L-Italja, pajjiż ieħor, bħal Malta, fejn kollox (jew kważi kollox) jgħaddi.
Fil-Belt ta’ Firenze ġiethom l-idea li forsi xi darba jkunu jistgħu jattakkaw l-egħruq tal-korruzzjoni. Dan ser jippruvaw jagħmluh billi jindirizzaw l-affarijiet żgħar. Meta bil-kalma tħares lejn abbużi żgħar u tindirizzhom hemm iċ-ċans li dak li jkun jiżviluppa perspettiva aħjar ta’ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Meta l-irregolaritajiet iż-żgħar nibdew nindirizzawhom imbagħad ikun ftit inqas diffiċli li nindirizzaw l-affarijiet il-kbar.
Jekk uffiċjal pubbliku jgħin ħabib jieħu kuntratt, b’daqshekk x’ġara? Ġara ħafna, anke jekk ma jkunx hemm ħlas ta’ flus fin-nofs. Għax li ma tagħmilx dmirek hu nuqqas fil-konfront tal-uffiċċju li tokkupa. X’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, fl-Italja u f’Malta ukoll, qiesha biċċa lastiku li tiġġebbed kemm ikun hemm bżonn. Tant tiġġebbed li fl-aħħar ma tibqax tingħaraf għax titlef il-forma oriġinali tagħha.
Għalhekk, allura, din l-inizzjattiva tal-Belt ta’ Firenze. Il-korruzzjoni max-xtut tal-Mediterran hi parti mill-kultura. Għandha egħruq kultant ftit fondi. Hemm bżonn niġġieldulha b’modi ġodda. Għalhekk il-lezzjonijiet tal-privat dwar il-korruzzjoni huma idea tajba.
Tkun ħaġa tajba jekk mhux biss jattendu l-għola uffiċjali pubbliċi, iżda ukoll il-membri tal-Kabinett.
Ara ukoll l-artiklu fil-Guardian intitolat: Florence hosts Italy’s first anti-corruption class for public officials.