Il-kosta tagħna lkoll: inħarsuha

Għaddej sforz kontinwu biex il-kosta tkun ikkommerċjalizzata. Sforz li ilu għaddej is-snin.

Il-jott marina proposta f’Marsaskala hi biss eżempju wieħed minn bosta li mhux limitati għan-nofsinnhar politiku, iżda li huma mifruxa mal-pajjiż.  Fost l-eżempji hemm it-Terminal tal-Port Ħieles, Manoel Island, il-Bajja tal-Balluta, ix-Xatt u l-jott marina tal-Birgu, il-jott marina fil-Kalkara u x-Xatt tal-Belt.  

Hemm ukoll għaddej il-kummerċjalizzazzjoni tal-ispazji pubbliċi mal-kosta, bil-bankini b’kollox.

L-art pubblika kontinwament qed tkun trasformata f’minjiera ta’ profitti privati, ħafna drabi għall-magħżulin. Il-kwalità tal-ħajja tar-residenti rari jagħtu każ tagħha, jekk mhux fl-aħħar minuta. Meta possibli jevitawha kompletament ukoll.

Għaddew madwar erba’ snin minn meta l-Parlament approva il-leġislazzjoni biex tissaħħah il-protezzjoni tal-kosta permezz tal-liġi dwar id-dimanju pubbliku. Kellna kemm-il Ministru li tkellem b’mod pompuż dwar dan. L-għaqdiet ambjentali ippreżentaw lista ta’ iktar minn għoxrin sit, mifruxa mal-kost,a li kollha kemm huma jikkwalifikaw għall-protezzjoni. Ninsab infurmat li l-għaqdiet ambjentali għamlu riċerka estensiva dwar min hu sid din l-art. Iżda sfortunatament l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar qed iżommu dan il-proċess milli jitwettaq, anke għal dawk il-każijiet fejn l-art hi kollha kemm hi propjetà pubblika.  

Għalfejn jiġu approvati dawn il-liġijiet jekk ma hemm l-ebda intenzjoni li dawn ikunu implimentati?

Nafu li wieħed mill-impatti ewlenin tat-tibdil fil-klima fuq il-gżejjer, inkluż dawk Maltin, hu bit-tibdil fl-livell tal-baħar. Numru ta’ gżejjer fl-Oċejan Paċifiku li mhumiex wisq il-fuq minn livell il-baħar diġa bdew jisparixxu taħt baħar li l-livell tiegħu qed jogħla. Robert Abela, Prim Ministru, huwa u jindirizza l-laqgħa Internazzjonali fi Glasgow dwar it-tibdil fil-klima (COP26), iktar kmieni din il-ġimgħa, emfasizza dan il-punt.

L-għoli fil-livell tal-baħar ikollu impatt sostanzjali fuq il-gżejjer Maltin, skond kemm dan ikun kbir. Jeffettwa l-infrastruttura kostali kollha: l-infrastruttura marittima, dik tat-turiżmu, tal-ilma kif ukoll l-infrastruttura tal-enerġija li huma kollha b’xi mod marbuta mal-kosta. Kemm-il darba jogħla l-livell tal-baħar dawn kollha jitħarbtu.  Anke iż-żoni residenzjali viċin tal-kosta jsofru impatti mhux żgħar.  

Ħadd ma jaf eżatt dwar kemm, kif u meta dan ser iseħħ. L-ewwelnett għax il-proċess li bih dan iseħħ għad mhux mifhum biżżejjed. Imma ukoll għax għalkemm ma nistgħux nevitawh nistgħu nnaqqsu l-impatt tiegħu billi nindirzzaw u nnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju.

Repetutatament fil-laqgħat tal-UNFCCC (United Nations Framework Convention for Climate Change) li jsiru regolarment tul is-snin, kien hemm emfasi fuq il-ħtieġa li ż-żieda fit-temperatura globali minn kif kienet fl-era pre-industrijali ma tiżdiedx b’iktar minn 1.5 gradi Celsius. Dan sar fuq insistenza tal-istati gżejjer u tal-pajjiżi sottożviluppati, għax għal snin twal il-limitu raġjonevoli kien meqjus li kien ta’ 2 gradi Celsius. Pass ieħor il-quddiem. Imma mhux biżżejjed.

F’Pariġu fl-2015 kien hemm qbil dwar dan kollu. Imma sfortunatament dan ma kienx ikkonvertit f’azzjoni. Huwa dak li issa qed nistennew li jseħħ fi Glasgow.

Huwa essenzjali li nindirizzaw it-tibdil fil-klima bis-serjetà. Anke l-ħarsien tal-kosta jiddependi minn hekk.

ippubblikat fuq Illum :il-Ħadd 7 ta’ Novembru 2021

Claiming back (and protecting) our coast

A continuous effort to commercialise the coast is under way. It has been going on for quite some time.

The proposed Marsaskala yacht marina is just one example. It is possibly the latest of many examples, not just in the political south, but throughout the Maltese islands. The Freeport Terminal, Manoel Island, Balluta Bay, the Birgu Waterfront and yacht marina, the Kalkara yacht marina, Valletta Waterfront are some of the most glaring examples which come to mind.

There is also the ongoing commercialisation of the public spaces adjacent to the coast, including pavements and open spaces.

Public land is continuously being transformed into private profits, many times for the chosen few. In practically all cases,the quality of life of residents is not factored in, until the eleventh hour. Whenever possible, it is avoided completely.

It has been around four years since parliament approved legislation in order to reinforce the protection of the coastline through the public domain legislation. Much was said pompously by many a Minister. Environmental NGOs have submitted a list of over twenty sites along the coast which qualify for protection. I am informed that eNGOs have even carried out extensive research on ownership issues related to these sites. It is indeed unfortunate that the Lands Authority and the Planning Authority have ground the whole process to an unacceptable halt. This applies even in those instances where it is proven beyond any doubt whatsoever that the land in question is public property.

Why approve such laws when there is no intention to implement them?

We are aware that one of the main areas through which climate change will impact islands, including the Maltese islands, is through sea level rise.  A number of low-lying islands in the Pacific Ocean are already in the process of disappearing below a rising sea level.  Robert Abela, Prime Minister, addressing the Glasgow Climate Change COP26 earlier this week emphasised this point.

A rise in sea level will have a substantial impact on the Maltese islands, depending on its extent. It will impact the coastal infrastructure: the maritime, tourism, as well as the water and electricity infrastructure are all linked to our coast. A sea level rise will play havoc with all this. It will even impact the residential areas which have been developed close to the coast.

No one is certain as to when, how and the extent of this happening. Primarily this is due to the fact the natural processes in play are not fully understood yet. It is also however possible that mitigation measures planned and in hand to reduce carbon emissions could be quite effective if taken up.

During UNFCCC (United Nations Framework Convention for Climate Change) meetings it is continuously emphasised that the increase in global mean temperature should not exceed 1.5 degree Celsius over the pre-industrial temperature. This is the result of extensive lobbying by island states and under-developed countries over the years. They have been successful in adjusting the objective from the previous 2 degree Celsius.  This is definitely a step in the right direction, but it is not enough. 

In Paris in 2015 this was already agreed upon. Yet it was all words, none of which was converted into action. At Glasgow we need some decisions which are implemented the soonest.

Taking definite action on climate change is required to protect our coast.

published in The Malta Independent on Sunday : 7 November 2021

Il-ħarsien tal-kosta: ma hemmx rieda politika

Il-kosta Maltija hi taħt assedju. Ilha żmien hekk. Il-kummerċjalizzazzjoni tal-kosta mhiex fenomenu riċenti. Ilha għaddejja s-snin.

L-abbozz ta’ Masterplan għal Paceville, li issa ġie skartat, ma kellu l-ebda skop li jħares il-kosta. Kemm min fassal dan il-pjan kif ukoll it-tmexxija tal-Awtorità tal-Ippjanar, li mexxietu ‘l quddiem, fittxew li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-kosta. L-abbozz ta’ pjan għal Paceville injora kompletament il-liġi dwar id-dimanju pubbliku, eżatt bħal ma qiegħed iseħħ fir-regolamentazzjoni dwar l-ippjanar għall-użu tal-art b’mod ġenerali.

It-titjib li sar fl-2016 fil-leġislazzjoni lokali dwar id-dimanju pubbliku kien eżerċizzju biex jagħti stampa li mhiex minnha. Beda bil-pubblikazzjoni fl-2012 tal-White Paper bit-titlu bombastiku ta’ The Public Domain. Classifying Public Property – Achieving a Qualitative Leap in Protection and Governance.” Iktar tard, il-Parlament approva l-liġi bħala riżultat ta’ mozzjoni mressqa mill-Opposizzjoni. Bla dubju, jeżistu problemi fil-proċess tal-implimentazzjoni, problemi li ser idumu biex tinstabilhom soluzzjoni, sal-mument li ftit li xejn ikun baqa’ x’tipproteġi!

Minkejja l-liġi li ssaħħaħ u taġġorna l-qafas regolatorju għall-governanza tad-dimanju pubbliku, wara tlett snin, is-sitwazzjoni qed tmur mill-ħażin għall-agħar. Talbiet li saru mill-għaqdiet ambjentali biex immedjatament jibda l-proċess ta’ implimentazzjoni tqiegħed fil-ġemb għax ma hemm l-ebda rieda politika li l-affarijiet jiċċaqalqu. L-għaqdiet ambjentali ilhom sa minn Ġunju 2016 li issottomettew id-dokumentazzjoni meħtieġa dwar 23 sit mal-kosta biex dawn ikunu protetti. L-Awtorità tal-Ippjanar ilha minn dakinnhar tkaxkar saqajha, attenta li ma tmurx tippreġudika l-interessi tal-iżviluppaturi li hi sservi bi skruplu kbir.

Il-ħarsien tal-kosta tfisser ferm iktar minn tindifa u ġbir ta’ skart mormi. Ifisser li għandna nibdlu l-attitudnijiet tagħna kif ukoll li nduru dawra l-politika żbaljata li l-pajjiż għandu llum. Għandna bżonn urġenti ta’ amministrazzjoni pubblika li tkun kapaċi tifhem li hi teżisti biex isservi u biex tħares il-ġid komuni. Sfortunatament, f‘Malta, l-awtoritajiet jagħtu messaġġ ċar li l-viżjoni tagħhom hi li jiffaċilitaw li jkun hawn min ibill subgħajh f’dak li jamministra l-istat Malti.

Il-ħarsien tal-kosta u lil hinn minnha hi meħtieġa biex ikollna governanza tajba, li aħna nieqsa minnha. L-oriġinI ta’ dan fil-liġi Maltija taf il-bidu tagħha għal influwenza mil-liġi Rumana li kienet tqis il-kosta u lil hinn minnha bħala propjetà pubblika biex titgawda minn kulħadd: jiġifieri l-kosta hi tagħna lkoll. Il-Kodiċi Ċivili Malti jinkludi artikli li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi li bħala riżultat tagħhom il-parti l-ġewwa mill-kosta protetta tista’ tasal sa fejn twassal l-ikbar mewġa, u dan jista’ jkun sa ħmistax-il metru ‘l-ġewwa mill-kosta. F’din iz-zona ta’ 15-il metru hemm numru ta’ propjetajiet privati.

Huwa ta’ sfortuna li l-Awtorità tal-Ippjanar tinjora dan kollu meta tkun qed tikkunsidra applikazzjonijiet ta’ żvilupp li għandhom faċċata fuq il-kosta ta’ San Ġiljan. Tliet applikazzjonijiet dwar l-istess sit mal-kosta diġa ġew approvati, bir-raba’ applikazzjoni qed toqrob għal deċiżjoni. Il-propjetà oriġinali kienet ilha żmien mibnija. Tidher fis-survey sheets il-qodma tal-1906. B’żieda ma dan, fis-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar hemm survey fotografiku tal-bini minn ġewwa li juri li l-bini mal-kosta faċċata tal-kunvent tal-Karmelitani fil-Balluta, San Ġiljan hu ta’ kostruzzjoni qadima.

L-iżvilupp inkwistjoni ngħata permess fuq art mal-kosta. B’żieda ma dan kif jidher fil-pjanta approvata li qed nippubblika ma dan l-artiklu, jidher ċar li l-binja tibqa’ ħierġa fuq il-baħar. Jidher li l-Awtorità tal-Artijiet l-anqas biss tniffset dwar dan.

Xi ħtieġa għandna ta’ konferma li l-Awtorità tal-Ippjanar mhiex interessata fil-ħarsien tal-kosta? L-Awtorità tal-Ippjanar issa għandha kompliċi ġdid, l-Awtorità tal-Artijiet, li suppost hi l-gwardjan u l-amministratur tal-propjetà pubblika. Jidher li għad baqa’ biex isseħħ il-qabża fil-kwalità imwegħda fil-ħarsien u l-amministrazzjoni tal-propjetà pubblika.

Minflok, qegħdin kontinwament niffaċċjaw inizjattivi ġodda li bihom assi pubbliċi jsiru privati. Il-ħarsien tal-kosta teħtieġ amministrazzjoni serja li jkollha r-rieda politika li taġixxi. Sfortunatament la għandna l-waħda u l-anqas l-oħra.

Ippubblikat fuq Illum : Il-Ħadd 14 t’April 2019

 

Protecting our Coast: no political will in sight

Our coast is under siege. It has been for a number of years and its commercialisation is not a recent phenomenon: this has also been going on for years.

The draft Paceville Masterplan, now dumped, did not envisage the protection of our coast. Its drafters and promoters of it – part of the Planning Authority’s top management -sought to facilitate the coast’s commercialisation, with the result that it ignored the Public Domain legislation, following the lead of planning policy in general.

The 2016 upgrading of local public domain legislation was just an exercise in white-washing that started with the publication of the 2012 White Paper bombastically entitled The Public Domain. Classifying Public Property – Achieving a Qualitative Leap in Protection and Governance. It was subsequently enacted by Parliament as a result of an Opposition private members’ motion.

There are clearly some teething troubles in the implementation process, troubles that will undoubtedly take quite some time to solve, until, that is, there is nothing left to protect.

Notwithstanding the enactment of legislation which reinforced and updated the public domain regulation and governance framework, after almost three years the situation gets worse every day. Requests by environmental NGOs, to proceed rapidly with its implementation have been placed on the back-burner as there is no political will to act. As far back as June 2016, environmental NGOs submitted documented requests relating to 23 coastal sites in order that these be protected in terms of the updated legislation. The Planning Authority has been procrastinating ever since, being as cautious as ever not to prejudice the interests of the development lobby which it scrupulously serves.

Protecting the coastline means much more than physical clean-ups. Basically, what we require is an extensive clean-up of our attitudes and the weeding out of ineffective policies. We urgently require a public administrative set-up that is aware that it exists specifically in order to facilitate the protection of the common good. Unfortunately, most of the time, the authorities in Malta send a clear message that their vison is focused on facilitating the plundering of everything that is administered by the Maltese state.

Protecting the coast and the foreshore is a measure of good governance that has been absent for a very long time. Its origin in Maltese law is influenced by Roman law which considered the coast, as well as the foreshore, to be public property and for the enjoyment of all. Malta’s Civil Code includes legal provisions which consider circumstances as a result of which the foreshore may extend as far inland as the reach of the largest waves, and that could extend as much as 15 metres inland from the coastline. A number of so-called “private” properties lie within this zone.

It is indeed unfortunate that the Planning Authority ignores all this when considering planning applications for the redevelopment of properties abutting onto the coast at St Julian’s. Three applications relating to the same site with an elevation on the coastline have already been approved, while a fourth one is in the pipeline. The old property has been in existence for quite some time. It features in old survey sheets dating to the beginning of the 20th century. In addition, an internal photographic survey available for examination on the Planning Authority’s website clearly indicates clearly that the property along the coast, just in front of the Carmelite Priory in St Julian’s is of old construction.

The development in question has been permitted on a footprint starting along the coastline itself. In addition, as evidenced by the accompanying approved section drawing, planning permission issued by the Planning Authority includes part of the approved structure protruding over the sea. Not even a whimper has been heard from the Lands Authority on the matter.

Do we need any more confirmation that the Planning Authority is not interested in the protection of the coast? The Planning Authority is now joined by a new accomplice, the Lands Authority, the guardian and administrator of public property.

The qualitative leap promised in the protection and governance of public property is nowhere in sight. Instead we are continuously faced with new initiatives transforming public assets into private assets. Protecting our coast requires a serious administration that has the political will to act. Unfortunately we lack both.

published in The Malta Independent on Sunday: 14 April 2019