Illum jum ta’ riflessjoni. Biex taħseb ftit dwar dak kollu li intqal matul il-kampanja elettorali. Mhux biss, iżda dak li ntqal qabel ukoll.
Inti u tirrifletti tajjeb li tiftakar illi l-vot huwa tiegħek. Ma hu ta’ ħadd ħlief tiegħek. Għaldaqstant huwa inti li trid tiddeċiedi x’ ser tagħmel bih, ħadd iktar.
Għamel użu tajjeb minnu u permezz tiegħu agħti l-appoġġ tiegħek lil dak il-partit li taqbel miegħu. Tivvutax kontra dak il-partit li ma taqbilx miegħu, iżda favur il-partit li tħoss li huwa l-aħjar fost dawk li ppreżentaw ruħhom.