Earth Hour 2008

earthhour.jpg

Għada id-29 ta’ Marzu 2008 fit-8.00pm miljuni ta’ nies madwar id-dinja ser jesprimu l-preokkupazzjoni tagħhom dwar it-taqlib fil-klima (climate change) billi jitfu d-dwal b’appoġġ għal dik li qed tissejjaħ Earth Hour. Din hi inizzjattiva li ttieħdet mill-World Wildlife Fund u bdiet f’Sydney l-Awstralja s-sena l-oħra.

Jekk inti interessat, ghafas hawn u zomm ruhek aggornat. B’hekk tkun qed tnaqqas il-piż minn fuq ir-riżorsi tad-dinja, li qed jinħlew.