Riforma tal-Awtorità tal-Ippjanar

Il-Prim Ministru Robert Abela, fid-diskors tiegħu tal-Ewwel ta’ Mejju, qal li ser jagħti bidu għal riforma fil-qasam tal-ippjanar tal-użu tal-art. Ftit li xejn ta’ dettalji. Fi kliemu, imma, kien ċar li kien qed jipprova jsewwi l-ħsara li rriżultat mill-kritika li saret f’dawn il-jiem minn żewġ Sindki Laburisti. Wieħed minnhom (Christian Zammit – Sindku tax-Xagħra) irriżenja, għax xebbgħuh. L-ieħor, Conrad Borg Manché, Sindku tal-Gżira, baqa’ għaddej. Idu msaħħa riżultat ta’ rebħa fil-Qrati li kellu kontra l-Awtorità tal-Artijiet u d-deċiżjoni tagħha li tieħu lura biċċa mill-ġnien tal-Gżira biex tagħmel il-wisa’ għal pompa tal-petrol.

Bħas-soltu, l-Partit Laburista jipprova jingħoġob ma’ kulħadd. Il-Mexxej tal-Partit Laburista ifaħħar l-impenn ambjentali taż-żewġ sindki. Imma oħrajn fit-tmexxija tal-partit, fl-istess ħin, kontinwament jiddefendu lil min qed jagħmlilhom xogħolhom bħala sindki diffiċli.

Il-problema bażika tal-Awtorità tal-Ippjanar hi li kontinwament tinjora ir-regoli tal-ippjanar tagħha stess. Għal din ir-raġuni, din il-ġimgħa stess, il-Qorti tal-Appell ħassret żewġ deċiżjonijiet oħra tal-istess Awtorità tal-Ippjanar.

Ir-residenti, kif ukoll uħud mill-kunsilli lokali, kontinwament qed isemmgħu leħinhom kontra kull xorta ta’ deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-permess għall-iżvilupp mill-ġdid tal-villaġġ tal-Mistra kien ħareġ għall-ewwel darba fl- 2013 għal żvilupp b’għoli ta’ tnax-il sular. Ir-residenti opponew it-tiġdid ta’ dan il-permess minħabba li dan mhux kompatibbli mar-regoli tal-ippjanar li huma fis-seħħ illum. It-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) ma aċċettax l-appell tar-residenti, imma l-Qorti tal-Appell waqqfet kollox u bagħtet il-file lura biex il-każ ikun eżaminat mill-ġdid. Dan, il-Qorti għamlitu, għax ikkonkludiet li t-talbiet tar-residenti ma ġewx eżaminati sewwa mill-EPRT.

Fid-dawl ta’ din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ikun floku li wieħed jistaqsi “il-għala, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-ippjanar, kontinwament jinjoraw ir-regoli”? Xi snin ilu kien l- Ombudsman innifsu li wasal għall-istess konklużjoni.

Dan il-kaz mhux xi eċċezzjoni!

Nhar l-Erbgħa, l-Qorti tal-Appell, tat deċiżjoni oħra, din id-darba dwar żvilupp fil-Mellieħa. Aċċettat appell li sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u ħassret permess ta’ żvilupp għal-lukanda (bil-faċilitajiet anċillari għaliha) liema permess kien inħareg f’żona fejn dan l-iżvilupp ma jistax isir ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Din il-lukanda ta’ tmien sulari hi konnessa mal-interessi tal-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli.

L-applikazzjoni għall-ewwel kien hemm il-parir dwarha (bil-miktub) biex din tkun rifjutata. Imma l-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp ma qablitx ma’ dan u approvat il-ħruġ ta’ permess. Dan il-permess ġie ikkonfermat ukoll mit-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar  (EPRT). L-EPRT l-anqas ma qabel li joħroġ ordni biex ma jsirx xogħol fuq is-sit sakemm jinqata’ l-appell. Riżultat ta’ hekk, il-lukanda li issa tilfet il-permess għax dan ġie mħassar mill-Qorti tal-Appell hi issa lesta u mibnija! Ser ikunu meħtieġa alterazzjonijiet sostanzjali u probabbilment partijiet minn dik li hi lukanda jkollhom jitwaqqgħu minħabba li dan l-iżvilupp ibbenefika minn bonus ta’ żewġ sulari extra li jingħataw għall-iżvilupp tal-lukandi! Jiġifieri dawn kellhom żieda ta’ żewġ sulari fuq dak li hu normali f’dawn iż-żoni! Dawn iż-żewġ sulari ma’ jistgħux ikunu approvati f’ċirkustanzi oħra. GħaIhekk ikollhom jaqgħu!

Dan kollu juri kemm hu possibli li bir-regoli tal-ippjanar tal-lum (anke jekk hemm bosta difetti fihom) xorta hu possibli li wieħed jasal għal deċiżjonijiet raġjonevoli kif uriet il-Qorti tal-Appell!  Ovvjament id-deċiżjonijiet ikunu raġjonevoli jekk dawk li jeħduhom ikun kapaci li jimxu mar-regoli dejjem.

L-ippjanar għall-użu tal-art hu għan-nies. Kif qed nagħtu każ tan-nies fl-ippjanar għall-użu tal-art li għandna? Jekk insegwu l-kazijiet diversi hekk kif dawn jiżviluppaw, hu ċar li dawk li huma maħtura biex jassiguraw li l-affarijiet jimxu sewwa, fl-interess tan-nies u tal-kwalità tal-ħajja tagħhom, qed iħarbtu kollox. Dan hu ċar meta wieħed jara d-diversi deċiżjonijiet tal-Qorti,mhux biss dawk li nsemmi hawn fuq, imma bosta oħra ukoll.

Huwa dan li jeħtieġ li jkun indirizzat minn riforma tal-proċess tal-ippjanar għall-użu tal-art. Jeħtieġ nassiguraw li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu nies kapaċi jiddeċiedu sewwa: konsistenti u skond ir-regoli fis-seħħ. X’nambuhom ir-regoli jekk b’mod konsistenti jiġu injorati?

Din hi r-riforma meħtieġa fl-ippjanar għall-użu tal-art.

pubblikat fuq Illum:14 ta’ Mejju 2023

Id-demokrazija lokali tista’ tħares l-ispazji urbani mħaddra

Għandna ħtieġa ta’ iktar spazji mħaddra fiz-zoni urbani. L-ispazji mħaddra huma ta’ għajnuna biex insaħħu, u fejn meħtieġ nistabilixxu mill-ġdid il-kuntatt tagħna man-natura. Dawn il-kuntatti ħadu daqqa sewwa riżultat tal-iżvilupp eżaġerat ta’ madwarna. Dan kollu hu ħtija ta’ Awtorità tal-Ippjanar li tat prijorità lill-iżvilupp esaġerat a skapitu tal-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.

Il-Kunsilli Lokali għandhom rwol importanti ħalli jassiguraw il-ħarsien tal-ispazji miftuħa mħaddra biex dawn ma jispiċċawx għalf ħalli jissodisfaw l-aptit tal-iżviluppaturi. Il-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali jsemmgħu leħinhom biex jiddefendu lill-lokalità tagħhom. Sfortunatament ma hemm l-ebda garanzija li jistgħu jaslu u dan għax il-gvern lokali hu biss ittollerat mill-gvern ċentrali.

L-aħħar eżempju, dak tal-Kunsill Lokali tal-Gżira, immexxi b’tant għaqal mis-Sindku Conrad Borg-Manché, għandu jkun ta’ twissija għal kulħadd. Fil-battalja legali li l-Kunsill Lokali tal-Gżira fetaħ dwar il-ġnien pubbliku kontra l-Awtorità tal-Artijiet ġie stabilit b’ċertezza li din l-Awtorità naqset milli twettaq żewġ miżuri bażiċi ta’ governanza tajba: naqset milli tkun trasparenti f’ħidmietha u naqset ukoll milli tikkonsulta mal-Kunsill Lokali tal-Gżira. 

Din hi problema li qed titfaċċa ta’ sikwit min-naħa tal-gvern ċentrali u l-agenżiji tiegħu li għandhom ħabta jibqgħu għaddejjin romblu minn fuq il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex. Il-gvern ċentrali għadu mhux komdu li jaġixxi f’kuntest fejn tirrenja s-sussidjarjetà u d-demokrazija lokali u dan minkejja li l-kunsilli lokali ilhom magħna għal kważi tletin sena.

Kemm il-darba jsir xogħol bil-galbu hi politika tajba li ninvestu fl-iżvilupp ta’ spazji miftuħa fiż-żoni urbani u l-madwar, u li dawn inħaddruhom.  Ikun, imma, għaqli jekk l-ewwel u qabel kollox inħarsu l-ispazji mħaddra li diġa għandna fiz-zoni urbani.

Ħarsu lejn il-ġnien pubbliku tal-Gżira u l-ġara tiegħu l-pompa tal-petrol.  Dawk li jfasslu l-politika tal-Awtorità tal-Artijiet u dik ta’ Project Green għandhom jaħsbu ftit dwar x’futur jista’ għandhom il-pompi tal-petrol. L-elettrifikazzjoni tal-karozzi daqt magħna u konsegwenza ta’ hekk ftit ftit tibda tonqos l-utilità tal-pompi tal-petrol, sakemm ma jkollniex bżonnhom iktar.  Hemm imbagħad il-mira tal-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli li l-karozzi fit-toroq jonqsu b’41 fil-mija. Dan kollu għandu jwassal b’mod loġiku għall-konsiderazzjoni li iktar jagħmel sens li tispiċċa l-pompa tal-petrol biex tagħmel il-wisa’ għal ġnien pubbliku ikbar. Dan jagħmel sens ferm iktar milli joqgħodu jnaqqru biċċiet mill-ġnien pubbliku biex ikabbru d-daqs tal-pompa tal-petrol!

Meta jirnexxielna nreġġgħu lura l-impatti tal-iżvilupp, nagħtu spinta tajba biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd, mhux biss fil-Gżira!  Huwa f’dan il-qasam fejn jista’ jkollna bidla bis-serjetà fil-politika u l-azzjoni relattiva dwar l-ispazji miftuħa u mħaddra fiż-żoni urbani tagħna.  Hu faċli li troxx il-fondi pubbliċi fuq art abbandunata jew art fi stat ta’ telqa: €700 miljun faċli tonfoqhom b’dan il-mod! L-isfida qegħda biex tkun indirizzata l-ħsara li l-iżviluppaturi jikkawżaw fl-infrastruttura urbana li hi tant essenzjali biex nibqgħu f’kuntatt man-natura. Dan il-kuntatt tant essenzjali, jzommna b’saħħitna, anke mentalment, u jgħin sostanzjalment biex titjieb il-kwalità tal-ħajja!

Din hi t-triq realistika l-quddiem. Jeħtieġ li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jkun prinċipju bażiku tal-governanza tajba kif ukoll li nassiguraw li jkunu l-Kunsilli Lokali li jmexxu dak kollu meħtieġ għall-iżvilupp u ż-żamma f’kundizzjoni tajba tal-infrastruttura urbana lokali, inkluż l-ispazji miftuħa mħaddra.

Il-Gvern ċentrali, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet u Project Green, għandu jservi lid-demokrazija lokali flok ma jkompli jipprova joħnoqha.

Din hi l-lezzjoni li toħroġ mill-ġnien tal-Gżira.

ippubblikat fuq Illum: 7 ta’ Mejju 2023

Local democracy can protect our urban green spaces

We need more green open spaces in our urban areas. Green open spaces help us strengthen and where necessary re-establish our links with the natural world. These links have been severely impacted by the overdevelopment around us and by a Planning Authority which has prioritised overdevelopment at the expense of our quality of life.

Local Councils have a very important role to play in order to ensure that existing green open spaces are protected and do not continue to serve as fodder for the development lobby. Most Local Councils speak up to defend their locality. Unfortunately, success is not guaranteed as local government is, unfortunately, merely tolerated by central government.

The latest case, that of the Gżira Local Council, ably led by its Mayor Conrad Borg-Manché, should be an eyeopener. In its legal battle on the threatened public garden, the Gżira Local Council established beyond doubt that the Lands Authority failed the basic tests of good governance: the Lands Authority did not act transparently and in addition it has failed to consult with the Gżira Local Council.

This is a recurring problem with central government and its agencies who unfortunately tend to ride roughshod over local councils in Malta and Gozo. Central government is not yet sensitised to subsidiarity and local democracy notwithstanding that local councils have been around for almost thirty years.

Investing in the development of new green open spaces in our urban areas, or within easy reach, is good policy, if done properly. It would be much better, however, if existing green spaces in our urban areas are adequately protected. Much still needs to be done to achieve this objective.

Consider the Gżira public garden and its neighbour the fuel station. Policy makers at the Lands Authority and at Project Green should think about whether fuel stations have any future at all. The electrification of transport is in the pipeline and consequently it is only a question of time before fuel stations start the countdown leading to their disappearance. Coupled with the sustainable development strategy targeted reduction of 41 per cent of cars on the road this should lead to the logical consideration that it makes more sense for the fuel station to make way for an enlarged public garden instead of having parts of the public garden being nibbled away by the fuel station.

Reversing the impacts of development, for a change, could do wonders for our quality of life, not only in Gżira! This is where real changes are required to policies and action relative to the provision of green open spaces in our urban areas. It is relatively easy to splash public funds on abandoned or derelict land: all 700 million euros of it. The real challenge is where the development lobby is destructing or has already destructed the urban infrastructure which should keep us in contact with nature and as a result enhance our sanity and quality of life!

This is the realistic way forward. We should seek to apply subsidiarity as an operating principle of good governance, and ensure that local authorities take the lead in all matters concerning the development and enhancement of the local urban infrastructure, including that is, of green open spaces.

Central government, in this case through the Lands Authority and Project Green, should be at the service of local democracy instead of continuously seeking ways to strangle it. The local voice should lead the way and it should not be suffocated any longer.

This is the basic lesson from the Gżira garden saga.

published in The Malta Independent on Sunday: 7 May 2023

Fil-Gżira: grazzi lil Conrad

Illum ADPD morna l-Gżira fil-ġnien mhedded minn pompa tal-petrol.

Hu tajjeb li l-Kunsill Lokali tal-Gżira immexxi mis-Sindku Conrad Borg-Manché ħareġ għonqu biex jiddefendi l-ġnien tant meħtieġ għar-residenti.

Il-ġnien hu pulmun essenzjali li jeħtieġ li jikber mhux li jiċkien!

Hi ħasra li f’din l-istorja kollha l-bqija tal-Partit Laburista ħa posizzjoni kontra r-residenti. L-Awtorità tal-Artijiet, immexxija minn Bord maħtur mill-Partit Laburista fil-Gvern, irid jieħu biċċa mill-ġnien għall-ħtiġijiet tal-pompa tal-petrol. L-Awtorità tal-Artijiet qabbded lill-Avukatessa Ramona Attard, President tal-Partit Laburista, biex tiddefendi d-deċiżjoni tagħha dwar il-pompa tal-petrol.

Hi ħasra li l-affarijiet żviluppaw b’dan il-mod.

Għax f’fora oħra l-Gvern tal-Labour qed jgħid affarijiet oħra.

Hu tajjeb per eżempju li tnieda investiment sostanzjali fil-ħolqien u ż-żamma ta’ spazji urbani ħodor. Apparti li l-affarijiet jistgħu jitmexxew aħjar, l-idea hi tajba. Fuq kollox kien ikun ħafna aħjar kieku l-inizjattiva qegħda f’idejn il-Kunsilli Lokali, flok f’idejn Steve Ellul ta’ Project Green li iktar hu interessat li jħejji soda għalih għall-Parlament Ewropew!

Qabel ma noħolqu spazji urbani mħaddra ġodda kien ikun iktar għaqli li nipproteġu dak li għandna.

Grazzi lill-Kunsill Lokali tal-Gżira u lis-Sindku Conrad Borg-Manché li kienu kapaċi jiddefendu il-ftit li għandna. Moħħna hemm għax l-istorja ma spiċċatx hawn!

L-esperiment dwar Manoel Island

Nhar il-Ħamis li għadda kont preżenti għal laqgħa pubblika tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn ġie diskuss il-Master-Plan tal-proġett.

Fost dawk li ma jaqblux mal-proġett ta’ żvilupp ta’ Manoel Island hemm żewġ linji ta’ ħsieb.

L-ewwel hemm dawk li ma jaqblux mal-proġett fil-prinċipju. Jiena ngħodd ruħi magħhom. Jidhrilna li d-deċiżjoni unanima tal-1999 tal-Parlament li għaddiet Tignè f’Tas-Sliema u Manoel Island lill-MIDI għall-iżvilupp kienet deċiżjoni żbaljata. Deċiżjoni li ma nistgħux naċċettawha qatt, jgħaddu kemm jgħaddu snin, għax qegħda iċċaħħad lilna lkoll minn l-aħħar spazji miftuħa fiz-zona. Biex tkompli iżżid, il-MIDI tul is-snin abbużat minn dak li jipprovdi l-kuntratt li għandha mal-Gvern billi xekklet l-aċċess f’Manoel Island bla ma kellha dritt tagħmel dan.

Min-naħa l-oħra hemm dawk li fil-waqt li ukoll ma jaqblux mat-trasferiment ta’ Manoel Island lill-MIDI imma jikkunsidraw lilhom infushom “nies prattiċi”. Dawn ippruvaw biex mill-mitluf isalvaw dak li jistgħu. Għal dan l-iskop twaqqfet il-Fondazzjoni dwar Manoel Island biex jiżviluppaw djalogu strutturat mal-MIDI u fl-istess ħin joħolqu mekkaniżmu għall-kontabilità tal-istess MIDI, għax hu ċar li f’dan il-qasam il-Gvernijiet kollha mill-1999 sal-lum fallew.

Dan l-esperiment tat-twaqqif tal-Fondazzjoni hu wieħed rari f’pajjiżna u ħadd m’għandu jagħti tort lil ħadd li hawn ħafna li huma xettiċi dwar kemm jista’ jkun effettiv. Ħadd ma għandu dubju li l-Kunsill Lokali tal-Gżira irid jiddefendi l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Imma huwa fl-istess ħin ovvju li fuq in-naħa l-oħra, għall-MIDI, l-profitti huma l-prijorità.

Huwa għal dan l-iskop li naħseb li għandna noqgħodu ftit iktar attenti. Filwaqt li d-dibattitu hu utli u jservi biex jikkuntrasta ideat differenti hemm bżonn li jieqaf il-kliem iebes li bħalissa qed jintuża fuq il-media soċjali fid-dibattitu dwar Manoel Island. Ma jagħmel ġid lil ħadd.

Manoel Island: one step forward

The controversy on the future of Manoel Island has been going on for ages.

The citizen’s action some 18 months ago led by eNGO Kamp Emergenza Ambjent and publicly supported by the Gżira Mayor Conrad Borg Manchè as well as various eNGOs led to the current breakthrough with MIDI, as a result of which common sense will be given the opportunity to prevail.

The setting up of the Manoel Island Foundation with environmentalist Claire Bonello as chair is a landmark decision. It does not signify agreement with what has been done to date but rather a determination that in the future, if we put our heads together, we can possibly avoid past mistakes. In time, perhaps, we can also seek to reverse some of the mistakes carried out so far.

When, together with countless others, I joined the protest at Manoel Island 18 months ago, I had one objective in mind: that access to the open spaces and the foreshore of Manoel Island belonged to all of us. There was an urgent need that this access be claimed back and subsequently guaranteed. This has now been done.

The Guardianship agreement focus specifically on the public’s right of access which right has always been in existence even though MIDI did its best to obstruct its use over the years. MIDI has (at last) bound itself to respect such a right of access and together with the Gżira Local Council has spelled out the details on how this can be reasonably exercised. The efforts put in by all environmentalists bore fruit such that MIDI clearly understood that it could no longer avoid the negotiating table. It risked further reputational damage which it could ill-afford.

The cynics among us correctly maintain that there is nothing for which to thank MIDI that has after all obstructed the public’s right of access for so many years! They are of course right, but it is time to move on to the next challenges. We move forward incrementally, one small step at a time.

The Guardianship agreement seeks to address two diametrically opposed positions: the Gżira community’s right of access as supported by the environmental lobby on the one hand and the MIDI development rights granted by Parliament in the 1990s on the other hand.

One can argue until eternity that Malta’s Parliament was irresponsible when it unanimously approved the motion granting development rights to MIDI over the Tigne peninsula and Manoel Island. I still hold that same view. No Green could ever support such a Parliamentary motion, not even with the restoration sugar-coating obligations woven into the agreed concession.

Given that Parliament has no political will to reverse the 1990s decision and take Manoel Island back into public ownership, the Gżira Local Council, supported by eNGOs was right to seek and arrive at the Guardianship agreement. The agreement fills a void which Parliament and government could not even understand, and consequently could not address.

A price had to be paid for the Guardianship agreement to be concluded. This was the acceptance, subject to the provisions of the agreement, of the Manoel Island Masterplan and commitment on the part of those around the negotiating table not to oppose or object to its implementation. I think that this is the point of contention brought forward by those who disagree with the Guardianship agreement. This might be considered a high price to pay. However, it must be pointed out that the agreement contains a number of limitations on the Masterplan’s implementation and grants the Manoel Island Foundation a legal basis to halt the commercialisation of the foreshore or the green open spaces.

Alternattiva Demokratika considers the Guardianship agreement to be a positive step forward as it addresses the pressing issue of access based of a realistic appraisal of the situation. Gżira Local Council and the eNGOs involved are to be applauded for their determination in reaching this goal. Moreover, the Guardianship agreement does not exclude the possibility that in future, a responsible Parliament would seriously consider taking all of Manoel Island back into public ownership. It should however be noted that only a green MP can guarantee that the matter makes it to Parliament’s agenda. The others are too “business friendly” to even consider the matter.

 

published in The Malta Independent on Sunday : 1st April 2018