkun faċli. Dan hu inevitabbli, anke minħabba li għal żmien twil ftit li xejn tajna kaz, anzi evitajna kemm stajna din ir-realtà.

Xi snin ilu, f’Ottubru 2019, il-Parlament Malti approva mozzjoni dwar l-emerġenza klimatika. Imma sfortunatament, minkejja li din il-mozzjoni kienet approvata unanimament, xorta mhiex riflessa fil-politika tal-Gvern.

Hu fl-interess ta’ Malta li l-impatti ambjentali tat-turiżmu, b’mod partikolari t-turiżmu tal-massa, jkunu indirizzati bis-serjetà, qabel ma jkun tard wisq. L-industrija tal-avjazzjoni teħtieġ li tkun issensitizzata b’miżuri ekonomiċi bħat-taxxi ambjentali biex tibda tirriforma ruħha.  Irridu nżommu quddiem għajnejna, li l-gżejjer Maltin, bħall-gżejjer kollha,  jkunu minn tal-ewwel li jintlaqtu meta jseħħu uħud mill-agħar konsegwenzi tal-bidla fil-klima: l-għoli fil-livell tal-baħar.

It-turiżmu m’għandux ċans li jeħlisha. In-natura mhux ser tiġiha ħniena miċ-ċirkustanzi partikolari tagħna. Tiġi taqa’ u tqum mill-konsegwenzi ekonomiċi. Tibqa’ għaddejja minn fuqna u tkaxkar kollox, kif tagħmel kullimkien!

ippubblikat fuq Illum : 9 t’April 2023

Tourism and climate change

Nature does not negotiate as to its impacts. At the appropriate natural time, pun intended, it unleashes its fury on all, without discrimination. This is illustrated on a regular basis with every major storm or natural calamity around the globe.

Climate change is like a ticking time bomb. It gets worse with every scientific report published. In March, yet another IPCC report sounded the warning that we are living on borrowed time. The signs are there staring us in the face. In practice they are ignored until another report is published and maybe another Climate Summit is held. Many promises relative to behavioural change are made, most being ignored. This cycle has been repeated every so often.

We need not go back many years. Just consider the local weather during the month of February 2023. The storm Helios hit the Maltese islands on 9 February 2023: in just 24 hours the recorded precipitation was more than double the monthly average for the month of February. The damage caused was considerable.

Yet some still dream that we, in Malta, should be exempted from the far-reaching radical action needed to tackle climate change. Labour MEP Cyrus Engerer, for example, was reported last week as feeling angered at the EU Commission “one size fits all” approach on climate action. He stated that island states should be exempted from climate change legislation. Engerer’s outburst was a reference to the Energy Taxation Directive which aims at reducing carbon emissions in particular through addressing the environmental impacts of aviation.

We all know that tourism to and from Malta is dependent on the aviation industry. Yet, instead of seeking ways to re-dimension it, thereby factoring-in climate change impacts into tourism policy, the nitwits at the Malta Tourism Authority have currently embarked on achieving targets to increase tourism to Malta to the 3 million mark.

Furthermore, a study on Malta’s tourism carrying capacity commissioned by the MHRA and carried out by Deloitte some months ago had identified that we would need close to 5 million tourists per year to make adequate use of the tourism beds available, both those existent as well as those in the pipeline, already approved for development!

Malta’s tourism policy targets have been planned as if there is no tomorrow. This keeps piling up the negative environmental impacts from large scale development projects in the pipeline, such as the Villa Rosa project spread over close to 48,000 square metres along the St George’s Bay coast.

To add insult to injury the Environmental Impact Assessment for the Villa Rosa project is buttressed by an economic analysis which endorses its economic viability.

Aviation has been a free rider for quite some time, being exempted from shouldering the impacts of the carbon emissions which it generates. The holiday will soon be over and as a direct result the aviation industry must take stock of the situation and shoulder the responsibility for its impacts. The polluter pays principle applies to the aviation industry and as a result to the tourism industry too. Like all other economic sectors, it must factor in its costings the environmental impacts which it generates: in technical jargon internalisation of environmental costs.

It will undoubtedly be painful. This is inevitable as it has been deliberately avoided for so long.

Some years back, in October 2019, Parliament in Malta approved a motion on the climate emergency. Unfortunately, the unanimously approved motion is not reflected in government policy since.

It is in Malta’s interest that the environmental impacts of tourism, particularly mass tourism, are contained before it is too late. The aviation industry must be prodded through economic means, such as environmental taxation, to restructure itself. Let us all remember that like all islands, the Maltese islands, will be among the first to suffer some of the worst repercussions of climate change: the increase in sea level.

Tourism will not be spared. Nature and natural forces will not consider our special situation or our economic considerations: it will roll over us as it did elsewhere!

published in The Malta Independent on Sunday: 9 April 2023