HomeVisits f’Għawdex

imagesvg.jpg   

 

Fil-Blog ta’ Victor Galea, Segretarju Ġenerali ta’ Alternattiva u kandidat fuq Għawdex f’post bid-data tal-bierah il-Ħamis 28 ta’ Frar 2008 qal hekk :

 Wednesday:
I dedicated this day to home visits. At one point, we noticed a car following us while in Kercem. The people in the car thought that I am stupid. Of course I realised that one of the men was calling people via his mobile instructing families not to open the door. This was confirmed later by three families excusing themselves for not opening since they are ‘afraid’ from the three men in the car. How funny. The three men in the car were helping me acquire some new votes 🙂
These tactics are of old…..and self-destructive. When will these people learn?
  

Ċerti nies donnu ma jitgħallmu qatt. Fil-karozza li kienet qed issegwi lil Victor kien hemm ex Membru tal-Parlament Għawdxi !

Kompli għaddej Vic !

 

 

L-Audit Officer tal-MEPA jagħti raġun lill-Alternattiva Demokratika

adsmall.gif   mepa6.jpg

L-Audit Officer tal-MEPA f’’rapport maħruġ il-bieraħ wara nofsinnhar ta’ raġun lill-Alternattiva Demokratika li talbet li jiġi investigat il-ħruġ tal-permess PA 0554/06 mill-Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp (Diviżjoni A) tal-MEPA.

L-applikazzjoni saret minn Charles Polidano (iċ-Ċaqnu) biex jinbena Supermarket barra miż-żona ta’ l-iżvilupp (ODZ) fi Triq San Ġwann Ħal-Safi.

L-Audit Officer tal-MEPA ikkonkluda li :

1. Il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp ma mxietx mal-policies tal-MEPA meta ħarġet dan il-permess, u li l-istess Kummissjoni kienet unikament responsabbli ghall-irregolarita tal-ħruġ ta’ dan il-permess.
2. Il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp għandha tkun iċċensurata talli :
(a) bidlet ir-rakkomandazzjoni ta’ rifjut tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar mingħajr ma ġiebet raġunijiet validi ghal dan;

(b) ippermettiet il-ħruġ ta’ permess li jmur kontra l-policies stabbiliti mill-MEPA u approvati mill-Ministru;

(c) ħolqot preċedent li jippermetti żvilupp barra miż-żoni ta’ żvilupp kontra l-policy stabilita u in partikolari kontra l-pjan ta’ struttura u l-pjan lokali;

(d) injorat li dan l-iżvilupp kien jirrikjedi studju dwar l-impatt ambjentali.

3. Il-MEPA għandha tipproponi emenda għal-ligi li tagħmilha possibbli li permess ta’  żvilupp li joħrog bi ksur tal-policies fis-seħħ ikun irtirat.

Waqt Konferenza tal-aħbarijiet iI-bieraħ, jiena bħala l-kelliemi tal-AD dwar l-iżvilupp sostenibbli tlabt ir-riżenja immedjata tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp (Diviżjoni A). Ir-riżenja fil-fatt seħħet waqt li kienet qed issir il-Konferenza  Stampa stess. B’hekk refgħu r-responsabbilta ta’ egħmilhom.  

F’isem l-AD għamilt stedina lill-Ministru ta’ l-Ambjent George Pullicino, biex fil-ftit jiem li baqgħalu fil-kariga jieħu passi biex tissewwa l-ħsara li saret.

Ic-Chairperson ta’ AD Dr. Harry Vassallo qal li permess maħruġ illegalment bħal f’dan il-każ huwa invalidu u l-MEPA ghandha d-dmir li tieħu passi biex jieqaf ix-xogħol minnufih u tissewwa l-ħsara li saret. Alternattiva Demokratika hija lesta li tieħu l-passi legali kollha meħtieġa biex il-liġi tiġi rispettata. Dr. Gonzi irid jieħu passi immedjati biex ikun jista’ jikkonvinċi lil xi ħadd li jekk jieħu responsabbilta diretta għall-ippjanar wara l-elezzjoni ma jibqgħux iseħħu każijiet skandalużi bħal ma dan. Huwa ukoll għandu responsabbilta’ politika xi jġorr ghall-ħruġ ta’ dan il-permess irregolari liċ-Ċaqnu.

Il-Vot hu tiegħek

        p3caws837acaaty675ca54ctffcacgabf0ca11lvd3ca1003yncagu7ggscauswid1ca3kginwcam4nvqacakockfuca7z1rnrcavh49lvca3nac8kcajas5eoca9wwwufcajaogdicamomjkd.jpg       eucanak99ccaqbhdgpca4hkpx1caxcxm0ncaksu0oecat8onorca9gwql2cap1twfqcaef7mr1caou2xawcagi7q03ca5cqq3ecasw81i0caxl0xk3cahqyrhbca71s2e9caugwf2kcajmyuej.jpg

 

 

 

Il-vot hu tiegħek biss. Il-Partit Laburista m’għandux voti. L-anqas il-PN.

 

Ikollhom il-voti li n-nies tiddeċiedi li tagħtihom. Xejn iktar, xejn inqas.

 

Il-voti li ser iġġib l-Alternattiva Demokratika fl-elezzjoni li ġejja la huma ġejjin mill-PN u l-anqas mill-MLP. Iżda ġejjin mingħand dawk il-votanti li l-Alternattiva tirnexxielha tikkonvinċi.

 

L-Alternattiva ma tbeżża’ lil ħadd : la b’Alfred Sant, la bil-babaw u l-anqas b’Lawrence Gonzi. Il-parti l-kbira tan-nies titbissem meta jkun hemm min jipprova jbeżża’. Għax iż-żmien tal-biża’ ilu li għadda ħafna snin.

 

Min jipprova jbeżża’ tilef il-fiduċja li jikkonvinċi. Irid inessi dak li għamel billi jiddevja l-attenzjoni mid-difetti tiegħu għad-difetti ta’ ħaddieħor. 

 

L-AD, li f’isimha jiena kandidat tistiednek biex tivvota b’konvinzjoni. Mhux kontra min ma taqbilx miegħu, iżda favur dak li taqbel. 

Gvern ta’ Koalizzjoni

 

hor_gray1.jpg

 

 

Gvern ta’ Koalizzjoni jfisser Gvern flimkien bejn żewg partiti politiċi differenti jew iktar. Partiti li fil-waqt li ma jaqblux f’kollox kapaċi jidentifikaw dawk l-oqsma li jistgħu jindirizzaw flimkien għall-ġid tal-pajjiż. 

Ilu ma jkollna Gvern ta’ Koalizzjoni f’pajjiżna sa minn qabel ma twelidt jien. B’daqshekk ma jfissirx li dan m’huwiex possibli li jsir. Ifisser biss li sal-lum ghal iktar minn ħamsin sena kellna Gvernijiet ta’ partit wieħed li mexxew waħedhom. 

Kellna Gvernijiet li jikkuntrastaw, wieħed wara l-ieħor. Gvern favur is-sħubija mal-Unjoni Ewropea kien segwit b’ieħor li kien kontra s-sħubija u ffriża l-applikazzjoni. Biex ftit wara reġgħet inqalbet il-folja. Jista’ jibqa’ jkollna gvernijiet li jikkuntrastaw bil-goff b’dan il-mod ? B’politika li titbandal minn favur għal kontra u lura ?   Għandna bżonn li f’pajjiżna nxettlu politika ta’ kunsens. Politika li dwar materji fundamentali  tista’ twassal lill-partiti fi qbil kif ġja sar fuq il-leġislazzjoni finanzjarja tul is-snin.   

Bl-Alternattiva Demokratika bħala parti minn Gvern ta’ Koalizzjoni ġimgħatejn oħra jfisser illi jkollna Gvern li jaħdem biex jagħmel suċċess mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Ifisser ukoll illi jkollna Gvern li mhux biss jitkellem favur l-ambjent iżda jaħdem il-ħin kollu b’mod li jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tagħna lkoll.  

Fuq kollox Gvern ta’ Koalizzjoni jfisser illi għall-ħames snin li ġejjin ma jkollniex partit politiku li għandu poter assolut. Għax il-poter ikun f’idejn żewġ partiti, t-tnejn għassiesa li ħadd ma jabbuża.

L-iskandlu tal-kirjiet ikkontrollati

housing-authority-tn.jpg

Il-bieraħ ħadt sehem f’konferenza stampa tal-AD dwar ir-riforma meħtieġa fil-liġijiet tal-kera. Riforma li iha fuq l-ixkaffa għal dawn l-aħħar 63 sena.

Il-liġijiet tal-kera kif inhuma jitfgħu l-piż fuq is-sidien tal-propjeta’. L-effett huwa li qed tingħata protezzjoni lil kull min jokkupa post b’titlu ta’ kera irrispettivament jekk għandux bżonn din il-protezzjoni jew le. Huwa fatt magħruf li fil-pajjiż hawn bosta sinjuruni li qed jokkupaw propjeta b’titlu ta’ kera u jħallsu kera miżerabbli għal dan l-iskop. Il-protezzjoni għandha tingħata lil min verament għandu bżonn biss. Għandu iżda jkun l-istat permezz tal-Awtorita’ tad-Djar li jagħti din il-protezzjoni. Is-sitwazzjoni attwali hi li huma s-sidein li qed jissussidjaw kemm il-housing soċjali kif ukoll ir-residenti ta’ xi sinjuruni permezz tal-kirjiet ikkontrollati.
 
Alternattiva Demokratika fil-Parlament bħala parti
minn Gvern ta’ koalizzjoni tassigura li jsiru l-emendi neċessarji għall-liġijiet tal-kera. Mhux biss biex tingħata l-għajnina lil min verament għandu bżonn iżda ukoll biex b’hekk ikun jista’ jerġa’ jinħoloq is-suq tal-kera u jkun possibli li jerġgħu jidħlu gradwalment fis-suq it-53,000 dar vojta. Fl-aħħar ikun possibli li jibda jonqos il-bini bla waqfien kif ukoll it-twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid ta’ propjeta’ f’kull rokna ta’ Malta.
(ara stqarrija AD fuq http://www.alternattiva.org.mt/page.asp?n=newsdetails&i=11074 )

Manifest taż-Żgħażagħ AD

adz_logo.gif

 

Il-ġimgħa l-oħra ż-Żgħażagħ tal-Alternattiva Demokratika  ppubblikaw Manifest Politiku li jiġbor fih proposti għal azzjoni mifruxa fuq 40 paġna. Il-proposti tagħhom huma miġbura taħt tlett titli : l-ekonomija, l-politika soċjali u l-ekoloġija.

Il-Manifest sħih jista’ jinqara b’mod elettroniku :

http://www.alternattiva.org.mt/filebank/documents/ADZ%20Youth%20Manifesto%202008.pdf.

 

Dan il-Manifest jirrifletti fuq kif iż-Żagħżagħ f’Malta qed jiffaċċaw il-futur u jidentifika l-proposti ta’ azzjoni meħtieġa biex il-politika tkun ta’ katalist : tgħin liż-żagħżagħ iwettqu  l-ħolma tagħhom.

B’sodisfazzjoni osservajt li l-Manifest taż-Żgħażagħ AD jirnexxielu jinseġ flimkien il-poltika soċjali u ambjentali u b’hekk iwassal messaġġ importanti li l-politika ambjentali hi għodda utli għat-twettiq ta’ gustizzja soċjali ukoll .  

Tbissima

 

logo2008_web7.jpg

 

Bilfors titbissem meta taqra dak li qiegħed jinkiteb u jingħad dwar il-Koalizzjoni.

 

In-nies fil-kwiet ta’ djarhom qed jaqraw u jisimgħu dak li qiegħed jingħad. Fiż-żjarat li qed nagħmel fid-djar qed tirriżulta realta oħra .

In-nies hi konxja iktar minn qatt qabel li l-presenza tat-tielet Partit fil-Parlament hi essenzjali bħala għodda ta’ kontabilita.

 

Il-Messaġġ dwar l-Impjant tal-Iskart f’Sant Antnin Marsaskala

2270447737_c88323acde2.jpg

Il-Messaġġ dwar l-impjant ta’ riċiklaġġ tal-iskart f’Sant Antnin Marsaskala wasal ċar għand kulħadd. Allura dawk li ma għoġobhomx minflok ma jiddiskutu l-messaġġ qed jattakkaw lili ! Xejn ġdid f’dan.

 

Huwa utli għaldaqstant li nwieġeb uħud mill-attakki li saru :

 

1)      qalu li r-rapport huwa tiegħi u allura ma jiswiex : filwaqt li l-investigazzjoni għamiltha jiena (kif għamilt ħafna oħrajn) dan ir-rapport kien approvat mill-Perit Joe Falzon u mibgħut lill-MEPA iffirmat minnu; huwa rapport preliminari li jispjega x’investigazzjoni saret u l-konklużjonijiet relevanti;

2)      qalu li qed nipprova nieħu xi vantaġġ personali : ir-rapport ippubblikajtu issa minħabba li l-Gvern injora l-fatt illi hemm numru ta’ appelli kif ukoll kawżi pendenti; biex jiġi ippubblikat ir-rapport il-MEPA tippretendi li jispiċċaw il-kawżi, imma biex jibda jaħdem l-impjant ħadd ma stenna li l-kawżi jispiċċaw;

3)      qalu li l-Alternattiva Demokratika ma tridx li jkun hemm impjant tar-riċiklaġġ tal-iskart : din ħrafa oħra; l-AD hi konxja dwar l-obbligi li Malta għandha biex tnaqqas l-ammont ta’ skart ġġenerat u mitfuħ fil-miżbliet; l-AD kienet u għadha kontra l-impjant kif propost; hi kontra l-mod kif l-awtoritajiet irromblaw minn fuq ir-residenti;

4)      qalu li r-rapport jgħid li d-deċiżjoni dwar l-għażla tas-sit hi tajba : ir-rapport jgħid affarijiet differenti minn hekk; jgħid li ma sarx sforż biżżejjed biex jinstab sit alternattv kif ukoll li l-uniku sit li seta kien tajjeb dak f’Ħal-Far ġie skartat mingħajr ma ngħataw raġunijiet tajba għal dan; jekk il-MEPA kienet konxja li kien hemm diffikulta biex tinstab art ta’ daqs tajjeb ħalli fiha jsir l-impjant kellha toqgħod ħafna iktar attenta biex tispjega sewwa dak li għamlet;

5)      intqal li l-Ministru kellu l-obbligu li jieħu sehem fil-laqgħat : dan m’huwiex veru; il-MEPA twaqqfet (fost affarijiet oħra) biex il-politiku ma jieħux sehem fil-ħruġ tal-permessi; l-anqas dawk li jikkonċernaw lill-Gvern; kien l-obbligu tal-Bord tal-MEPA li jara li l-affarijiet jimxu sewwa u l-Ministru ma kienx hemm bżonn li jindaħal;

  Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal huwa tajjeb li ngħid mill-ġdid li l-AD trid li jsiru malajr kemm jista’ jkun l-istudji li għadhom ma sarux, jiġifieri dawk dwar is-saħħa, dwar l-impatt fuq il-kwalita’ tal-arja u l-irwejjah. Huwa meta jkunu saru dawn l-istudji li jkunu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar x’inhu meħtieġ li jsir iktar fl-impjant ta’ Sant Antnin Marsaskala.  Imma fuq kollox huwa meħtieġ illi  l-iżbalji li saru f’Marsaskala ma jsirux fiż-żewġ impjanti l-oħra li ghad iridu jsiru.

Mill-blog ta’ George Pullicino

gonzigeorge.jpg    

 

 

Fil-blog tiegħu George Pullicno (http://georgepullicino.blogspot.com/) nhar il-Ħadd 17 ta’ Frar 2008 kiteb hekk :

 “Illum wara nofsinhar kien hawn min ħaseb li billi jippubblika rapport mhux finali ta’ l-uffiċċju ta’ l-awditur tal-MEPA, kien ser iħammarli wiċċi. Jien mhux talli ma ħammarlix wiċċi, talli jien kburi li qdejt ir-responsabilitajiet tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-imaniġġjar ta’ l-iskart biex nevitaw li pajjiżna jgħaddi minn dak li għaddejjin minnu pajjiżi ġirien tagħna.” 

Xejn ma niskanta li wiċċu m’għadux jiħmar. Kollox jindara!

 

Fis-snin 70 il-Ministru Soċjalista inkarigat mill-Ippjanar kien jabbuża u jindaħal fejn ma jesgħux kif ġie ippruvat fil-Qrati Maltin. Imma dakinnhar ma kienx hemm istituzzjonijiet.

 

Illum hemm l-istituzzjonijiet. Pullicino hu responabbli biex illum fl-2008 dawn l-istituzzjonijiet huma bla snien. B’hekk meta jindaħal min  ma jesgħux, bħalu, ħadd m’hu kapaċi jiddefendi l-interessi tal-pajjiż.

 

Il-problema hi li hu kburi b’dak li għamel. X’aktarx li għadu ma fehem xejn dwar il-ħsara li għamel !

Il-Membru Parlamentari

hor_gray.jpg

Din m’hiex elezzjoni dwar min ser ikun Prim Ministru għall-ħames snin li ġejjin biss. Hi fuq kollox l-elezzjoni tal-65 membru tal-Parlament Malti.

Irrispettivament minn min ikun Prim Ministru huwa neċessarju li kull wieħed mill-64 membru l-oħra tal-Parlament ikun kapaċi jiftaħ ħalqu fuq dak li qiegħed jiġri madwaru. Irid ikun kapaċi jkun kritiku b’mod oġġettiv.

Jekk dan iseħħ hu rrelevati min ikun il-Prim Ministru. Għax b’ Membri Parlamentari ta’ stoffa l-ebda Prim Ministru ma jissogra jagħlaq għajnejh għal dak li jkun qiegħed jiġri madwaru.

  

Din hi waħda mir-raġunijiet li mmotivatni nerġa’ nikkontesta l-elezzjoni ġenerali, din id-darba f’isem l-Alternattiva Demokratika.