Issa mhux fuq l-isfidi tas-silġ.
Imma fuq l-għajdut persistenti li jidher li issa jmiss li tkun Kemmuna li titħarbat. It-triq illegali li saret f’Kemmuna u li ħadd ma nduna biha hi biss il-bidu.
Wara l-ispekulazzjoni ta’ kull rokna u toqba ta’ Malta jidher li dal-waqt tmiss id-daqqa ta’ Kemmuna. Jidher li qed jinħema l-ħsieb li jwaqqgħu u jiżviluppaw mill-ġdid il-Lukanda ta’ Kemmuna u l-bungalows ta’ madwarha. Hemm min investa u issa jrid isarraf l-investiment li għamel. Għax l-investiment jeħtieg li jirrendi, mhux hekk?
Ħa naraw x’inhu ġej.