Waqt li Joseph jilgħab bis-silġ …………….

 

joseph_muscat_konrad_mizzi_ice_bucket_challenge

Waqt li f’Malta l-Prim Ministru u l-Kabinett tiegħu flimkien ma diversi personalitajiet oħra qed jilgħabu bis-silġ,  fil-Libja, wara biebna hawn ħuġġieġa.

George Vella f’intervista l-ġimgħa l-oħra fisser kemm din il-ħuġġieġa fil-Libja hi ta’ theddida għal Malta. In-newtralita’ ta’ Malta, qal George Vella, kif inhi dikjarata fil-Kostituzzjoni ma tiswiex il-karta li hi miktuba fuqha.

Għandna bżonn naħsbuha sewwa dwar x’ser nagħmlu dwar id-difiża tagħna u dan għax aħna vulnerabbli.

Sa issa kellna skiet komplet dwar l-intervista ta’ George Vella.

“Wasal iż-żmien” qal Vella, “li nirrevedu dak li iddeċidejna dwar id-difiża ta’ Malta. Dak li kien jgħodd fis-snin 80 m’għadux jgħodd illum.”

Ikun ferm aħjar kieku flok mal-Prim Ministru jibqa’ jilgħab bis-silġ jipprova jindirizza din il-materja.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin qed jgħid lil Muscat li Malta m’għandha l-ebda difiża sura. Imma Muscat jippreferi li joqgħod jilgħab bis-silġ.