Michael Falzon vittma?

Michael Falzon 5

Qed jingħad li Michael Falzon hu vittma, għax kellu jirriżenja minkejja li ma għamel xejn ħażin. Huwa stess emfasizza li fl-ebda ħin ma ndaħal, la biex saru l-istimi u fl-ebda materja oħra konnessa mal-esproprijazzjoni.

Kull persuna politika f’kariga eżekuttiva trid iġġorr ir-responsabbiltà politika għall-ħidma tad-dipartimenti li jkunu responsabbli għalihom. Spiss insegwu politiċi jiftaħru bil-ħidma tad-dipartimenti differenti. Konferenzi stampa ma jispiċċaw qatt, artikli fl-ewwel paġna tal-gazzetti u xandir ta’ aħbarijiet fuq ir-radju u it-TV. Anke meta l-politiku ma jkun għamel xejn, jippretendi li jieħu l-mertu.

Bl-istess mod li l-politiku jieħu l-mertu meta l-ħidma tagħti riżultati tajbin irid jieħu t-tort meta l-effetti jkunu negattivi.

Il-politiku f’kariga eżekuttiva jkollu l-għajnuna fil-ħidma tiegħu. Din hi l-funzjoni tas-segretarjat privat tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Smajna tul il-ġimgħat li għaddew kif il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għandhom id-dritt li dawk ta’ madwarhom ikunu persuni li huma jkollhom fiduċja fihom. Il-ħatriet ta’ dawn il-persuni qrib il-politiċi spiss jirreferu għalihom bħala trusted persons li jokkupaw positions of trust. Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għandhom bżonn madwarhom lil dawn il-persuni li fihom ikollhom fiduċja, biex ikollhom min jassistihom fit-twettiq tal-missjoni politika tagħhom. Dan jagħmluh billi jgħinu lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari fit-twettiq tal-politika tal-Gvern, iżommuhom infurmati dwar x’ikun qed jiġri fid-Dipartimenti u Awtoritiajiet differenti u jagħtuhom il-pariri meħtieġa dwar dak li jinqala’ minn żmien għal żmien.

Allura l-mistoqsija li teħtieġ tweġiba mhiex jekk Michael Falzon kienx vittma, imma ta’ min kien vittma.

X’għamlu l-persuni ta’ fiduċja madwar Michael Falzon biex jassiguraw ruħhom li kien infurmat sewwa dwar id-deċiżjonijiet li kien mitlub jieħu dwar l-esproprijazzjoni ta’ 36 Triq iz-Zekka l-Qadima l-Belt Valletta? It-tweġiba issibuha fir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

Insibu, per eżempju, fir-rapport tal-Awditur Ġenerali, li wieħed mill-impjegati fis-segretarjat privat ta’ Michael Falzon [li minn sorsi oħra jidher li kien magħruf bħala l-King tal-Lands, żagħżugħ ta’ 23 sena] akkumpanja lil Marco Gaffarena f’laqgħat fid-Dipartiment ma’ Direttur Ġenerali u Direttur li issa irriżenjaw. Imkien ma jidher li nżammu minuti ta’ dawn il-laqgħat. Għalhekk mhux magħruf x’intqal u x’ġie diskuss f’dawn il-laqgħat.

Il-persuni ta’ madwarek jistgħu jagħmlulek ġid kbir. Imma jistgħu ukoll ifarrkuk. Skond kemm ikunu kapaċi.

Ikun tajjeb kieku l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jifhmu li filwaqt li huwa sewwa li jkollhom il-persuni tal-fiduċja tagħhom madwarhom dawn għandhom ikunu kapaċi għal xogħolhom. Għax fl-aħħar dak li tiżra’ taħsad.

Imbagħad inutli toqgħod teqred li inti vittma.

Advertisements

One comment on “Michael Falzon vittma?

  1. Jekk il-PS Falzon kien “vittma” ta’ xi hadd ma tantx hemm minn fejn taghzel:

    1. Zgur vittma tal-Ministru li kellu fuqu, il-PM Muscat li irnexxielu ghall-anqas f’ghajn in-nies tieghu johrog minn dan it-tahwid bhala politkant “squeaky clean” u “decisive”.

    2. Zgur vittma tal-hbieb tieghu li mhux kollha jisimhom Gaffarena. l-STOM tal-lum tghid li qassam aktar flus lill-Gaffarena barra dawk ta’ Trqi Zekka.

    3. U zgur ukoll vittma tal-ras minfuha tieghu ghax haseb li jistgha jbellana r-ross bil-labra b’hafna protesti li hu bl-ebda mod ma naqas minn dmiru.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s