Din l-isfida tas-silġ hi kollha bluha.
Li tgħin lil min jeħtieġ l-għajnuna hu għan nobbli. Li tgħin ir-riċerka biex jinstab fejqan għal mard jew għal kundizzjoni li qed tagħmel il-ħajja ta’ diversi persuni miżerabbli, huwa tajjeb ukoll.
Ħadd ma qatt jista’ jkun kontra dan.
Imma l-flus li jinġabru minn kampanja li għaddejja bħalissa favur riċerka immexxija mill-ALS Association (Amyotrophic Lateral Sclerosis Association) huma flus li ser jintużaw f’riċerka li issir fuq l-annimali u fuq l-embrijuni (embryonic stem cell research).
Dan hu fatt li t-tejatrin ta’ dawn il-jiem ma infurmakhomx bih. U dan apparti l-ħela tal-ilma!
Għal iktar informazzjoni ara: