Min jitwieled tond, ma jmutx kwadru

Uħud ma kienux qed jistennew li Malta tiżdied fuq il-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF).  Il-kitba, iżda, ilha fuq il-ħajt għal bosta żmien. Sfortunatament il-linġwaġġ tal-governanza tajba ma jinftiehemx minn kulħadd. B’mod partikolari, min l-unika valur li jifhem fih hu dak tal-flus, ftit li xejn ser jifhem u jagħti kaz.  

Uħud donnhom jgħixu kontinwament fid-dellijiet. Donnhom jippreferu li jinsatru fid-dell tal-kważi anonimità. It-taħwid f’dan it-tip ta’ ambjent hu ferm iktar faċli.

Skond rapporti fil-media, l-awditur intern tal-Awtorità tal-Artijiet,  Charlene Muscat, qed tingħata l-ġemb u ġiet miżmuma milli taqdi r-responsibbiltajiet tagħha. Qed jingħad li dan ilu jseħħ numru ta’ xhur.  Wara li ħejjiet rapport kritiku dwar ħidmet l-Awtorità tal-Artijiet issa ser tispiċċa trasferita x’imkien ieħor fis-servizz pubbliku.  

Charlene Muscat, li kienet ġurnalista mal-One kif ukoll hi ex-Sindku Laburista tal-Imqabba kienet impjegata biex tiffaċilita l-governanza tajba fl-Awtorità tal-Artijiet u dan billi tagħmel il-verifiki interni ta’ ħidmet l-awtorità.  Ġiet miżmuma milli tagħmel xogħolha billi, fost oħrajn ma tħallietx tattendi laqgħat tal-Bord u nżammilha aċċess għall-files meħtieġa biex tagħmel xogħolha. Fi ftit kliem xi ħadd iddeċieda li xogħol l-awditur intern ma kienx iktar meħtieġ. Nifhem dan xi jfisser għax dan għaddejt minnu jiena ukoll f’ċirkustanzi oħra xi żmien ilu.

Dan hu eżempju ieħor ta’ Gvern li jgħid ħaġa u jagħmel oħra: jikkuntrasta ma dak kollu li ntqal dwar il-posizzjoni ta’ Malta fuq il-lista l-griża tal-FATF. Il-Prim Ministru Robert Abela ilu jxerred id-dmugħ tal-kukkudrilli dwar kemm Malta ġiet ittrattata ħażin meta tqegħdet fuq din il-lista l-griża, għax ma ħaqqiex hekk. Imbagħad, fl-istess ħin il-Gvern tiegħu stess jirresisti proċessi ta’ verifika trasparenti, tant essenzjali biex tkun assigurata governanza tajba.  Mingħajr  governanza tajba, trasparenza u kontabilità, ftit hemm ċans li neħilsu minn posizzjoni fuq il-lista l-griża!

L-Awtorità tal-Artijiet twaqqfet ftit wara li tfaċċa l-iskandlu Gaffarena, bħala rimedju għat-taħwid li kien tfaċċa dakinnhar. Għad hemm lok għal bosta spjegazzjonijiet anke dwar dan, għax il-ħolqien tal-Awtorità jidher li ma solviet xejn, għax min jitwieled tond, ma jmutx kwadru.

Dak li kien CEO tal-Awtorità tal-Artijiet, James Piscopo, kien warrab mill-kariga tiegħu ftit inqas minn sena ilu. Il-kuntratt tiegħu ma kienx ġie mġedded, u dan meta bdew jissemmew numru ta’ allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu.  Kien intqal li t-taqsima tar-reati ekonomiċi fil-korp tal-Pulizija kienet qed tinvestiga numru ta’ transazzjonijiet offshore. Investigazzjoni kumplessa li jekk u meta tkun konkluża setgħet possibilment titfa’ dawl fuq  bosta ħwejjeġ. Dak li kien skrivan mal-Air Malta għad hemm bosta ħwejjeġ x’jispjega!

Iil-qarrejja bla dubju jiftakru x’għadda bejn is-sidien tal-Lukanda Fortina u l-Awtorità tal-Artijiet. Kif art pubblika li oriġinalment ngħatat b’kundizzjonijiet favorevoli għat-turiżmu spiċċat tiġi sviluppata b’mod spekulattiv għal ufiċċini u appartamenti. Żvilupp li qed iwassal għal qliegħ ta’ miljuni, a spejjes tal-kaxxa ta’ Malta. S’issa għad mhux ċar kif dan seħħ u min kien responsabbli biex ippermettieħ. L-Awtorità tal-Artijiet għad trid tispjega x’ġara eżattament.

Fid-dell, kważi mistura, hemm numru ta’ interessi kummerċjali marbutin flimkien. Interessi li nifhem li bdew ifeġġu fuq l-iskrijn tal-komputer ta’ dik li kienet l-awditur intern tal-Awtorità tal-Artijiet. L-ispjegazzjonijiet iżda qatt ma ngħataw.

Meta nħolqot l-Awtorità tal-Artijiet, flok dak li kien id-Dipartiment tal-Artijiet, kien intqal b’ħafna pompa li ser tiddaħħal iktar serjetà fl-amministrazzjoni tal-art pubblika. Ma kienx ser ikollna iktar “King tal-Lands”, għax kollox kien ser jgħaddi f’idejn ir-Repubblika!  Fir-rapporti annwali tal-Awtorità tal-Artijiet hu emfasizzat li din hi mibnija fuq prinċipji sodi: fuq sens ta’ ġustizzja, kontabilità u trasparenza. Probabbilment li dik li kienet awditur intern ma taqbel xejn ma dan!  

ippubblikat fuq Illum: il-Ħadd 4 ta’ Lulju 2021

Old habits die hard

Malta’s grey-listing by the Financial Action Task Force (FATF) may have caught some on the wrong foot.  The writing, however, has been on the wall for some time. The language of good governance does not have any meaning or significance to those who appreciate values only within the context of the skills required to handle a bank account.

Unfortunately, lurking in shadowy grey areas has been a favourite past-time for some, where they consider themselves as being quite at home.

According to reports in the media, the Internal Auditor at the Lands Authority, Charlene Muscat, has been side-lined, prevented from carrying out her duties and responsibilities for a number of months. She is now being redeployed elsewhere in the civil service. This follows her critical report on the Lands Authority.

Charlene Muscat, a former One TV reporter and former Labour Mayor of Mqabba was employed in order to ensure that proper internal checks and balances are in place thereby facilitating good governance at the Lands Authority. She has been obstructed from doing her work properly by being prevented from attending board meetings, and from having access to files. In a few words, someone, somewhere made sure that the Internal Auditor is rendered useless and ineffective. I have a personal understanding of what this means and feels, having been through it myself elsewhere.

This is another example of the double-talk of government and comes hot on the heels of the FATF grey listing. The Prime Minister Robert Abela whines and whinges about Malta’s grey-listing by the FATF, shedding many crocodile tears in the process. However, at the same time, his own government actively resists the implementation of transparent internal auditing processes, a basic prerequisite for good governance. Without good governance, transparency and accountability we will never get rid of grey-listing.

Set up in the wake of the Gaffarena scandal, the Lands Authority has quite a lot of pending explanations, as apparently, old habits die hard!

Former Lands Authority Chief Executive James Piscopo stepped down from his role less than a year ago after his contract was not renewed in the wake of a number of serious allegations in his regard.  The economic crimes unit is apparently still investigating a number of offshore transactions of the former Air Malta purchasing clerk: a complex investigation which, once concluded, could possibly join a lot of dots, as a result placing more grey areas under the spotlight.

Readers may remember the dealings of the Fortina Hotel owners with the Lands Authority as a result of which public land made available to the Fortina developers in the past for tourism purposes is currently being redeveloped partly as offices and apartments. It is not so far clear as to who and how made it possible for subsidised public land to be available for speculation. A very grey area which the Lands Authority has a duty to be very transparent about.

In the grey shadows there are a number of interlocking commercial interests which I presume time and again appear on the computer screens of the Lands Authority internal auditor. Explanations have not been forthcoming yet.

When the Lands Authority was created, rising from the ashes of the former Lands Department, it was depicted as the long-awaited solution to the opaque internal secretive dealings involving land in public ownership. The Lands Authority would no longer have a king. Now it ought to be part of the republic! Its annual reports emphasise that it has a corporate philosophy grounded in the values of fairness, accountability and transparency. Really? The (former) internal auditor is definitely not convinced about that!

published on The Malta Independent on Sunday: 4 July 2021

It-turiżmu wara l-pandemija

It-turiżmu kien wieħed mis-setturi li l-iktar intlaqat bħala riżultat tal-pandemija Covid-19. Tul is-snin in-numri tat-turisti li ġew iżuruna żdied kull meta tjiebet il-konnettività: min-naħa l-oħra hekk kif il-konnettività naqset u eventwalment waqfet kompletament, ġara bil-maqlub.

Iktar kmieni din il-ġimgħa bdew jaslu l-ewwel turisti fil-port u l-ajruport tagħna. Bil-mod qed terġa’ tiġi stabilita l-konnettività li twassal biex it-turiżmu jibda jirpilja bil-mod. Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia-Portelli f’dawn il-ġranet ħabbret il-mira tal-Gvern: 700,000 turist sal-aħħar tas-sena. Iktar kmieni t-tmexxija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kienet emfasizzat li jeħtieġ madwar sentejn biex il-wasla tal-passiġġiera tirkupra u naslu fejn konna qabel ma faqqgħet il-pandemija.

Jista’ t-turiżmu qatt jilħaq il-livelli ta’ qabel il-pandemija?

Jeżistu stimi diversi dwar il-kontribut tat-turiżmu lejn l-ekonomija. Stima minnhom tipponta lejn kontribut dirett ta’ 5 fil-mija tal-ekonomija. Imma, bħala riżultat tal-impatt fuq setturi oħra dan is-sehem jitla għal madwar 12 fil-mija. Barijiet, restoranti, ħwienet li jbiegħu bl-imnut, attivitajiet pubbliċi, l-industrija tad-divertiment u t-trasport (in partikolari l-kiri tal-karozzi) huma dipendenti fuq it-turiżmu. Setturi partikolari bħat-tagħlim tal-Ingliż u ċ-ċentri tal-għaddasa huma meqjusa bħala parti integrali mill-ekonomija turistika.

Intqal ħafna dwar l-impatt tal-pandemija fuq il-lukandi. Imma anke dawk li jipprovdu sodod turistiċi barra mil-lukandi ġarrew fuq spallejhom impatt sostanzjali avolja ftit li xejn issemmew fid-dibattitu konness mal-impatti tal-pandemija. Dan huwa settur li jinvolvi negozjanti żgħar u dawk li nirreferu għalihom bħala micro-businesses li kull wieħed minnhom jimpjega inqas minn għaxar persuni.

UNCTAD, l-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, iktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret li l-iġġammjar tat-turiżmu minħabba l-pandemija ser jiswa’ lill-industrija globali tat-turiżmu madwar $1.2 triljun . Din l-istima tista’ tirdoppja skond kif tiżviluppa t-tieni mewġa tal-pandemija.

Il-Ġamajka tista’ titlef madwar 11 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, t-Tajlandja 9 fil-mija, l-Italja 5 fil-mija. Fl-Unjoni Ewropeja l-agħar impatti huma mal-kosta Mediterranja fejn l-ekonomija hi dipendenti ħafna fuq it-turiżmu. Minbarra Malta hemm l-Italja, l-Kroazja, is-Slovenja, Cipru u l-Greċja li kollha ntlaqtu sew. It-Turkija u t-Tunesija, parteċipanti Mediterranji fl-industrija turistika ukoll iġġammjaw, wara li gawdew minn żidiet sostanzjali fin-numri ta’ turisti tul is-snin.

Jagħmel sens li l-Gvern, f’dan il-waqt, permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qiegħed jiffoka fuq li jġib lill-industrija tat-turiżmu lura fuq saqajha. Dan imma, mhux biżżejjed. Jeħtieġ li nibdew naħsbu dwar il-futur tal-industrija u dan billi neżaminaw fid-dettall dak li l-industrja teħtieġ li tiffaċċja fit-tul.

Fi tmiem is-sena li għaddiet, l-2019, ilħaqna in-numru ta’ 2.8 miljun turista iżuruna. Il-punt hu jekk dawn in-numri humiex sostenibbli. Dan hu argument ta’ dejjem li ilu għaddej sa minnmeta n-numri kienu ferm iżgħar. Id-dibattitu kien, u għandu jibqa’ jkun dwar jekk għandniex niffukaw iktar fuq il-kwalità milli fuq il-kwantità.

Il-miġja fostna tal-linji tal-ajru low-cost bħala parti essenzjali mill-politika tat-turiżmu illum tpoġġi emfasi ikbar fuq in-numri. Din hi għażla politika li saret u li teħtieġ li tkun eżaminata u analizzata fil-fond. L-impatti ekonomiċi għandhom jitqiesu fl-istess ħin mal-impatti ambjentali. Irridu niftakru kontinwament li t-turiżmu jiġġenera bosta impatti ambjentali.

Wasal iż-żmien li nirrealizzaw li d-dibattitu meħtieġ dwar il-futur tat-turiżmu jeħtieġ li jsir fl-isfond tal-Patt l-Aħdar: The Green Deal.

L-emissjonijiet tal-ajruplani ser ikollhom ikunu indirizzati fil-futur qarib. Hu inevitabbli li jiddaħħlu taxxi dwar dawn l-emissjonijiet (carbon taxes) fi żmien mhux il-bogħod. Jekk mhux ser jittieħdu passi immedjati dwar dawn l-emissjonijiet ser ikun ħafna iktar diffiċli, biex ma ngħidx impossibli, biex ikunu ndirizzati l-konklużjonijiet tas-Summit Klimatiku ta’ Pariġi tal-2015. Summit li Malta ħarġet tiftaħar li kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi li rratifikatu. F’dak il-mument (jekk nibqgħu ma nieħdux passi) mhux biss it-turiżmu jaqla’ daqqa kbira oħra imma tkun il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll li tieħu daqqa l-isfel.

Il-gżejjer Maltin, bħall-parti l-kbira tal-gżejjer imxerrda mal-ibħra, ikunu minn tal-ewwel biex jaqilgħu ġo fihom l-impatti tat-tibdil fil-klima. Il-kosta tkun effettwat bl-għoli tal-livell tal-baħar. Tajjeb li niftakru li l-infrastruttura tat-turiżmu qegħda kważi kollha mal-kosta! Iktar ma ninjoraw dan il-fatt bażiku ikbar tkun id-daqqa li naqilgħu.

S’issa naħseb li kulħadd irrealizza kemm l-industrija tat-turiżmu hi waħda fraġli. Kull xokk li l-industrija issofri jista’ jwassal għal tnaqqis kbir fl-impiegi f’din l-industrija. It-turiżmu għadu staġjonali wisq u dan minnu innifsu jwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ natura prekarja.

Jeħtieġ li nippjanaw iżjed billi nħarsu il-bogħod u fuq medda twila ta’ żmien: naħsbu u nippjanaw sewwa dwar l-impatti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta’ kull deċiżjoni. Dan wara kollox hu l-proċess li jwassal għal żvilupp sostenibbli. Hu l-unika mod kif nistgħu nassiguraw li l-impatti negattivi tal-industrija tat-turiżmu nistgħu nindirizzawhom illum qabel għada.

Ippubblikat fuq Illum : il-Ħadd 5 ta’ Lulju 2020

Post-Covid Tourism

Tourism is understandably one of the hardest hit sectors as a result of the Covid-19 pandemic. Over the years, tourism numbers increased substantially as a result of an increased connectivity: the reverse happened the moment that connectivity was restricted or became practically inexistent.

Earlier this week saw the first arrivals at our air and seaports. Slowly, connectivity is being restored. It is expected that tourism will now start a slow recovery. Tourism Minister Julia Farrugia-Portelli is on record with a 700,000-tourist target for year end. Malta International Airport CEO had earlier opined that it will take at least two years to recover to pre-pandemic level airport movements.

Will tourism ever recover to the pre-pandemic levels?

There are various estimates of the contribution of tourism to the economy. One such estimate points at a direct contribution of around 5 percent of our economy. However, as a result of its impacts on other sectors the overall contribution rises to around 12 percent. Bars, restaurants, retail trade, events, entertainment and transport (in particular car hire), are heavily dependent on tourism. Specific sectors such as the English language school sector as well as diving are important sectors in the tourism economy.

Much has been stated on the impact of the pandemic on the hotel industry. The providers of non-hotel beds, however, have also been heavily impacted by the pandemic, but they have not featured much in the post-Covid-19 debate. This is a sector which involves a number of small-scale investors and micro-businesses each employing less than ten employees.

UNCTAD, the UN Trade and Development Agency, earlier this week stated that the four-month standstill of the tourism industry due to the pandemic Covid-19 could cost the industry around $1.2 trillion. This estimated cost could more than double, depending on the severity and spread of a second wave of the pandemic.

Jamaica could lose as much as 11 percent of its GDP, Thailand 9 percent, Italy 5 percent. In the EU, the worst impacts are along the Mediterranean coast where the economy is heavily dependent on tourism. In addition to Malta, Italy, Croatia, Slovenia, Cyprus and Greece are also heavily impacted. Turkey and Tunisia, Mediterranean players in the tourism industry have also been almost at a standstill, after experiencing a substantial expansion of their tourism industry throughout the years.

It is understandable that government through the Malta Tourism Authority is currently focused on getting tourism back on its feet. This is however not enough. We must start discussing a long-term view of the tourism industry.

At the end of 2019 the 2.8 million mark of tourists visiting the Maltese islands had been attained. The point at issue is whether this is sustainable in the long-term. This has been a perennial issue in tourism politics since the days when the numbers were much lower. The debate was and should be whether we should focus more on quality than on quantity.

The advent of low-cost carriers as an essential part of the tourism equation places more emphasis on numbers than on quality. It is a choice which may need to be analysed and revisited. Economic impacts have to be viewed concurrently with environmental impacts. We must remember that tourism has a considerable environmental impact. It is about time that the tourism debate is carried out within the parameters of the Green Deal.

Aeroplane emissions will at some point in time in the near future have to be addressed. Carbon taxes will sooner or later come into play. Unless they are addressed immediately it will be more difficult, if not practically impossible, to address the Paris Climate Change conclusions to which Malta has adhered. At that point it will not be just the tourism industry but our whole lifestyle which will be in for the chop.

The Maltese archipelago, like all islands, will bear the brunt of climate change impacts. The coastline will be severely hit by a sea level rise. It may be pertinent to remember that the coast houses practically all of the tourism infrastructure. The longer we ignore this basic fact, the more severe will the impacts be.

By now all of us are aware that Tourism is a very volatile industry: any shock will result in mass redundancies. Tourism is currently way too seasonal, and consequently it only serves to create precarious working conditions.

It is the time to plan ahead: thinking carefully of the social, environmental and economic impacts of all decisions. This is what sustainable development is, after all, about. It is the only way to ensure that the negative impacts of the tourism industry are addressed by us sooner rather than later.

 

published in The Malta Independent on Sunday : 5 July 2020