Air Malta: vittma tal-klijenteliżmu

Nhar it-Tlieta, fil-Parlament, l-Opposizzjoni talbet dibattitu urġenti dwar il-futur tal-Air Malta. L-iSpeaker, korrettement ma laqax it-talba. Għax x’sens jagħmel li żżomm dibattitu ta’ din ix-xorta waqt li għadhom għaddejjin negozjati sensittivi, anke jekk dawn qed joqorbu lejn it-tmiem?

Iktar kien jagħmel sens kieku l-Opposizzjoni tablet li kellha tinżamm infurmata dwar fejn waslu in-negozjati. Dan ikun xieraq li jsir, fl-interess pubbliku u a bażi li l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali. Imma sfortunatament  l-Opposizzjoni iktar hi interessata fit-tejatrin!

Il-PN għandu ħafna x’joffri dwar dan kollu li għaddej, għax bħall-Labour, tul is-snin ta’ kontribut biex żviluppat il-qagħda attwali tal-Air Malta, waħda fejn ġiet żviluppata dipendenza fuq il-klijenteliżmu. It-tnejn li huma jġorru responsabbiltà għall-qagħda attwali.

L-istat attwali tal-Air Malta hu wieħed ta’ eżempju kif il-klijenteliżmu jkollu impatt fuq intrapriża pubblika li tul is-snin tmexxiet b’favoritiżmu politiku. It-tmexxija tal-Air Malta hi ukoll rifless ta’ kif tmexxa l-pajjiż. Il-klijenteliżmu qered lill-Air Malta, bħalma qiegħed jeqred lill-pajjiż.

Tul is-snin l-Air Malta kienet mgħobbija b’ħafna iktar impiegi milli kienet tiflaħ. Deċiżjonijiet ta’ tmexxija ittieħdu minn politiċi li f’xi waqtiet l-anqas rieda tajba ma kellhom!  Tiftakru, per eżempju lil Konrad Mizzi, ex-Ministru li fl- 2019 kien ħabbar li fl-aħħar l-Air Malta kienet għamlet profitt? Dakinnhar kulħadd kien jaf li din kienet gidba ħoxna!

Kellna wieħed ex-Direttur tal-Air Malta, li miet riċentement, li f’artiklu li kien kiteb xi snin ilu kien iddeskriva lill-Air Malta bħala l-baqra li l-politiċi kontinwament jaħilbu. Riżultat ta’ hekk in-numru ta’ impjegati spara l-fuq, b’mod partikolari fil-perjodi qrib ta’ xi elezzjoni ġenerali.

L-affarijiet ilhom ċari. Saru eżerċiżżji ta’ ristrutturar u ħarġu numru ta’ skemi ta’ irtirar kmieni. Intefqu flejjes kbar, imma l- Air Malta xorta baqgħet f’diffikultà minkejja l-fondi pubbliċi li xorbot. Hu għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni Ewropeja qed tirreżisti li għal darba oħra jkun hemm għajnuna minn fondi pubbliċi: l-Air Malta kellha kemm-il darba għajnuna biex tirkupra, imma kull darba reġgħet għal li kienet: ħliet dak li rċeviet!

Il-wasla tal-linji tal-ajru low cost għamlu s-sitwazzjoni ħafna iktar diffiċli għall-Air Malta għax dawn huma mibnija fuq mudell ekonomiku li l-Air Malta, frott tal-qagħda tagħha, ftit setgħet tikkompeti miegħu.  Mgħobbija kif kienet bl-spejjes, hemm limitu  kemm l-Air Malta setgħet tiċċaqlaq f’suq dejjem iktar kompetittiv.

L-istrateġija li fassal il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana lejlet l-elezzjoni tal- 2022 ġiet tard wisq. Il-marda kienet daħlet il-ġewwa wisq.

Il-klijenteliżmu flimkien mal-għajununa minn fondi pubbliċi, lill-Air Malta kissruha. Kien għaldaqstant inevitabbli li illum jew għada l-Air Malta kellha tiffaċċja r-realtà.  L-affarijiet ilhom ċari sa mill-2004 meta Malta issieħbet fl-Unjoni Ewropeja: l-ebda pajjiż ma jista’ juża fondi pubbliċi biex joħnoq il-kompetittività. Il-fondi pubbliċi bħala għajnuna lill-intrapriża jistgħu jintużaw biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali u ċertament mhux b’mod repetut. L-Air Malta kellha kważi 20 sena ċans, li ħliethom. Xorbot il-fondi pubbliċi bla ma tat riżultati. 20 sena li tulhom kien hemm Gvern immexxi mill-PN u ieħor immexxi mill-Labour!

Minn strateġiji, kieku, l-Air Malta qatt ma kienet nieqsa!  Sfortunatament qatt ma kien hemm rieda biex ikun indirizzat in-nuqqas fundamentali tal-kumpanija, l-kontroll politiku. L-Air Malta għexet kontinwament bil-kontroll politiku li spiċċa qeridha darba għal dejjem. Issa l-qrid li għaddej, kollu għal xejn, tard wisq!

ippubblikat fuq Illum: 23 t’April 2023

Djun tal-PLPN: theddida demokratika

Matul il-ġimgħa l-oħra kien hawn delegazzjoni f’Malta mill-Parlament Ewropew biex tistħarreġ dwar il-progress li sar fil-konfront tas-saltna tad-dritt (rule of law) fil-pajjiż.

Wieħed mill-kummenti li għamlu kien dwar id-djun esaġerati tal-partiti politiċi parlamentari! Iddeskrivewhom bħala ta’ theddida għas-sisien demokratiċi tal-pajjiż. Id-djun akkumulati tal-partiti politiċi parlamentari li jlaħħqu miljuni kbar huma ta’ theddida għad-demokrazija għax jorbtuhom fit-tul mal-karru tal-flus u poġġuhom f’posizzjoni kontinwa kompromettenti.

Aħna mill-ADPD ilna nitkellmu dwar dan u dwar il-ħtieġa ta’ qafas serju ta’ finanzjament pubbliku tal-partiti politiċi.

Madwar tmien snin ilu inħolqot leġislazzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi. Liġi li fiha toqob iktar minn passatur.

L-ewwel nett hi l-Kummissjoni Elettorali li tiffunzjona ta’ regolatur f’dan il-qasam. Issa l-Kummissjoni Elettorali hi magħmula minn rappresentanti tal-PLPN. Kif jistgħu dawn jirregolaw lilhom infushom?

It-tieni ħallew barra minn dan kollu lill-kumpaniji tal-partiti politiċi. Toqba kbira din għax qed tiġi użata biex d-donazzjonijiet politiċi jinħbew bħala taparsi servizzi li jinxtraw mill-kumpaniji tal-partiti politiċi. Dan ta’ lok għall-każ magħruf bħala tal-invoices foloz jew għall-każ l-ieħor ta’ servizzi fittizji. Meta wieħed iqies li l-kumpanji tal-PLPN ilhom snin kbar ma jippreżentaw l-audited accounts tagħhom wieħed jista’ jifhem iktar kemm huma moħħhom mistrieħ li l-abbużi li qed isiru jibqgħu misturi għal ħafna snin.

Ma’ dan kollu jeħtieġ li nagħtu każ tal-kontijiet li jammontaw għal miljuni f’arretrati tad-dawl u l-ilma mhux imħallsa mill-PN u l-PL u l-kumpaniji tagħhom.  Anke ħlas b’lura tal-VAT għandhom li jmur lura għal ħafna snin.

Ex-Ministru kien iħobb jikkwota qawl Ruman li hemm liġi għall-bnedmin u oħra għall-annimali. Hekk ġiebuh il-pajjiż. Hemm liġi għalihom, li jippretendu li jagħmlu li jridu (u fejn jaqblilhom iħokku dahar xulxin) u oħra għall-bqija, għalina lkoll.

Għalik li iddum ma tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma malajr tirċievi theddida ta’ qtugħ tas-servizz. Imma dawn b’miljuni ta’ arretrati jibqgħu għaddejjin qiesu ma ġara xejn.

Hemm bżonn leġislazzjoni sura dwar il-finanzjament tal-partiti li tagħti każ dan kollu. M’għandhomx jibqgħu taparsi qed jirregolaw lilhom infushom.

Il-kuxjenza ta’ George Vella

Intqal ħafna dwar George Vella, l-President tar-Repubblika, u l-kuxjenza tiegħu, u dan wara ir-rapport tal-inkjesta dwar ir-rwol tal-istat Malti u ċ-ċirkustanzi li wasslu għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Mhux ser nagħti kaz ta’ dak li qalu ipokriti bħal Jason Azzopardi li dwaru diġa ktibt diversi drabi (ara per eżempju dan : A Christmas Carol for Jason Azzopardi) li għandu ħafna kontijiet pendenti mal-kuxjenza tiegħu. L-ebda żjara fuq il-qabar ta’ Kristu m’hi ser tħassar dawn il-pendenzi!

George Vella kien jifforma parti mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat. Qatt ma esprima ruħu fil-pubbliku kontra dak li kien qed jiġri. Nafu minn dak li ntqal fil-media li fil-Grupp Parlamentari Laburista, anke meta kien jifforma parti minnu George Vella, kien hemm diskussjoni mqanqla dwar dak li kien għaddej. Kien hemm numru żgħir ta’ Membri Parlamentari li kienu kritiċi ta’ dak li kien għaddej, fosthom jingħad li kien hemm George Vella.  Dwar dan jiena diġa ktibt 5 snin ilu fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-Panama Papers.

Kont għidt hekk nhar it- 3 ta’ Mejju 2016 :

Il-grupp parlamentari laburista m’huwiex kuntent bis-sitwazzjoni. Huwa konxju li s-skiet tal-Partit Laburista quddiem it-taħwid tal-Gvernijiet tas-snin 70 u 80 kienet raġuni ewlenija li kkundannat lill-partit għal 25 sena fl-Opposizzjoni. Illum jirrealizzzaw li hu kmieni wisq, wara biss tlett snin, biex il-partit laburista jsib ruħu f’dan it-taħwid kollu. Il-ftit li għamel Joseph dwar il-kaz (anke jekk kosmetiku) għamlu biex jipprova jissodisfa lill-grupp parlamentari tiegħu. Imma xorta ħadd ma hu sodisfatt. Dan kien jidher anke nhar il-Ħadd mill-body language ta’ Joseph x’ħin kien qed jindirizza l-folla fuq Kastilja.

Iċ-ċavetta qegħda f’idejn il-grupp parlamentari laburista biex dan iwassal lill-partit forsi jiġi f’sensieh. Is-soċjetà ċivili ukoll għandha responsabbiltà kbira li tibqa’ ssemma’ leħinha biex tkompli tagħmel il-kuraġġ lil dawk li fil-Partit Laburista qed jinsistu li Konrad (u Keith) għandhom jirriżenjaw. L-intellettwali tal-pajjiż hemm bżonn ukoll li joħorġu mill-friża u jiftħu ħalqhom flok ma jillimitaw ruħhom għat-tfesfis fil-widnejn.

George Vella kien wieħed minn dawk li ppruvaw jikkoreġu l-affarijiet minn ġewwa u ma rnexxielhomx! Għax is-saħħa tagħhom kienet limitata.

L-opinjoni li jiena għandi, u dejjem kelli, dwar George Vella, hi ta’ persuna serja. Nistqarr li xelliftha ftit din il-fehma meta George Vella kien wieħed minn tal-ewwel li appoġġa lil Joseph Muscat meta dan ippreżenta ruħu fl-elezzjoni għal mexxej tal-Partit Laburista (kontra George Abela, Marie Louise Coleiro, Michael Falzon u Evarist Bartolo). Sfortunatament minn kmieni ħafna beda jidher li Joseph Muscat kien bniedem amorali: il-boxxla tiegħu mhiex dak li hu sewwa. Ma jinteressahx dak li hu tajjeb jew ħażin, iżda biss dak li hu popolari.

George Vella iżda mhux amorali, u għalhekk li għandu jirrfiletti iktar fuq ir-responsabbiltajiet politiċi tiegħu tul il-perjodu li dam jokkupa post fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat.

Joseph Muscat li hu amorali warrab, kif qal hu stess biex jerfa’ r-responsabbiltà politika ta’ dak li kien għaddej.

Huwa obbligu ta’ George Vella, anke f’isem il-Laburisti ta’ integrità, li bħalhom hemm bosta, li hu ukoll jaċċetta r-responsabbiltà politika għal dak li ġara: irid jew ma jridx is-sehem tiegħu qiegħed hemm, ħadd u xejn m’hu ser iħassru!

Lil hinn mill-insulti

Fi tmiem il-ġimgħa tellajt fuq facebook meme dwar Keith Schembri u Joseph Muscat b’messaġġ wieħed, ċar u sempliċi. Ritratt ta’ Keith Schembri bil-kliem segwenti: jiena nemmen f’Joseph, għax Joseph jemmen fija.

Dan kien messaġġ politiku qawwi dwar il-ħidma politika tal-Partit Laburista f’dawn l-aħħar snin. Il-metodi operattivi ta’ Keith Schembri, li issa, bħala riżultat tal-ħidma tal-Pulizija ħarġu fil-beraħ, saru l-metodi operattivi tal-Partit Laburista.

Dan sar taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat. Imma, tajjeb li niftakru li t-tmexxija ta’ Robert Abela hi waħda ta’ “kontinwità” ma dik tal-predeċessur tiegħu. Ir-responsabbiltà politika ta’ dak li għaddej bħalissa trid tintrefa mill-Partit Laburista u minn Robert Abela ukoll u mhiex biss ta’ Joseph Muscat.

Dan il-messaġġ wasal u nftiehem sewwa u għalhekk daħlu kwantità kbira ta’ reazzjonijiet li ħallejthom kollha fuq il-paġna tiegħi. Huma reazzjonijiet ta’ nies li filwaqt li huma konxji tat-tajjeb li għamel il-Partit Laburista fil-Gvern iridu jaħarbu mill-ħmieġ kollu li ħiereġ.

Sodisfatt li lil hinn mill-insulti li rċevejt, il-messaġġ wasal b’mod mill-iktar ċar.

Grazzi lil kull min ħa sehem.

Political responsibility

 

Mallia inquiry

Good governance is clearly going to the dogs. It is not just a case of matters that could have been handled better, as Prime Minister Joseph Muscat stated in the aftermath of the Cafè Premier scandal.

In February 2015 the National Audit Office had underlined notable shortcomings in terms of governance with respect to Joseph Muscat’s government’s failure to involve the Government Property Division in the negotiations to re-acquire Cafè Premier in Valletta.

The purpose of holding inquires, irrespective of their format, is not just to identify those responsible for shortcomings relative to matters under investigation. High on the list of objectives of inquires is the identification and subsequent doing away with administrative practices which are liable to be abused.

The Manwel Mallia inquiry, which was commissioned by the Prime Minister in terms of the Inquires Act, was handled by three former judges and focused on the behaviour of the then Honourable Minister Manwel Mallia. It is pertinent to point out that in their report dated 8 December 2014, the three judges had emphasised that Manwel Mallia had to shoulder ministerial or political responsibility in respect of the behaviour of those persons who he had nominated to a position of trust. Tongue-in-cheek, the panel of judges carrying out the Mallia inquiry had commented that Maltese politicians, when in Opposition, emphasise the need to shoulder political responsibility only to forget all about it when they make it to government.

In fact, in view of the conclusions of that inquiry, former Minister Manwel Mallia, in defiance of the basic rules of good governance, refused to resign from office and was subsequently fired by the Prime Minister – who had no other option at his disposal.

The current Gaffarena scandal may lead to similar considerations. Two politicians are under the spotlight: Joseph Muscat, who, in addition to being Prime Minister is also Minister for Lands, and Michael Falzon, who is the Parliamentary Secretary responsible for Lands. Both have to shoulder political responsibility for the operation of the Government Property Division for which they are jointly politically responsible. Twenty seven months into Labour’s mandate it is not justifiable that they shift the blame onto their predecessors. Labour in government has had sufficient time to carry out basic operational changes, if they considered that these were necessary.

Two inquires are under way. One has been requested by the Opposition and is being carried out by the National Audit Office. The other has been requested by the government and is being carried out by the Internal Audit and Investigation Department.

The two inquires will necessarily overlap but, due to differing terms of reference they should be complimenting each other.

There are too many coincidences in this latest Gaffarena scandal and consequently various issues need to be explained. The Government Property Division seems to have preferred Marco Gaffarena, giving him time to purchase a second portion of the Valletta property before expropriating it, when it could have easily expropriated it directly from the then owners! Likewise, it is clear that someone took the decision to pay Marco Gaffarena partly in kind, by allowing him to select amongst government property that land which suited him most. Who took this decision?  The civil service does not normally take such decisions. This particular decision, in my view, has political fingerprints.

The values attributed to both the expropriated property and to the government properties used to facilitate payment have raised eyebrows. Detailed explanation is required to establish whether there is some computational error or whether there is some other explanation.

Throughout the past week, the press has pointed at a particular member of the private secretariat of Parliamentary Secretary Michael Falzon who, too often, was observed accompanying Marco Gaffarena at the Government Property Division. This person, appointed in a position of trust by the Honourable Michael Falzon, did not reply to questions from the press intended to clarify whether – and to what extent – he opened doors for Gaffarena. In particular, the queries sought to clarify whether he facilitated the pick and choose land deal between the Government Property Division and Marco Gaffarena.

The conclusions of the two investigations should undoubtedly shed light on the decisions taken, as well as on those who facilitated them. The fact that this is the second case concerning the Government Property Division being investigated by the National Audit Office in the space of a few months should ring the alarm bells because, essentially, it signifies that no lessons were learnt from the Cafè Premier debacle.

published in The Malta Independent on Sunday : 14 June 2015