Malta fid-dlam …………kif tista’ ma tkunx pożittiv?

candlelight

Il-bieraħ fl-eqqel tal-istaġun turistiku, l-impjant tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f’Delimara iddeċieda li jagħmel shutdown. Dlam ċappa ma kullimkien.

S’issa intqal li dan kien ikkawżat minn ħsara f’wieħed mill-units tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara kif ukoll minn splużjoni fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-Marsa.

Naħseb li għadu kmieni biex ikun spjegat eżattament x’ikkawża dan kollu, pero hu ċar li dan qed jagħti l-agħar messaġġ possibli  fl-eqqel tal-istaġun turistiku.

Bla dubju ser jingħad li ħadd ma jista’ jagħti garanzija assoluta li ma jkunx hemm inċidenti. Dan hu veru. Pero hu veru ukoll illi pajjiżna għandu jkun ippreparat aħjar u inċidenti bħal dawn għandna nkunu ippreparati aħjar għalihom.

Tista’ tkun pożittiv meta Malta kienet totalment fid-dlam għal numru ta’ siegħat? Tista’ tkun pożittiv meta fl-eqqel tal-istaġun turistiku ajruplani bil-passiġġiera fi triqithom lejn Malta kellhom jinżlu fl-airports oħra fil-viċin?

Dan hu reklam ħażin għal Malta u dwaru ma nafx kif tista’ tkun pożittiv.

Ovvjament il-Ministru għal-Enerġija jrid jerfa’ ir-responsabbilta’ politka għal dak li ġara.  Biex inkunu pożittivi dwar dan ukoll, bla dubju l-Onorevoli Konrad Mizzi ser jispjegalna fis-siegħat li ġejjin kemm qiegħed jaħdem bla waqfien biex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Shame on You li tippretendi li jirreżenja l-Ministru!

Advertisements

2 comments on “Malta fid-dlam …………kif tista’ ma tkunx pożittiv?

  1. Karm, trid tara l-aspett pozittiv taghha dan il-qtugh tad-dawl. Il-haddiema ma setux imorru jixorbu fir-restoranti u l-bars. Allura ma kienx hemm periklu li jixorbu zzejjed u jmorru d-dar ghajjenin. lanqas dawn ma setu jmorru jaghmlu xi sport jew xi gim u ghalhekk ma setux iweggu lanqas. fit-triq minajr dwal kellhom isuqu b’aktar attenzjoni u ma seghux lanqas iweggu. U dan kollu jghin biex ma jkunx hemm possibilta li dawn l-ghada jitolbu sick leave. jigifiri li dan il-qtuh ta dawl jaqbel lil min ihaddem biex inaqqas il-possibilta li l-haddiema ma johorgux bis-sick leave.

  2. Inzertajt kont tas-Sliema fil-hin tal-qtugh tad-dawl, u nnutajt li aktar minn 80 fil-mija tar-ristoranti ma kellhomx generator.

    Fl-opinjoni tieghi, l-MTA ghandha terga tirrevedi l-klassifikazzjoni ta KULL RISTORANT U TNAQQASLU STILLA JEKK ISSIBU MINGHAJR GENERATUR LI JOPERA F’KAZ TA QTUGH TAD-DAWL.

    Mas-sigurta tal-individwi, ma tistax timxi biz-zizi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s