Is-sunnara ta’ Simon imsadda

Two rusted fish hooks, isolated on white with shadow

Il-PN qed ifittex li jagħmel alleanzi ma dawk ta’ rieda tajba. L-ewwel ipprova bl-ambjent u issa qed jipprova jkompliha bil-governanza tajba. Sfortunatament kultant ikun hemm min jibla s-sunnara.

Kultant qiesu jrid jgħid li min ma jaqbilx miegħu m’għandux rieda tajba.

Tajjeb li nifhmu li attività pubblika ma ssirx nazzjonali għax tkun imlaqqma hekk mill-PN. Għax fil-waqt li l-PN għandu kull dritt li jitkellem u jsemma’ leħnu fuq kull suġġett taħt il-kappa tax-xemx, ma għandu l-ebda dritt li jipprova jitkellem f’isem kulħadd. Dan apparti l-fatt li l-PN mhux kredibbli minħabba l-passat riċenti tiegħu.

Konrad Mizzi żbalja. Bħala minimu fforma ġudizzju żbaljat (error of judgement) għax ma fehemx il-gravità tal-għażliet li għamel. Miegħu żbalja Joseph Muscat għax iddefendieh fil-pubbiku flok ma xkupah il-barra mill-Kabinett. Dan apparti li l-ispjegazzjonijiet mogħtija minn Konrad Mizzi xejn ma huma kredibbli.

Nieħu pjaċir naqra l-kitba ta’ uħud li jridu jnaddfu l-Partit Laburista minn ġewwa. Jagħmlu tajjeb li jippruvaw. Jekk jirnexxilhomx jew le ma nafx. Naf biss li kien hemm oħrajn qabilhom li ppruvaw. Damu 25 sena jippruvaw u meta ħasbu li kienu waslu irrealizzaw li kienu għadhom bil-kemm bdew.

Kullma jixtieq jagħmel il-PN f’dan il-mument partikolari hu li jikkapitalizza mis-sitwazzjoni u jippreżenta ruħu bħala tarka unika. Fir-realtà is-sunnara ta’ Simon perikoluża, għax hi sunnara bis-sadid.

Il-PN mhux kredibbli u dan in vista ta’ kif mexa meta kien iffaċċjat b’każi ta’ imġieba ħażina tal-politiċi nazzjonalisti fil-passat riċenti.

Minflok iktar konfronti li ma jwasslu imkien għandna bżonn djalogu ġenwin li jirrispetta l-intelliġenza tan-nies. Id-dimostrazzjoni  kienet l-għodda politika tal-bieraħ. Suppost imxejna l-quddiem.

Min-naħa l-oħra, l-aspirazzjoni li nkunu l-aqwa fl-Ewropa ma tintlaħaqx bl-attitudni ta’ xejn m’hu xejn iżda bl-eżempju fl-imġieba, eżempju li jibda minn fuq nett. Għax il-ħuta minn rasha tinten.

 

 

Advertisements

One comment on “Is-sunnara ta’ Simon imsadda

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s