Issa nistennew

Fil-ħin li qiegħed nipprepara biex nitla’ n-Naxxar għall-għadd tal-voti, l-unika aħbar ġdida li hemm dwar il-proċess tal-votazzjoni hi li vvutaw inqas nies mis-soltu. Huwa kmieni biex dan il-fatt ikunu interpretat sewwa u fid-dettall.

Imma huwa xieraq li ngħid anke f’dan l-istadju li kontra dak kollu li ngħad mhux il-vot ta’ kulħadd ingħata l-istess piż f’din l-elezzjoni. L-emendi kostituzzjonali miftehma bejn iż-żewġ partiti fil-parlament assiguraw proporzjonalita stretta bejniethom u injoraw lil kulħadd.

Iffaċċjat b’din id-diskriminazzjoni li mhux il-voti kollha għandhom l-istess piż kien hemm numru ikbar mis-soltu li għażlu illi ma jivvutax.

  

Mill-bqija, issa nistennew u naraw.