Jgħadduna biż-żmien

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha kif ippubblikat abbozz ta’ Strateġija Nazzjonali dwar l-Ambjent għal konsultazzjoni pubblika. Dan l-abbozz ippubblikatu bl-Ingliż biss. Qiesu t-tmexxija tal-ERA ma tafx bil-Malti.

Minn awtorità pubblika nistennew ferm aħjar minn hekk. Kemm ser iddumu tinsulentawna? L-iskuża li l-Malti mhux addattat għal dokument tekniku mhiex waħda aċċettabbli. In-nuqqas ta’ dokument bil-Malti hi opportunutà mitlufa biex l-ERA tikkomunika iktar man-nies.

Iżda lil hinn mil-lingwa, l-istrateġija ambjentali li qed tkun proposta hi waħda ġenerika. Fiha tmien għanijiet li hu propost li jintlaħqu sal-2050. Il-lista tal-għanijiet li l-ERA trid tindirizza mhiex il-problema, għax il-problema hija li dawn l-għanijiet huma affarijiet li ilna niddiskutu żmien: ġew ippubblikati biżibilju rapporti, strateġiji u regoli jew policies li jkunu saru b’intenzjonijiet tajba tul is-snin!  Il-problemi jinqalgħu dejjem meta nfittxu li nimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jitwettqu dawn l-għanijiet. F’dak il-mument jinqagħu elf skuża, għax fir-realtà ma hemmx il-volontà politika li jittieħdu passi bis-serjetà.

Dan hu bil-bosta differenti milli jipprova jgħid ic-Chairman tal-ERA fid-daħla bl-Ingliż li kiteb għad-dokument konsultattiv! Din hi storja li għaddejna minnha diversi drabi!

Il-ħsara ambjentali li saret tul is-snin mhiex xi ħaġa li ser tkun irranġata mil-lum għall-għada.  Ħadd m’għandu jistenna riżultati malajr fil-mixja biex insewwu l-ħsara ambjentali li tħalliet takkumula tul is-snin.

Il-ħarsien tal-ambjent jinvolvi li jinbidlu deċiżjonijiet politiċi diversi li ittieħdu tul is-snin li kienu parti mill-kawża ta’ ħsara konsiderevoli. Ifisser ukoll li nibdlu attitudnijiet, drawwiet u l-mod kif inġibu ruħna.

Fid-daħla għad-dokument konsultattiv iċ-Chairman tal-ERA Chairman, Victor Axiak, jistqarr li jista’ jkun hemm ħtieġa ta’ sagrifiċċji żgħar fl-immedjat biex niksbu benefiċċji ambjentali fit-tul li jitgawdew minn ġenerazzjonijiet futuri. Din hi dikjarazzjoni li prattikament kulħadd jaqbel magħha. Imma dikjarazzjoni bħal din teħtieġ ukoll li tkun segwita minn lista ta’ miżuri meħtieġa biex tittieħed azzjoni dwarhom,  lista li tvarja minn miżuri li jistgħu jittieħdu immedjatament għal oħrajn li jħarsu iktar fit-tul.

Ma baqax iktar żmien biex noqgħodu niffilosifizzaw dwar l-ambjent.  Il-problemi nafu x’inhuma u  nafu ukoll min fejn ġejjin u min hu l-kawża tagħhom! Tħejjew kwantità ta’ rapporti, strateġiji, pjani t’azzjoni u x’naf jien tul is-snin. Kull Ministru ġdid ipprova jagħti l-impressjoni li hu jew hi sabet is-soluzzjoni b’nisġa ta’ kliem sabiħ li jipprova jimpressjona. Sfortunatament ir-rapporti tekniċi li saru kif ukoll dak li qalu in-nies waqt konsultazzjonijiet pubbliċi, bosta drabi ġie injorat.  Anzi xi drabi l-gvernijiet saħansitra aġixxew bil-maqlub ta’ dak propost jew maqbul!

L-istrateġija proposta illum, per eżempju,  tiffilosofizza dwar il-ħtieġa li innaqqsu id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi u tinsisti li għandhom jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna.  Jekk wieħed imur lura u jerġa’ jaqra ftit l-istrateġija nazzjonali dwar it-trasport, li kienet iffinalizzat sitt snin ilu, jsib eżattament l-istess argumenti. Imma minflok ma ħa l-passi meħtieġa, l-Gvern – kemm direttament kif ukoll permezz tal-agenziji u l-awtoritajiet tiegħu – għamel bil-maqlub!

Kull studju li sar, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, repetutament ikkonkluda li żvilupp massiċċ tal-infrastruttura tat-toroq twassal biex awtomatikament jiżdiedu l-karozzi fit-toroq. Kif mistenni, anke f’Malta, hekk ġara. Il-konġestjoni u l-problemi tat-traffiku żdiedu mhux naqsu riżultat tal-proġetti diversi tat-toroq. Dan seħħ għax kuntrarju tal-pariri li kellu, l-Gvern ma indirizzax il-kawza tal-problemi, imma indirizza l-effett.  Il-problema mhiex il-wisa’ jew it-tul tat-toroq, imma n-numru ta’ karozzi fit-toroq. Is-sitwazzjoni illum – f’ħafna każi  – hi agħar milli kienet qabel ma saru dawn il-proġetti.  

Minnbarra dan, daqslikieku mhux biżżejjed, l-awtoritajiet għamlu is-snin jinkoraġixxu l-iżvilupp ta’ petrol stations kbar, qieshom supermarkets. Dawn ħarbtu ammont mhux żgħir ta’ raba’. Biex issa jiġu jgħidulna kemm iridu jipproteġu l-agrikultura!

Kif nistgħu ntejbu l-kwalità tal-arja jekk nibqgħu nżidu l-karozzi fit-toroq tagħna?  Uħud forsi jargumentaw li s-soluzzjoni qegħda wara l-bieb bl-introduzzjoni tal-karozzi tal-elettriku inkella bl-użu tal-idroġenu jew xi fuel ieħor alternattiv. Dan ikun biss soluzzjoni parzjali għax fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw kif ikun ġġenerat l-elettriku meħtieġ inkella kif ikun prodott l-idroġenu jew fuel alternattiv.

M’għandiex ammont suffiċjenti ta’ enerġija rinovabbli iġġenerata lokalment għax l-għorrief li ħadu id-deċiżjonijiet ftaħru fil-passat kemm kien irnexxielhom jinnegozjaw deroga tajba biex il-mira nazzjonali ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinovabbli ma tkunx 20% imma 10% tal-elettriku ikkunsmat. Ħtija ta’ hekk, illum m’għandniex ammont suffiċjenti ta’ enerġija rinovabbli.  Meta għandna l-ħtieġa ta’ enerġija elettrika bi prezz raġjonevoli  għandna nuqqas f’dan il-qasam li għalih qed inħallsu bizzalza.

Id-dipendenza li għandna bħala pajjiż fuq il-karozzi privati hi riżultat ta’ traskuraġni politika tat-trasport pubbliku tul is-snin. Li t-trasport pubbliku jkun b’xejn minn dan ix-xahar kienet deċiżjoni prematura. L-ewwel pass messu kien li tkun indirizzata l-effiċjenza u l-puntwalità tas-servizz. Il-prezz qatt ma kien problema.

Hu meħtieġ li l-effiċjenza u l-puntwalità tas-servizz ikunu indirizzati b’urġenza. Meta dan isir jagħmel ġid ambjentali ferm iktar mill-argumenti tekniċi kollha dwar kemm hemm ħtieġa li nħarsu l-ambjent. Trasport pubbliku effiċjenti flimkien ma investiment f’modi alternattivi ta’ transport hu ta’ benefiċċju ambjentali enormi.

Din hi uġiegħ ta’ ras kbira. Pariri ċari kien hemm. Iżda meta kien possibli li l-problema tkun indirizzata, l-Gvern, direttament kif ukoll permezz tal-awtoritajiet u aġenziji diversi tiegħu, ġie jaqa’ u jqum minn dan u għamel bil-maqlub!

Argumenti simili jistgħu jsiru dwar numru kbir ta’ materji ta’ importanza ambjentali: mill-ilma sal-pestiċidi, mill-użu tal-art sal-bijodiversità, mill-isforzi favur ekonomija ċirkulari għal taxxi ambjentali iddiżinjati sewwa.

Il-mod kif il-politika dwar it-trasport tħalliet għan-niżla hu biss eżempju wieħed żgħir minn fost bosta li jwassal għall-konklużjoni inevitabbli li ma teżistix rieda politika biex il-ħsara ambjentali tkun indirizzata bis-serjetà.

Il-konsultazzjoni pubblika tal-ERA sfortunatament hi fażi oħra fi proċess li permezz tiegħu qed jippruvaw jgħadduna biż-żmien.

ippubblikat fuq Illum : Il-Hadd 23 t’Ottubru 2022

aqra ukoll dokument sottomessmill-ADPD lill-ERA hawn

Il-mina mhix soluzzjoni: hi problema

Il-mina li hi proposta taħt qiegħ il-baħar bejn Għawdex u Malta ser ikollha impatti negattivi konsiderevoli kemm fuq Għawdex kif ukoll fuq Malta. L-iżjed wieħed ovvju hu l-ġenerazzjoni ta’ madwar miljun u nofs metru kubu ta’ radam li ser jispiċċa fil-baħar. Dan ser jagħti bidu għal ħmar il-lejl ambjentali ieħor: għax l-iżviluppaturi ma baqgħalhomx fejn “jiżviluppaw” fuq l-art! Qed ifittxu l-ispazju. L-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi diġa identifikat fejn dan jista’ jsir. Mhux ta’ b’xejn li r-residenti tax-Xgħajra qed jirvellaw.

Il-problemi assoċjati mal-mina proposta huma bosta. Art agrikola madwar il-punti tad-dħul, fuq iż-żewġ naħat, kemm f’ Ta’ Kenuna fil-limiti tan-Nadur kif ukoll ħdejn

L-Għerien fil-periferija tal-Mellieħa u ma tul il-wied tal-Pwales ser ikollha tagħmel il-wisgħa. Din ser tispiċċa tkun trasformata f’toroq kif ukoll f’faċilitajiet għall-kontroll tad-dħul fil-mina. Magħhom imbagħad jiżdiedu pompi tal-petrol, kull naħa tal-mina.

Hu ċar, minn dak magħruf s’issa, li d-dħul għall-mina min-naħa ta’ Malta ser ikun viċin ħafna tal-ilma tal-pjan tal-Miżieb, jekk mhux dritt minn ġo fih ukoll! Dan l-ilma tal-pjan hu f’kundizzjoni tajba, l-aħjar wieħed fil-gżejjer Maltin. Din kienet ukoll waħda mir-ragunijiet ewlenin l-għaliex fil-passat riċenti kellhom ikunu abbandunati żewġ proġetti kbar fl-inħawi, dak tal-golf course u ieħor konness mat-toroq (in-network TEN-T).

Għandu jingħad ukoll li volum kbir ta’ traffiku ser ikun iġġenerat u dan ser jgħaddi viċin ħafna tar-riżerva naturali tas-Simar fix-Xemxija. Il-ħsejjes, id-dwal u t-tniġġiż tal-arja ser ikollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq ir-riżerva, b’mod partikolari matul il-lejl, ħin li fih in-natura ukoll tfittex li tistrieħ.

Dawn il-problemi li inevitabilment jinħolqu mill-mina għandhom iwasslu lil min hu rasu fuq għonqu biex ifittex soluzzjoni alternattiva biex titjieb il-konnettività bejn Għawdex u Malta. Soluzzjoni li tevita dawn il-problemi u iktar.

Ħa nkun ċar: il-konnettività bejn il-gżejjer ta’ Għawdex u Malta teħtieġ titjib konsiderevoli: is-soluzzjoni imma, mhiex il-mina. Is-soluzzjoni għandha tkun waħda li tiffaċilita l-moviment bejn il-gżejjer mingħajr ma żżid mal-problemi li diġa għandna. B’mod partikolari għandna nevitaw li nkabbru l-problema tat-traffiku iktar milli hi diġa. Dan nistgħu nagħmluh jekk niżviluppaw soluzzjoni li tnaqqas flok ma tkabbar id-dipendenza tagħna fuq il-karozzi.

Hu stmat li l-mina proposta ser iżżid il-medja kull jum tal-movimenti tat-traffiku bejn il-gżejjer mit-3000 tal-lum għal madwar 9000: żieda bi tlett darbiet fuq perjodu ta’ ħmistax-il sena. Wieħed ma jridx wisq għerf biex jifhem dawn iċ-ċifri, li nsibuhom ukoll fl-istudju ekonomiku kkummissjonat fl-2015 mill-Awtorità tat-Trasport u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija. Għax il-ħlas biex tgħaddi mill-mina ser jinġabar minn fuq kull karozza u allura d-dħul ser jiddependi mill-ġenerazzjoni tal-ikbar ammont possibli ta’ traffiku. L-eżistenza tal-mina tiddependi fuq dan: bla traffiku ma tistax teżisti. Dan imur kontra l-oġġettiv ewlieni tal-Pjan Nazzjonali tat-Trasport (National Transport Master-Plan 2025) li fi kliem mill-iktar ċar jispjega kemm it-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna hu l-mira fit-tul tal-politika tagħna dwar it-trasport.

Is-soluzzjoni meħtieġa trid tindirizza l-moviment tan-nies u mhux il-moviment tal-karozzi. L-unika soluzzjoni raġjonevoli allura hi l-introduzzjoni ta’ katamaran (fast ferry service) bejn Għawdex u Malta: bejn l-Imġarr f’Għawdex u punti varji mal-kosta f’Malta li jistgħu jinkludu x-Xemxija, Tas-Sliema u l-Belt Valletta. Ma dan imbagħad ikun hemm ħtieġa tat-titjib tas-servizz tat-trasport pubbliku minn fejn jieqaf il-katamaran għall-bqija tal-pajjiż.

Hu essenzjali li s-soluzzjonijiet li nagħżlu għall-problemi tagħna tat-trasport ikun jħarsu fit-tul ħalli nnaqqsu u mhux inżidu l-problemi li nħallu lil ta’ warajna.

Ippubblikat f’Illum: il-Ħadd 3 ta’ Frar 2019

The proposed Tunnel is not a solution: it is a problem

The proposed tunnel below the seabed linking Malta and Gozo will have considerable negative impacts on both Gozo and Malta. The most obvious one is the generation of around one and a half million cubic metres of bits of rock which will be dumped into our seas, kick-starting another environmental nightmare, land reclamation. The construction lobby has run out of space to “develop” on land. The Environment and Resources Authority has already started identifying potential sites. The residents of Xgħajra have good reason to be up in arms.

The problems associated with the proposed tunnel are manifold. Agricultural land around the two points of exit of the proposed tunnel will be gobbled up: at Ta’ Kenuna on the outskirts of Nadur, and close to L-Għerien, on the periphery of Mellieħa and further along the Pwales valley. This agricultural land will make way for the roads and toll-control facilities leading to the tunnel. Then, they will inevitably be complemented by more petrol stations.

On the basis of what is known so far, it is already clear that on the Malta side the tunnel will be bored through or very close to the Miżieb aquifer, which is still in a very good state – the only one on the island so graded. This fact has been one of the determining issues leading to the abandonment of other large scale projects in the area (the golf-course and part of the TEN-T network).

One could also add that a substantial amount of traffic will be channelled very close to the Simar Nature Reserve in Xemxija. The resulting noise, light and air pollution will have a considerable negative impact on the reserve, especially at night, a time when nature seeks its resting time.

The problems generated by the proposed tunnel are substantial. There is, however, a reasonable solution to the connectivity issue.

Let me be clear: connectivity between the islands of Gozo and Malta needs considerable improvement. The proposed tunnel, however, is not the solution. The solution should be one which facilitates movement between the islands without creating more problems than we already have! In particular, we should avoid worsening the traffic problem. This can be done if the solution we seek is not one which increases our car dependency.

It is estimated that the proposed tunnel will increase average daily traffic movements between the two islands from the current 3,000 to a projected 9,000 – a threefold increase estimated over a fifteen-year period. One immediately understands the purpose of these projections referred to in the feasibility study commissioned jointly by Transport Malta and the Gozo Business Chamber in 2015. The toll to be charged – and, consequently, the tunnel’s economic performance – is dependent on generating the maximum traffic possible. Traffic underpins the very existence of the tunnel. This runs counter to the basic objective of the National Transport Master-Plan 2025 which in crystal clear language spells out the reduction of cars from our roads as the long-term objective of Malta’s National Transport Policy.

The solution needs to address the movement of people between the islands, not the movement of cars. The only reasonable solution would be the introduction of a fast-ferry service between Gozo and Malta, between Mġarr in Gozo and various points in Malta, which would include Xemxija, Sliema and Valletta. This should be linked to an improvement in the public transport links between these points and the rest of the country.

It is essential that we seek long-term solutions to our transport problems, such that we do not leave future generations burdened by our problems.

published in The Malta Independent on Sunday – 3 February 2019