Is-Segretezza – L-ikbar għadu tad-demokrazija

Is-segretezza huwa is-suġġett li jittratta is-sit elettroniku intitolat EU Corruption, li tiegħu għadni kif żidt il-link fil-lista dejjem tiżdied fuq il-lemin. F’dan is-sit elettroniku hemm informazzjoni interessanti ħafna li tvarja minn informazzjoni dwar miżuri li ttieħdu fuq livell ta’ EU kontra abbużi finanzjarji għal informazzjoni dwar miżuri favur iktar trasparenza. Hemm ukoll appoġġ lil veduti minoritarji kif ukoll li dawk li huma vittmi ta’ ċensura. Huwa sit interessanti li forsi jkolli l-opportunita li nirreferi għalih iktar tard.