Wied il-Qlejja – Chadwick Lakes

chadwick_lakes.jpg

Alternattiva Demokratika illum żaret Wied il-Qlejja (Chadwick Lakes). Kien mistieden Alfred Baldacchino ekologista, li spjega il-karatteristiċi bijoloġiċi u ambjentali tal-Wied. 

Hemm telqa’ kbira. Ħitan tas-sejjieħ imwaqqa’, fdalijiet ta’ picnics u ħsarat fl-ilqugħ tal-ilma. 

Hemm ħtieġa ta’ riabilitazzjoni tal-widien bil-galbu. B’mod li tirrispetta l-karatteristiċi ekoloġiċi Maltin.  

M’hemmx posthom siġar ta’ speċi invażivi bħall-Acacia, ir-Riġnu u l-Ewkaliptus, ilkoll siġar li issibhom f’pajjiżi oħrajn li iżda m’ħumiex tajbin għall-ambjent tagħna. 

Wasal iż-żmien li tibda din ir-riabilitazzjoni. Teħtieġ il-volonta’ li ssir, ir-riżorsi u l-allokazzjoni ta’ nies li jifhmu. Dan m’huwiex xogħol li jsir bil-gafef u inġenji oħra kbar. Irridu nirrispettaw lin-natura, il-ftit li baqa’ f’din l-art ħelwa.