It-tibdil fil-klima: it-turiżmu mhux ser jeħlisha

Żmien il-biljetti tal-ajru bid-€10 spiċċa, qalilna Michael O’Leary, tar-Ryanair. Dan wara li sirna nafu matul dawn l-aħħar ġimgħat li fl-Unjoni Ewropeja, biex tkun implimentata l-inizjattiva l-ħadra (Green Deal), anke l-avjazzjoni teħtieġ li tagħti s-sehem tagħha billi tibda tinternalizza l-impatti ambjentali. Dan ifisser li l-ispiża riżultat tal-impatti ambjentali tal-avjazzjoni għandha tibda tkun inkluża fil-prezz tal-vjaġġ. Dan hu applikazzjoni diretta u prattika tal-prinċipju ambjentali li min iħammeg jeħtieġ li jħallas (polluter pays principle).

L-avjazzjoni ilha teħlisha billi kienet eżentata għal żmien twil milli terfa’ l-piż tal-impatti tal-emissjonijiet li tiġġenera. Issa dan ma jistax jibqa’ hekk. Din l-industrija ukoll trid tibda tagħti kont ta’ egħmilha. Bħas-setturi ekonomiċi l-oħra trid terfa’ l-piz tal-impatti ambjentali tagħha.  

Li min iħammeġ iħallas hu prinċipju ambjentali bażiku li jifforma parti integrali mill-liġi Ewropeja. Riżultat ta’ hekk dan iservi ta’ gwida għall-formolazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropeja.  Sa mill-2004 dan il-prinċipju hu ukoll parti integrali mil-leġislazzjoni ambjentali Maltija. Anke fil-kaz tagħna dan il-prinċipju għandu jagħti direzzjoni ċara fil-formolazzjoni tal-politika Maltija.

Sfortunatament, minkejja li l-Parliament f’Malta approva mozzjoni li biha għaraf l-emerġenza klimatika, din id-dikjarazzjoni baqgħet fuq il-karta.  Ftit li xejn sar biex id-deċiżjonijiet meħtieġa riżultat tal-għarfien ta’ l-eżistenza ta’ din l-emerġenza jittieħdu. Hu diżappuntanti li wieħed minn dawk responsabbli biex mexxa l-quddiem din il-mozzjoni issa qed jgħid li l-azzjoni biex ikunu indirizzati l-impatti klimatiċi tal-avjazzjoni huma kontra l-interess nazzjonali. M’għandux idea x’inhu jgħid.

Ejja nkunu ċari:  bħala arċipelagu f’nofs il- Mediterran, il-gżejjer Maltin inevitabilment ikunu effettwati mill-istadji li jmiss tal-impatti tat-tibdil tal-klima, ċjoe l-għoli fil-livell tal-baħar.  Iz-zoni mal-kosta ilaqqtuha waħda sewwa, possibilment jispiċċaw taħt l-ilma, kollha jew kważi, skond kemm jogħla l-livell tal-baħar.  Dan japplika ukoll għall-infrastruttura kostali li tinkludi l-parti l-kbira tal-faċilitajiet turistiċi.

Hu fl-interess nazzjonali ta’ Malta li l-miri klimatiċi tal-2015 ta’ Pariġi jkun osservati u li jiġu  implimentati l-iktar kmieni possibli. Ma jagħmilx sens li nfittxu li nkunu eżentati. Bla dubju jkun hemm impatti konsiderevoli. Imma l-impatti  jekk naġixxu  biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima huma ferm inqas mill-impatti li jkollna nħabbtu wiċċna magħhom jekk nibqgħu nippruvaw nevitaw ir-responsabbiltajiet  tagħna.

Tul is-snin, bla dubju, it-teknologija tkompli titjieb, u probabbilment li din tgħin biex jonqos il-piz tal-impatti.  It-tieni rapport ambjentali dwar l-avjazzjoni Ewropeja ippubblikat fl-2019 jiġbed l-attenzjoni li fiz-zona Ewropeja l-konsum medju tal-fuel fuq it-titjiriet kummerċjali naqas b’ 24 fil-mija bejn l-2005 u l-2017. Imma fl-istess żmien kien hemm żieda ta’ 60 fil-mija fil-kilometraġġ tat-titjiriet kummerċjali!

Din l-istatistika tiġbor fiha l-problema kollha: it-teknoloġija qed tnaqqas l-emissjonijiet għal kull kilometru tat-titjiriet, imma n-numru ta’ kilometri tal-vjaġġi qed jiżdied bil-kbir għax ħafna iktar nies qed jivvjaġġaw bl-ajru.  

Bħalissa għaddej dibattitu dwar taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni. Din hi waħda mill-miżuri essenzjali u meħtieġa biex ikun possibli li sal-2030 u lil hinn il-gassijiet serra jonqsu b’55 fil-mija.  

Din l-inizjattiva għandha twassal biex il-prezz tal-biljett tal-ajru jkun jirrifletti l-ispiza reali, inkluż dik ambjentali ikkawżata mill-emissjonijiet.  Dan jista’ jseħħ jew b’żieda ta’ taxxa mal-prezz tal-biljett tal-ajru inkella billi dak li jkun jagħmel użu minn mezzi alternattivi ta’ transport.

Jekk wieħed jagħmel użu ta’ mezzi alternattivi ta’ transport it-taxxa tkun evitata u dan bil-konsegwenza li jkunu evitati ukoll l-impatti ambjentali tal-ivvjaġġar bl-ajru. Fl-Ewropa kontinentali dan jista’ jseħħ bl-użu tal-ferrovija li bosta drabi  hi alternattiva kemm effiċjenti kif ukoll iktar nadifa. Imma fil-kaz ta’ Malta u gżejjer oħra dan l-użu tal-alternattivi potenzjali hu limitat ħafna.  Dan iwassal għal żieda inevitabbli fl-ispiża biex dak li jkun jivvjaġġa bl-ajru u riżultat ta’ hekk jonqos in-numru kemm ta’ Maltin li jivvjaġġaw kif ukoll ta’ barranin (turisti) li jiġu Malta.

Għalkemm eventwalment jista’ jkun hemm xi konċessjonijiet raġjonevoli għal dawk li jgħixu fil-periferiji/gżejjer, it-turiżmu ma jistax jibqa’ jevita li jerfa’ l-piz tal-impatti tiegħu: dan hu meħtieġ biex isseħħ ġustizzja, kemm soċjali kif ukoll ambjentali!  Hu fl-interess ta’ Malta li l-impatt ambjentali tat-turiżmu, b’mod partikolari dak tal-massa, jkun indirizzat u ikkontrollat qabel ma jkun tard wisq. L-industrija tal-avjazzjoni teħtieġ li tkun imċaqalqa bi strumenti ekonomiċi bħat-taxxa ambjentali biex tirristruttura ruħha. Ejja niftakru li bħall-gżejjer kollha, Malta, flimkien mal-komunitajiet kostali, tkun minn tal-ewwel li ssofri l-agħar konsegwenzi tat-tibdil tal-klima: l-għoli fil-livell tal-baħar. It-turiżmu ma jeħlisiex. Il-klima mhux ser tikkunsidra l-posizzjoni partikolari ta’ Malta jew l-impatt fuq l-ekonomija: in-natura ma tiddiskriminax, tibqa’ għaddejja minn fuqna bħalma għamlet bnadi l-oħra fejn kaxkret kull ma sabet fin-nofs!

It-turiżmu qiegħed f’salib it-toroq. Jeħtieġ li b’mod urġenti jaddatta ruħu u jaddatta għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Dan hu l-futur reali tat-turiżmu, mhux l-eżenzjoni mit-taxxi.

ippubblikat fuq Illum: 14 t’Awwissu 2022

Climate change: tourism will not be spared

The era of €10 air fares is over, warned Michael O’Leary, Ryanair boss. This follows the news in the past weeks that within the European Union, in order to implement the Green Deal, aviation must do its part by internalising its environmental costs. That is, environmental costs must be incorporated in the price of air fares. This is a direct and practical application of the polluter pays principle.

Aviation has been a free rider for quite some time, being exempted from shouldering the impacts of the emissions which it generates. The holiday is now over and as a direct result the tourism industry must take stock of the situation. Like all other economic sectors, it must factor in its costings the environmental impacts which it generates.

The polluter pays principle is a basic environmental principle which forms an integral part of the EU acquis: it guides EU policy. Since 2004 it also forms an integral part of Malta’s environmental legislation and consequently it should also guide the formulation of Maltese policy.

Unfortunately, notwithstanding the approval by Parliament of a motion declaring recognition of the climate emergency, this declaration is still a paper declaration. The necessary policies required to face this emergency have never been discussed, approved and acted upon. It is disappointing that a prime mover behind the climate emergency motion is now equating the required action to address aviation’s climate change impacts as being contrary to the national interest. He has no idea on the matter!

Let us be clear:  as an archipelago in the centre of the Mediterranean, the Maltese islands will be severely impacted by the next stages of climate change impacts, that is the rise in sea level. The coastal areas will be hard hit, possibly they will be wiped out or substantially reduced, depending on the extent of the sea level rise. This is also applicable for all the coastal infrastructure, which includes practically all tourism facilities.

It is in Malta’s national interest that the 2015 Paris climate goals are adhered to and implemented the soonest. Seeking exemptions is not on.  Obviously there will be considerable impacts. The impacts of acting to address climate change will however be substantially less if we act than if we continue avoiding our responsibilities. 

Over the years technology will undoubtedly improve, possibly reducing the burden. The second European Aviation Environment Report drawn up in 2019 by the European Union Aviation Safety Agency (EASA), the European Environment Agency (EEA) and Eurocontrol points out that within the European area, the average fuel consumption of commercial flights has decreased by 24 per cent over the period 2005-2017. However, over the same time frame there has been a 60 per cent increase in the kilometres flown by commercial flights!

This statistic frames the issue: technology is driving down the emissions per passenger kilometre, however the number of passenger kilometres has been on an exponential increase as more people are travelling by air.

Currently there is an ongoing debate regarding a tax on aviation fuel. This is one of the essential measures needed to enable the reduction of 55 per cent of greenhouse gas emissions by 2030 and beyond.

This initiative is aimed to ensure that the price of an air flight includes all costs, including the environmental costs caused by the resulting emissions. This can be carried out either by a tax on air travel or else through the use of alternative means of transport, as a result of which the tax can be avoided legally, with the resultant decrease of the environmental impacts. In mainland Europe the use of trains is many a time a good alternative for air travel not just due to its efficiency but also in generating less environmental impacts. In the case of Malta and other islands the potential use of alternatives is very limited. This leads to an inevitable increase in the cost of air travel and the consequential decrease in air travelling, both incoming and outgoing.

Although there may eventually be some reasonable concessions for those who live on isolated islands, tourism cannot keep avoiding its own environmental impacts: this is what social and environmental justice demands! It is in Malta’s interest that the environmental impacts of tourism, particularly mass tourism, is contained before it is too late. The aviation industry must be prodded through economic means, such as environmental taxation, to restructure itself. Let us all remember that like all islands, Malta, together with coastal communities, will be the first to suffer some of the worsts repercussions of climate change: the increase in sea level. Tourism will not be spared. The climate will not consider our special situation or our economic considerations – nature does not discriminate: it will roll over us as it did elsewhere!

Tourism is at a crossroad. It needs to urgently adapt to the impacts of climate change. This is tourism’s future, not tax exemptions.

published in The Malta Independent on Sunday : 14 August 2022