Attrazzjoni turistika: Malta fid-dawl tax-xemgħa

candlelight2

 

Hemm ħtieġa urġenti li nitgħallmu nkunu pożittivi. Ankè minn inċident serju bħall-ħsara li żviluppat fil-Power Station fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta 12 u l-Erbgħa 13 t’Awwissu hemm ħafna x’nitgħallmu.

Malta fi dlam ċappa jew Malta fid-dawl tax-xemgħa?

Flok tisħet id-dlam mhux aħjar tixgħel xemgħa, forsi nkunu nistgħu nirreklamaw lil Malta bħala a candlelight destination. Malta romantika. Inkella, kif tista’ tmur lura fiż-żmien waqt li tkun membru tal-Unjoni Ewropeja?

Speċi ta’ Burkina Faso fil-Mediterran. Tistħajlek qiegħed f’Ouagadougou fil-kwiet, fis-sliem, serħan il-moħħ u fi dlam ċappa.

Problema waħda biss kien hemm. Jidher li bħala pajjiż m’aħniex ippreparati  għal dawn l-inċidenti.

Il-Marsa, Ħal-Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi u postijiet oħra, dal-għodu l-Erbgħa kien għad ma kienx hemm provista ta’ elettriku. Fis-seklu 21 dan m’huwiex aċċettabbli.

L-anqas ma huwa aċċettabbli li l-unika airport tagħna – dak tal-Gudja –  li għal xi ħin matul il-lejl għalaq, m’għandux pjan ta’ kontinġenza f’każ li ma jkollux provista diretta tal-elettriku.

L-inċident fil-power station hu serju ħafna. Li l-Korporazzjoni Enemalta iddum ma tirrimedja hu serju ukoll. Imma li l-MIA jkollha tagħlaq l-airport huwa ta’ gravita’ kbira. L-ebda pożittivita’ ma tista’ tirrimedja għal din il-ħsara kbira.

Hemm ħafna mistoqsijijiet li jeħtieġu tweġiba immedjata.

Il-Korporazzjoni Enemalta trid tispjega dwar xi programm ta’ maintenance għandha għall-impjanti kollha li topera. Trid tispjega x’miżuri ħadet u x’miżuri qed tieħu biex tantiċipa l-ħsara, kif ukoll għaliex il-ħsara tal-lejl li għadda ma kienitx antiċipata.

Fil-waqt li naċċetta li l-ħsara tista’ tiżviluppa f’daqqa mingħajr ma jkun possibli li tidentifika din il-ħsara minn kmieni jrid ikun ċar x’għamlet u x’qed tagħmel l-Korporazzjoni Enemalta biex tantiċipa.

Huwa importanti ukoll li l-Korporazzjoni Enemalta tkun kapaċi tirrimedja f’ħin qasir kull ħsara li tista’ tiżviluppa u dan għax din il-ħsara lill-pajjiż tiswielu ħafna. Tiswa’ mhux biss fi flus imma tiswa’ ħafna iktar f’reputazzjoni ħażina li tagħmel ħsara kbira fit-tul lill-pajjiż kollu.

Ma nistgħux inkunu l-Burkina Faso tal-Mediterran.

Hemm bżonn ukoll li l-Airport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) jispjega għaliex kien neċessarju li għal xi ħin jingħalaq l-ajruport  b’diversi ajruplani jinżlu f’ Catania, Trapani jew Palermo.  Għaliex l-MIA ma kelliex aċċess għal provista alternattiva tal-elettriku? Mela veru li f’idejn il-privat l-airport flok mar il-quddiem mal-lura?

L-impatt tal-egħluq tal-ajruport għamel u ser jagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ dan il-pajjiż. Inutli li l-Awtorita tat-Turiżmu tonfoq il-miljuni biex tirreklama lill-Malta għax ir-reklam tal-Korporazzjoni Enemalta u l-MIA jinnewtralizzhom kollha.

Fid-dawl (jew fid-dlam) ta’ dan kollu kif tista’ tkun pożittiv?

L-inkompetenza u d-delettantiżmu fit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż fil-livelli kollha tiegħu qed teqirdu ftit ftit.

Advertisements

4 comments on “Attrazzjoni turistika: Malta fid-dawl tax-xemgħa

  1. Naqbel Karm. Imissek issemmi li l-MIA ghandha il fondi biex tizviluppa ufficini ghal uzu ta terzi (li ma ghandhomx x’jaqsmu xejn ma l-Ajru) fuq art bis-soldi committed ghal Avjazzjoni (minghajr bzonn ta permessi mil MEPA?) izda ma kellhomx flus fuq manutenzjoni ta stand-by generator li kien ilu jahdem pinna min zmien l-Inglizi fil Wied il Kbir taht il Handaq. Tislijiet. Joey

    • Fuq art agrikola se jsir dan izvilipp? Nahseb din hi l-idea ‘forward looking’ li noholqu Malta as an air traffic hub? Hub fid-dlam? ghaliex le? Hemm xi hadd li ghamel studju jekk il-‘carrying capacity’ tal-‘utilities’ tal-pajjiz jifilhux dan il bini sfrenat li qieghed issir?

  2. It’s a disgrace that there is no contingency plan for the airport just in case there is a power outage. I would say a head or two should roll. The minister for Energy comes to mind. But he probably is too busy counting the euros his wife brings us just because she happens to be Chinese.

  3. Hemm fattur iehor aktar gravi li s’issa hadd ma tkellem dwaru. Tul il-hin bejn il-qtugh tad-dawl sal-11 ta bil-lejl, is-servizz tat-telefonija tal-Melita, ma hadimx.

    Dan ifisser li f’kaz ta terrimot klijent tal-Melita ma jkunx jista jcempel ghal-ambulanza jew jikkuntattja lil drabatu f’mumenti danstant delikati u importanti.

    Hsara f’power station tista b’xi mod tanticipaha u tiehu hsieb biex tevitaha kemm jista jkun……imma terrimot le.

    Imma ezatt wara terrimot, l-ewwel haga li tfittex ikun it-telefon. Jekk is-servizz ma jahdimx f’waqt tant delikat, il-konsegwenzi jistghu ikunu fatali.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s