Fil-PN: Lawrence Gonzi l-medjatur

 

Adrian Delia, Kap tal-Opposizzjoni, huwa u jistkenn bejn attakk u ieħor li huwa soġġett għalihom bħalissa, diversi drabi ġie rappurtat jgħid li ħadd mhu ikbar mill-partit. Naħseb li jemminha din id-dikjarazzjoni għax jidher li jgħidha b’ċerta konvinzjoni. Fir-realtá l-affarijiet huma ħafna differenti minn hekk. Għax ilu li spiċċa ż-żmien li l-mexxej jordna u l-bqija jimxu warajh b’għajnejhom magħluqa.

Partit politiku hu kbir jew żgħir skond kemm jirrispetta lil dawk fi ħdanu. Għax jekk ma jirrispettax lilhom, kif qatt jista’ jirrispetta lil dawk barra minnu?

Il-Partit Nazzjonalista jidher li għadu ma tgħallem xejn mill-esperjenzi tal-konfront li kellu ma’ Franco Debono li l-enerġija tiegħu, flok ma ġiet utilizzata favur inizjattivi kostruttivi spiċċat intużat biex toħloq ħerba. Kien hemm mumenti fis-saga Franco Debono li l-PN seta’ jevita din il-ħerba, jew tal-inqas inaqqas il-konsegwenzi negattivi, imma minflok, il-Kap tal-PN ta’ dakinnhar Lawrence Gonzi għamel żbalji wieħed wara l-ieħor: ipprova jpoġġi lil Franco Debono f’rokna u minflok spiċċa fir-rokna huwa.

Il-Parlament, dakinnhar, fl-2012, kellu quddiemu żewġ mozzjonijiet. Waħda kienet imressqa mill-membri parlamentari Josè Herrera u Michael Falzon għall-Opposizzjoni Laburista, liema mozzjoni kienet kritika tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern u kienet tikkonkludi b’dikjarazzjoni ta’ sfiduċja f’Carm Mifsud Bonnici, dakinnhar Ministru. Il-mozzjoni l-oħra kienet imressqa minn Franco Debono u filwaqt li kienet ukoll kritika tal-politika tal-Gvern fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern ma kienet titlob l-ebda sfiduċja iżda kienet titlob diskussjoni fuq numru ta’ inizjattivi f’dawn l-oqsma.

Is-sens komun iwasslek biex tikkonkludi li jekk kellek tagħżel bejn iż-żewġ mozzjonijiet kont tagħżel dik ta’ Franco Debono bl-intenzjoni li tnaqqas kemm tista’ l-konsegwenzi kif ukoll bit-tama li tiffoka fuq titjib fil-qasam taħt diskussjoni u forsi tikkontribwixxi biex tikkalma xi ftit is-sitwazzjoni. Nafu li Lawrence Gonzi poġġa fuq l-aġenda tal-Parlament il-mozzjoni ta’ sfiduċja mressqa mill-Opposizzjoni u dan, b’mod ċar, biex jisfida lil Debono. Iffaċċjat b’dan l-atteġġjament ta’ Lawrence Gonzi, Franco Debono ma kellux għażla, irvella u daħal għall-isfida bir-ras nhar it-30 ta’ Mejju 2012 meta ivvota favur il-mozzjoni mressqa mill-Opposizzjoni.

Dan l-iżball tattiku ta’ Lawrence Gonzi wassal għal konsegwenzi gravi fuq il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Nafu kif is-seduti Parlamentari bejn Mejju 2012 u l-aħħar ta’ dik is-sena kienu battalja kontinwa li spiċċaw bin-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-budget.

Jidher li l-PN ma tgħallem xejn minn dak l-iżball: forsi għalhekk Lawrence Gonzi jrid jagħmilha tal-medjatur biex jiggwida ftit lil Adrian Delia ‘l bogħod mill-periklu li jidher li daħal għalih meta stieden lil Simon Busuttil biex jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari!

Lawrence Gonzi kellu Franco Debono wieħed. Wara żdiedlu Jeffrey Pullicino Orlando u mbagħad ingħaqad magħom ukoll Jesmond Mugliette. Kien hemm bosta oħrajn fil-grupp parlamentari li dakinnhar kienu kritiċi tat-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi imma qatt, safejn naf jien, ma ippreżentaw front wieħed biex jikkontestaw l-arroganza fit-tmexxija tal-Partit. In parti dan kien minħabba li ma kellhomx uniformitá ta’ ħsieb u/jew viżjoni.

Jidher li l-affarijiet qed jinbidlu. Il-front komuni li qed jippreżenta parti mill-grupp parlamentari nazzjonalista, illum b’solidarjetá ma’ Simon Busuttil jista’ jwassal lill-PN biex jiġi f’sensieh u tal-inqas jibda jirrispetta lil dawk fi ħdanu.

Bla dubju hemm x’tgħid favur kif ukoll kontra dak li qed jinsisti dwaru Adrian Delia. Pero żgur li m’humiex deċiżjonijiet li l-ewwel tħabbarhom f’konferenza tal-aħbarijiet (ftit wara li jkun jħabbarhom Joseph Muscat) u mbagħad, iffaċċjat b’reazzjoni kuntrarja iddur fuq ta’ madwarek għall-appoġġ. Id-deċiżjonijiet li qiegħed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista jirrikjedu diskussjoni serja li minna ħadd ma għandu jkun eskluż. Forsi l-medjatur jgħallimhom, mill-esperjenza tal-iżbalji tiegħu.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2018

Advertisements

Lawrence Gonzi the PN mediator

 

Adrian Delia, Leader of the Opposition, has many a time been reported as stating that “no one is greater than the Party”. It seems a basic article of his political faith. Unfortunately for him, nowadays reality is quite different. Gone are the days when the leader issues orders and everyone follows blindly because the party has spoken.

The greatness of a political party is not measured in such terms but more in terms of to what extent it is capable of respecting its own. If it is not capable of doing this, how on earth can it ever respect diverging and contrasting opinions out there?

Six years down the line, the PN, apparently, has not yet drawn any lessons from the Franco Debono debacle, whose energy and enthusiasm – instead of being used positively –  ended up causing extreme havoc. There were specific instances when the PN could have avoided most of the damage caused, if the then PN party leader, Lawrence Gonzi, had not embarked on a series of tactical errors: he tried to corner Franco Debono into submission but instead triggered an over-reaction which he was not capable of handling.

Two specific motions were pending on Parliament’s agenda in 2012. One of these motions, submitted on behalf of the Opposition by its MPs Josè Herrera and Michael Falzon, was critical of government policy in the areas of justice and home affairs and ended by requesting a vote of no confidence in then Minister Carm Mifsud Bonnici. Another motion, presented by Franco Debono himself, while being equally critical of the same policy areas, was limited to requesting a detailed discussion of deficiencies in these policy areas.

Common sense would have led anyone in a position to choose which of the motions was to be discussed to opt for the Franco Debono motion, as it was clearly the one that could cause the least collateral damage. It was also possible that the Franco Debono motion could develop into a serious discussion and consequently the situation could calm down.

Lawrence Gonzi then proceeded to place on the Parliamentary agenda the no confidence motion presented by the Opposition, consequently calling Franco Debono’s perceived bluff. Faced with Gonzi’s challenge Franco Debono bit the bullet and, on the 30 May 2012, voted in favour of the no confidence motion moved by the Opposition.

It was a tactical error by Lawrence Gonzi and led to very serious consequences for the PN in government. We remember that parliamentary sittings between May and December 2012 were a continuous battle that led to the government being defeated when it presented its budgetary estimates.

Apparently, the PN has not learned anything from these blunders: maybe this is why Lawrence Gonzi is offering his “mediation skills” to guide Adrian Delia away from the dangers that he has created for the PN with his invitation to Simon Busuttil to auto-suspend himself from the PN Parlamentary Group!

Lawrence Gonzi had one Franco Debono, who was subsequently joined by Jeffrey Pullicino Orlando and Jesmond Mugliette and there were various other members of the then PN parliamentary group who were very critical of Lawrence Gonzi’s leadership. However, as far as I am aware, they never presented a coordinated front to stand up to the leadership’s arrogance. This, most probably, was the direct consequence of the fact that there was a lack of a uniform vision among those dissenting.

Well, times are changing. The common front of the PN parliamentary dissidents supporting Simon Busuttil may bring the PN to its senses in order that it may start respecting its own.

There is, without any doubt, much to say – both in favour and against Adrian Delia’s invitation to Simon Busuttil. These matters are, however, not normally announced in a PN press conference (after being prompted by Joseph Muscat) and then, faced with opposition, being rubber-stamped by a party structure. The decisions faced by the PN require a serious internal debate from which no-one should be excluded. The mediator may, as a result of his experience, guide the PN to avoid the pitfalls ahead. Otherwise, interesting times lie beyond the horizon.

published in The Malta Independent on Sunday – 29 July 2018

Michael Falzon u l-Awditur Ġenerali

Michael Falzon 6

L-Awditur Ġenerali jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu dwar l-amministrazzjoni pubblika. Jiġifieri dwar is-settur pubbliku u dwar il-Gvern tal-ġurnata, prinċipalment. Imma jinvestiga ukoll dwar il-Gvern tal-bieraħ, jekk iħoss il-ħtieġa jew jekk ikun mitlub.

Nifhem li mhux bil-fors ikun hemm qbil mal-konklużjonijiet li jasal għalihom l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Min jagħmel l-investigazzjoni jista’ jiżbalja ukoll. Sakemm l-iżbalji jkunu żbalji umani, wieħed jifhem, avolja xorta ħadd ma hu ser jieħu pjaċir b’dawn it-tip ta’ żbalji! Huwa għalhekk li l-kritika li għamel Michael Falzon lill-uffiċju tal-Awditur Ġenerali, għalkemm kienet tinħass esaġerata, huwa xieraq li tkun eżaminata iktar milli fil-fatt jidher li ġiet eżaminata.

L-Awditur Ġenerali f’ittra lill-Ispeaker jispjega li l-impjegat fl-uffiċċju tiegħu li fuq il-media soċjali dehru ritratti tiegħu waqt partita futbol flimkien mal-ex Ministru Jason Azzopardi ma kienx involut fl-investigazzjoni li minna ilmenta Michael Falzon. Din l-ispjega tindirizza biss parti mill-ilment imma ma titfa l-ebda dawl (ta’ l-inqas publikament) dwar kemm hu ta’ ħsara li uffiċjali investigaturi mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jidhru viċin wisq tal-politiċi.

Inċidenti ta’ din ix-xorta jitfgħu dell bla bżonn fuq l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Itappnu l-kontribut kbir li l-uffiċċju dejjem ta lill-pajjiż. F’ċirkustanzi bħal dawn l-Awditur Ġenerali għandu jkun ċar u iebes. Sfortunatment ma kienx.

Huwa ovvju li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dejjem ser ikun kritiku tal-Gvern. Gvern għaqli jagħti każ ta’ din il-kritika, anke fejn mhux bil-fors jaqbel magħha. Imma l-Awditur Ġenerali għandu l-obbligu li jassigura ruħu li dawk li jgawdu l-fiduċja tiegħu iġibu ruħhom sewwa. Dejjem, mhux biss waqt il-ħin tax-xogħol. Inkella għandu l-obbligu li jdabbrilhom rashom malajr.

Sakemm għandkom il-flus fil-but ………………

Keith has my trust.010516God Bless Joseph Muscat

Fil-mass meeting ta’ Kastilja l-bieraħ Joseph Muscat sab il-ħin jitkellem fuq kollox ħlief fuq l-iskandlu tal-kumpaniji tal-Panama.

Mhux ser ngħid li għamel ħażin li tkellem fuq ix-xogħol u l-ekonomija. Jew fuq fejn wasal s’issa l-Gvern u x’baqa’ jagħmel, b’mod partikolari dwar il-prekarjat. Kien il-mument opportun li jitkellem dwar dan. Imma l-messaġġ kien wieħed ċar u li jmur lil hinn mill-ekonomija w x-xogħol: sakemm għandkom il-flus fil-but dawn l-iskandli m’huma xejn.

Għalhekk żied jgħid li hu u sħabu ser ipattu għall-iżbalji billi jaħdmu iktar.

Issa sfortunatament, dawn l-iżbalji qed jiżdiedu u huma wieħed agħar mill-ieħor (Cafè Premier, Gaffarena, Panama). Interessanti ukoll li dawn l-iżbalji kbar, f’kull wieħed minnhom hemm imdeffes l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Tajjeb li niftakru x’qal Michael Falzon Segretarju Parlamentari li spiċċa mill-kariga minħabba wieħed minn dawn l-iskandli: li hu kien qed jerfa’ s-salib ta’ ħaddieħor.

 

Michael Falzon vittma?

Michael Falzon 5

Qed jingħad li Michael Falzon hu vittma, għax kellu jirriżenja minkejja li ma għamel xejn ħażin. Huwa stess emfasizza li fl-ebda ħin ma ndaħal, la biex saru l-istimi u fl-ebda materja oħra konnessa mal-esproprijazzjoni.

Kull persuna politika f’kariga eżekuttiva trid iġġorr ir-responsabbiltà politika għall-ħidma tad-dipartimenti li jkunu responsabbli għalihom. Spiss insegwu politiċi jiftaħru bil-ħidma tad-dipartimenti differenti. Konferenzi stampa ma jispiċċaw qatt, artikli fl-ewwel paġna tal-gazzetti u xandir ta’ aħbarijiet fuq ir-radju u it-TV. Anke meta l-politiku ma jkun għamel xejn, jippretendi li jieħu l-mertu.

Bl-istess mod li l-politiku jieħu l-mertu meta l-ħidma tagħti riżultati tajbin irid jieħu t-tort meta l-effetti jkunu negattivi.

Il-politiku f’kariga eżekuttiva jkollu l-għajnuna fil-ħidma tiegħu. Din hi l-funzjoni tas-segretarjat privat tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Smajna tul il-ġimgħat li għaddew kif il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għandhom id-dritt li dawk ta’ madwarhom ikunu persuni li huma jkollhom fiduċja fihom. Il-ħatriet ta’ dawn il-persuni qrib il-politiċi spiss jirreferu għalihom bħala trusted persons li jokkupaw positions of trust. Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għandhom bżonn madwarhom lil dawn il-persuni li fihom ikollhom fiduċja, biex ikollhom min jassistihom fit-twettiq tal-missjoni politika tagħhom. Dan jagħmluh billi jgħinu lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari fit-twettiq tal-politika tal-Gvern, iżommuhom infurmati dwar x’ikun qed jiġri fid-Dipartimenti u Awtoritiajiet differenti u jagħtuhom il-pariri meħtieġa dwar dak li jinqala’ minn żmien għal żmien.

Allura l-mistoqsija li teħtieġ tweġiba mhiex jekk Michael Falzon kienx vittma, imma ta’ min kien vittma.

X’għamlu l-persuni ta’ fiduċja madwar Michael Falzon biex jassiguraw ruħhom li kien infurmat sewwa dwar id-deċiżjonijiet li kien mitlub jieħu dwar l-esproprijazzjoni ta’ 36 Triq iz-Zekka l-Qadima l-Belt Valletta? It-tweġiba issibuha fir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

Insibu, per eżempju, fir-rapport tal-Awditur Ġenerali, li wieħed mill-impjegati fis-segretarjat privat ta’ Michael Falzon [li minn sorsi oħra jidher li kien magħruf bħala l-King tal-Lands, żagħżugħ ta’ 23 sena] akkumpanja lil Marco Gaffarena f’laqgħat fid-Dipartiment ma’ Direttur Ġenerali u Direttur li issa irriżenjaw. Imkien ma jidher li nżammu minuti ta’ dawn il-laqgħat. Għalhekk mhux magħruf x’intqal u x’ġie diskuss f’dawn il-laqgħat.

Il-persuni ta’ madwarek jistgħu jagħmlulek ġid kbir. Imma jistgħu ukoll ifarrkuk. Skond kemm ikunu kapaċi.

Ikun tajjeb kieku l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jifhmu li filwaqt li huwa sewwa li jkollhom il-persuni tal-fiduċja tagħhom madwarhom dawn għandhom ikunu kapaċi għal xogħolhom. Għax fl-aħħar dak li tiżra’ taħsad.

Imbagħad inutli toqgħod teqred li inti vittma.

Lil Michael Falzon qabżitlu ċ-ċinga

Michael Falzon-Resignation-200116

Wara li ħadet il-ġurament tal-ħatra, Deborah Schembri, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċess Amministrattiv bdiet fuq nota tajba. Qalet li m’għandniex niżirgħu dubji dwar ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali. Għandna l-obbligu li nitgħallmu minnhom. Huwa kumment f’waqtu u jpatti ftit għall-ħsara istituzzjonali bil-kummenti goffi ta’ Michael Falzon nhar l-Erbgħa hekk kif irriżenja minn Segretarju Parlamentari.

Falzon, li kien ilu jaqla’ ġo fih xhur sħaħ, żbroffa l-bieraħ meta xebbaħ partijiet mir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-esproprijazzjoni ta’ 36 Triq iz-Zekka l-Qadima l-Belt Valletta ma’ diskors tal-Kap tal-Opposizzjoni. Falzon soltu jkun meqjus fi kliemu, iżda l-bieraħ qabżitlu ċ-ċinga.

Huwa tajjeb li l-istituzzjonijiet nirrispettawhom. Meta naqblu mal-konklużjonijiet tagħhom ma hemm l-ebda diffikulta biex nuru dan ir-rispett. Ir-rispett reali nuruh meta l-konklużjonijiet ikun iebsa u jesponu d-difetti fit-tħaddim tal-amminstrazzjoni pubblika.

Huwa tajjeb li nifhmu lkoll li din hi l-funzjoni tal-Awditur Ġenerali : li jgħarbel il-ħidma u l-infieq tal-amministrazzjoni pubblika biex jassigura li flusna qed jiġu użati kif inhu xieraq. Il-ħidma tal-Awditur Ġenerali dejjem ser tkun ta’ kontroversja. Ġieli ftit u ġieli ħafna. Bil-fors irid ipoġġi subgħajh fuq il-feriti u d-dnubiet tal-amministrazzjoni pubblika. Jekk ma jagħmilx dan ikun qiegħed hemm għalxejn.

Ikun xieraq li napprezzaw il-ħidma tiegħu għax, kif ngħidu, hi dejjem ħidma għat-telgħa. Għalhekk il-kumment ta’ Deborah Schembri l-bieraħ kif floku. Huwa tajjeb li jkun hemm min jisma’ aħjar x’għandu xi jgħid l-Awditur Ġenerali. Huwa b’hekk li jista’ jkollna amministrazzjoni pubblika li tagħti servizz aħjar, lil kulħadd.

Il-periklu ta’ Marlene Farrugia

Marlene Farrugia3

Il-ġimgħa l-oħra Marlene Farrugia ppreżentat l-ewwel emendi ta’ Alternattiva Demokratika għal-liġi l-ġdida tal-Ippjanar.

L-ewwel emenda li ppreżentat Marlene ġiet deskritta minn Michael Falzon (is-Segretarju Parlamentari) bħala emenda perikoluża.

Marlene spjegat l-iskop tal-emenda. Fisssret kif. fil-waqt li l-artiklu 3 tal-liġi jsemmi  ħafna prinċipji sbieħ, imbagħad l-artiklu 4 tal-istess liġi jgħid li ħadd ma jista’ jmur il-Qorti biex jassigura li l-Gvern ikun obbligat li jimxi mal-prinċipji fil-liġi. Għax dawk il-prinċipji għandhom iservu biss ta’ gwida għall-Gvern. Xejn iktar.

Periklu? Daz-zgur. Imma tafu x’kien il-periklu? Li l-emenda kienet torbot idejn il-Gvern b’mod li ma jkunx jista’ jagħmel li jrid.

L-emenda m’għaddietx għax il-Gvern jibża’ li jkollu idejh marbutin u b’hekk ikollu l-obbligu li jimxi sewwa!

Min imiss jirriżenja?

responsibility

 

Meta l-Kodiċi tal-Etika dwar il-persuni fil-ħajja pubblika f’Malta jitkellem dwar ir-rigali li dawn jirċievu, dan jagħmlu bl-iskop li jnaqqas il-possibilità li tinħoloq obbligazzjoni bejn il-politiku u min jagħtih ir-rigal. Hemm miżuri differenti fil-Kodiċi tal-Etika dwar il-Membri Parlamentari u f’dak dwar il-Ministri.

Il-Ministri, jgħidilna l-Kodiċi tal-Etika tal-Kabinett ma jistgħux jaċċettaw rigali jew servizzi li l-entità tagħhom jistgħu jpoġġuhom f’obbligazzjoni, kemm jekk din tkun reali kif ukoll jekk tidher li tista’ tkun (regolament 58). Jiġifieri l-obbligu tal-Ministru m’huwiex li jiddikjara x’rigali irċieva, iżda li ma jaċċettahomx.

Il-każ tal-ex-Ministru Joe Cassar hu dwar tlett rigali. L-ewwel rigal kien karozza li min bigħielu ma riedx flus tagħha. Qallu biex flok ma jħallas lilu, jagħti donazzjoni lill-PN.  Iż-żewġ rigali l-oħra huma  sistema tas-sigurtà  u xogħolijiet f’razzett f’Ħad-Dingli: xogħol li sar fi ħwejġu u ħallas għalih ħaddieħor skond irċevuti ppubblikati.  Cassar ikkontesta dak li ntqal dwaru, inkluż b’diskors fil-Parlament. Fl-aħħar, għalkemm baqa’ jinnega li qatt ta’ xi forma ta’ awtorizzazzjoni biex jitħallsu kontijiet f’ismu, Cassar aċċetta li seta ġieb ruħu aħjar u li għamel żball ta’ ġudizzju (error of judgement). L-ewwel skuża ruħu u irriżenja minn kelliemi tal-grupp parlamentari tal-PN għall-Kultura u sussegwentement irriżenja ukoll minn Membru Parlamentari.

Sa ftit siegħat qabel mat-Tabib Joe Cassar irriżenja minn Membru Parlamentari, il-Kap tal-Opposizzjoni Simon Busuttil kien qed jgħid li ma’ hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jirriżenja, u dan minħabba li ma kienx hemm fondi pubbliċi involuti. Il-Partit Laburista min-naħa l-oħra kien qed jinsisti għar-riżenja.

Ir-riżenja ta’ Joe Cassar ma kienet mistennija minn ħadd. Il-Partit Nazzjonalista  esprima ruħu ċar: li l-iżball ta’ Cassar ma kienx jiġġustifika la tkeċċija (jew riżenja) mill-Partit u l-anqas riżenja minn Membru Parlamentari.

L-anqas il-Partit Laburista ma emmen li Cassar kien ser jirriżenja.  Minkejja li insista fuq ir-riżenja, ma naħsibx li l-Partit Laburista qatt ried lil Joe Cassar jirriżenja. Għax issa li Cassar irriżenja, l-PL ħoloq problema kbira għalih innifsu. Għax ir-riżenja ta’ Cassar hi issa l-kejl  li jrid iqies Joseph Muscat kull meta jkollu Ministru jew Segretarju Parlamentari fil-Kabinett tiegħu li jiżbalja inkella li jkollu jġorr responsabbiltà politika għal żbalji goffi fid-dikasteru tiegħu.

Joseph Muscat diġà keċċa lil Manwel Mallia mill-Kabinett, meta dan ma kellux il-kuraġġ morali li jerfa’r-responsabbiltà politika tiegħu w jirriżenja fid-dawl tar-rapport tal-inkjesta dwar l-inċident tal-isparatura li fiha kien involut ix-xufier tiegħu. Dan iżda kien kostrett li jagħmlu wara għoxrin ġurnata ta’ tkaxkir tas-saqajn, għax ippressat mill-medja u l-opinjoni pubblika.

Ir-riżenja, meta tkun deċiżjoni politika ġenwina, għandha tkun waħda immedjata u mhux bħala riżultat ta’ pressjoni tal-medja jew tal-opinjoni pubblika. Hekk għamlu l-politiċi ta’ stoffa f’kull parti tad-dinja demokratika. Il-politiku ġenwin m’għandux bżonn suġġerituri biex jirrealizza meta l-iżball hu gravi biżżejjed li jiġġustifika r-riżenja.

Dan il-punt ser jerġa’ jqum fid-dawl tal-investigazzjoni li qed jagħmel l-Awditur Ġenerali dwar l-esproprijazzjoni tal-binja fi Triq iz-Zekka l-Belt. Diġa ġiet konkluża investigazzjoni interna fis-servizz pubbliku u dan ir-rapport ilu f’idejn il-Prim Ministru sa minn Lulju li għadda.

Il-Prim Ministru qiegħed ikaxkar saqajh biex jieħu deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet fir-rapport li għandu f’idejh: bl-iskuża li qed jistenna lill-Awditur Ġenerali jippreżenta r-rapport tiegħu.

Waqt li l-Prim Ministru b’solennità jiddikjara li qiegħed jistenna lill-Awditur Ġenerali, dawk ta’ madwaru (bla dubju bil-kunsens tiegħu) għalfu lil sezzjoni tal-istampa b’biċċiet mir-rapport intern li s’issa għadu kunfidenzjali. Kien ikun ħafna iktar għaqli kieku l-Prim Ministru jippubblika immedjatament ir-rapport kollu (u mhux biċċiet minnu kif jaqbel) u jieħu passi immedjati dwar dak li jirriżulta mir-rapport.  Hi ipokrezija politika li l-ewwel tiddikjara li mhux ser tippubblika r-rapport biex ma tinfluwenzax lill-Awditur Ġenerali, u mbagħad tippermetti l-pubblikazzjoni ta’ partijiet minnu.

Ftit ġranet wara li dan ir-rapport kien ippreżentat lill-Gvern, lejn tmiem Lulju 2015 kumbinazzjoni, irriżenja d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern. Dakinnhar intqal li din ir-riżenja kienet għal raġunijiet personali. Ovvjament, emmen jekk trid. Bosta, jiena nkluż, ma tantx huma konvinti minn dawn il-kumbinazzjonijiet.

Bosta jemmnu li d-Direttur Ġenerali, li ntqal li irriżenja għal raġunijiet personali, kien il-ħaruf tas-sagrifċċju li ġarr fuq spallejh il-piż kollu. Jekk dan hu hekk, hu żbaljat li jġorr il-piż waħdu. Huwa għalhekk ukoll li qed tikber il-pressjoni pubblika biex is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-amministrazzjoni ħażina tat-taqsima tal-Propjetà tal-Gvern u jirriżenja.  Ir-reżistenza biex dan isir la tagħmel ġid lil Falzon u l-anqas lill-Gvern.  Lil Falzon nafu bħala bniedem raġjonevoli li bla dubju jifhem id-differenza bejn responsabbiltà personali u responsabbiltà politika. Nifhem li ftit għandu eżempji tajbin fuq xiex jimxi, peró tajjeb li jifhem li dik hi l-unika triq onorevoli.

Fil-każ ta’ Manwel Mallia damu jaħsbuha għoxrin ġurnata biex jiġi mwarrab. Joe Cassar dam jaħsibha ftit ġranet biex irriżenja. Michael Falzon għandu jrabbi ftit tal-kuraġġ biex hu ukoll jerfa’ r-responsabbiltajiet politiċi tiegħu. Huwa responsabbli għal mod kif iġibu ruħhom ta’ taħtu.

Ir-riżenja ta’ Joe Cassar ma naħsibx li tħallilu wisq alternattivi. Billi jkaxkar saqajh m’hu ser isolvi xejn.

 

pubblikat f’ILLUM : il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015

Ignoring residents and their local councils

strait street valletta 2

 

Government has published a consultation document dealing with the use of open public spaces by catering establishments, entitled Guidelines on Outdoor Catering Areas on Open Public Space : a holistic approach to creating an environment of comfort and safety.

This document was launched earlier this week at a press conference addressed by the Minister for Tourism Edward Zammit Lewis and the Parliamentary Secretary responsible for planning and simplification of administrative processes Michael Falzon.

The inter-Ministerial committee set up by government to draft the policy document was limited to representatives of the Ministry of the Interior, MEPA, Transport Malta, the Government Property Division, the Malta Tourism Authority and the Association of Hotels and Restaurants (MHRA). Representatives of the local councils were excluded from participating.

It seems that when the matter was being considered by Cabinet, the Minister for Local Councils Owen Bonnici was fast asleep as otherwise he would undoubtedly have drawn the attention of his colleagues that the Local Councils Act, in article 33, deems it a function of local councils “to advise and, where applicable, be consulted by, any authority empowered to take any decisions directly or indirectly affecting the Council and the residents it is responsible for”.

Surely the use of public open spaces by catering establishments is a matter which is of considerable interest to local councils as it affects both the councils and the residents they represent. Yet the government has a different opinion as representatives of local councils were not invited at the drawing board where the guidelines on the use of public open spaces by catering establishments were being drafted.

The guidelines introduce a one stop shop at MEPA, thereby eliminating the need to apply for around four other permits for the placing of tables and chairs in public open spaces. This would be a positive development if MEPA can take on board all the considerations which are normally an integral part of the four other application processes.

If the utilisation of public open spaces was limited to the squares in our towns and villages, I do not think that there would be any issue. There is sufficient space in such areas and using part of it for open air catering activities there would not be cause for concern.

However, problems will definitely arise in areas of mixed use, that is, areas where the ground floor is used commercially and the overlying areas are used as residences. This is a common occurrence in many of the localities where there is a high demand by the catering business for the utilisation of public open space. The guidelines, however, ignore the impacts which placing chairs and tables at street level could have on the residents in such areas, in particular those living in the floors immediately above ground level. Such impacts would primarily be the exposure of residents to secondary cigarette/tobacco smoke as well as noise and odours. The issue of noise will undoubtedly arise, in particular during siesta time, as well as late into the evenings while secondary smoke from cigarettes/tobacco as well as odours will be an ever present nuisance. Maybe if the local councils were not excluded from the inter-Ministerial Committee, these matters would have been taken into consideration.

In such instances it would be necessary to limit the placing of tables and chairs at such a distance from residences where impacts on residents from secondary smoke, noise and odours are insignificant: that is if there is sufficient space.

The guidelines establish that a passageway of 1.50 metres on pavements is to be reserved for pedestrians. In addition they establish that where a permit is requested to place chairs and tables outside third-party property, specific clearance in front of doors and windows is to be observed. Isn’t that thoughtful of the inter-Ministerial Committee? Instead of categorically excluding the placing of chairs and tables along the property of third parties it seeks to facilitate the creation of what would inevitably be a nuisance to the users of such a property. This, too, is the result of the lop-sided composition of the inter-Ministerial Committee.

Nor are parking spaces spared. The inter-Ministerial Committee makes provision in the proposed guidelines for the possibility that catering establishments can also make use of parking spaces for the placing of tables and chairs when other space is insufficient. The guidelines leave no stone unturned in ensuring that tables and chairs get priority, even though this is worded in terms that make it appear that it would be an exception.

Enforcement, as usual, will be another headache. We already have quite a number of cases in various localities where passageways are minimal or inexistent and pedestrians, excluded from walking along the pavement have to move along with the traffic, right in the middle of the road. At times this may prove quite difficult and dangerous, in particular for wheelchair users or in the case of parents with small children. Enforcement to date is practically inexistent and I do not think that matters will change much in this respect.

Unfortunately, MEPA is a repeat offender in ignoring the interests of the residential community when faced with all types of development. The guidelines on the use of public open space by catering establishments are thus more of the same.

While cars have taken over our roads, catering establishments will now be guided on how to take over our pavements and open spaces, parking included!

published in The Malta Independent on Sunday – 13 September 2015  

Fil-BOV bil-benefiċċju tal- “early retirement”, iżda tista’ tiġi lura !

BOV HQ

 

Il-Bank of Valletta qiegħed fl-aħbarijiet. M’humiex aħbarijiet li jagħmlu l-ġid  lill-bank.

Mhux qed nitkellem dwar il-garanzija għas-self dwar il-power station ta’ Delimara, jew il-garanzija għall-avvanzi biex l-Air Malta tixtri l-fuel, iżda dwar l-iskema ta’ irtirar kmieni.

Kif, qrajna, l-ftehim kollettiv tal-Bank jagħti dritt lill-bank li jkollu skema ta’ irtirar kmieni mix-xogħol (early retirement). Il-punt mhux jekk Michael Falzon ġiex mogħti inqas jew iktar minn Fenech Adami inkella xi ħaddieħor b’kunjomu Borg Costanzi (ismijiet li ssemmew fil-Parlament). Iżda jekk skema ta’ irtirar kmieni fil-BOV tagħmilx sens.

Hemm xi sens li tħarreġ lin-nies u fl-eta ta’ madwar ħamsin sena tħallashom biex jitilqu? Il-bank qed iberbaq il-“kapital uman” tiegħu apparti l-kapital finanzjarju.  Dan apparti li għadni ma nistax nifhem kif tieħu l-benefiċċju minn skema biex tirtira kmieni u mbagħad iżżomm id-dritt li tidħol lura. Jew irtirajt kmieni jew ma irtirajtx.

Il-BOV qed iberbaq ir-riżorsi u jista’ juża’ flus il-bank ferm aħjar minn hekk, mhux biss fl-interess tal-bank innifsu iżda anke fl-interess tal-impjegati tiegħu.

Anke l-Greċja, sa ftit ilu, kinet mimlija skemi ta’ irtirar kmieni!