Għada il-5 t’Ottubru għalija hu marbut mal-ġrajjiet ta’ nhar il-5 t’Ottubru 1977.
Dakinhar l-istudenti tal-Mediċina minħabba t-tilwima tat-tobba mal-Gvern kienu ffaċċjati bl-Iskola Medika magħluqa. Dan kien ifisser studju wieqaf.
L-istudenti tal-Mediċina intrabtu mar-railing tal-Berġa ta’ Kastilja u waqt li kienet għaddejja il-laqgħa ġenerali tal-Kunsill tal-Istudenti konna infurmati b’dan u numru mhux żgħir ta’ studenti dħalna l-Belt nagħtuhom appoġġ. Jien kont hemm.
Dakinnhar jiena kont student għadni nibda t-tieni sena fil-kors tal-arkitettura.
Ftit wara li wasalna Kastilja waslu ukoll il-Pulizija li bdew iferxuna u baqgħu jiġru warajna sal-Universita.
Kienu żmienijiet diffiċli għall-edukazzjoni terzjarja. Konna numru żgħir ta’ studenti, b’mod partikolari meta tqabblu mal-eluf li hemm illum fl-Univerista’.Il-Gvern ta’ Mintoff dakinnhar kien ħolom bl-iskema student ħaddiem li bil-mod kif imħaddma kissret l-edukazzjoni Univeristarja b’effetti li damu jinħassu għal snin twal.
L-iżball fundamentali kien li ttrattaw lil kulħadd l-istess : sitt xhur xogħol sitt xhur studju Skema li kienet imfassla prinċipalment fuq il-ħtiġjiet li kellu l-Gvern fl-isptar fejn ma kellux tobba biżżejjed għajr dawk (prinċipalment) ta’ nazzjonalita’ barranin li daħlu jaħdmu flok dawk li ħarġu bi strajk. L-istudenti li sadakinhar kienu jduru s-swali tal-isptar mal-professuri biex jitgħallmu mill-każijiet li kienu għall-kura issa kienu ta’ għajnuna biex jimlew il-vojt li kien hemm fl-isptar.
U bħalma għamlu l-istudenti tal-mediċina kella nagħmlu aħna l-istudenti tal-arkitettura fid-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Xi ħaga titgħallem. Imma sitt xhur straight sena wara l-oħra kienu ħela ta’ ħin. U l–Gvern tal-Labour ma kienx interessat li jisma’.
Ma nafx jekk semgħux dawn it-tip ta’ kummenti tal-Labour huma u jeżaminaw l-istorja tal-Partit fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Din hi waħda mit-tbajja’ fl-istorja tal-Partit Laburista fil-Gvern.
Dan huwa l-kontenut ta’ email li rcevejt u li qieghed nippublika bil-kunsens ta’ min bghatuli :
Grazzi ghal din l-email. U hafna emails ohra li tibghatli.
Din qieghed inwiegbha ghaliex tolqotni hafna mill-vicin. U qieghed nikkopja lil-uliedi ghax naf li bhal hafna studenti ohra illum mhux biss jigu jitnejku minn x’ghaddejna ahna imma talli jekk tibda tghidilhom l-anqas biss jemmnuk. Qed nikkuppja ukoll lill-mara ghaliex din ukoll kultant thobb tghidli li jien ghandi habta nehel fl-imghoddi u li jien iebes wisq fuq t-tfal. Kollha ghandhom ragun ghaliex l-ugiegh tas-swat fl-ghadam ta’ gismi jien hassejtu u mhux huma. It-trawma li ghaddejna ahna, dawn ma jistghux jifhmuh kif ahna ma fhimnix it-trawma tal-genituri taghna li ghaddew minn dawk l-attakki feroci u tat-twerwir fi zmien il-gwerra.
Mur gibhom dawn l-istudenti tal-lum jissawtu fizikament kif issawwatna ahna mill-iskwardristi tar-regime Mintoffjan! Ahna konna naqilghu daqqa u nqumu ghal ohra imbaghad wara mmorru f’rokna ndewwu l-griehi kif jaghmel kelb imsawwat! Ahna konna naqighu daqqa ta’ sieq u nweggghu ahna u min kien jaghtihielna ghaliex kien isib x’jolqot!
Izda t-tfal tal-lum ghandhom metodu iehor. Jekk jaqilghu bis-sieq kif qlajna ahna, iwagga’ biss min jaghtihielhom ghaliex jehodha fil-vojt. Jew ghax ma jsibx lil min jolqot fuq in-naha l-ohra jew ghax isib rezistenza ta’ karta strazza! It-tfal tal-lum ghandhom aljenazzjonijiet bil-wisq aktar importanti minn dawk l-affarjiet li kienu jinkwietaw lilna: il-hrug bil-lejl sas-sieghat bikrin ta’ filghodu, ix-xorb, l-ilbies, il-hair style, il-karozzi, il-haxixa, iz-…………….(parti censurata)…………………………………….., et cetera, et cetera!
Tajjeb Carm. Nirringrazzjak tal-perseveranza tieghek. Meta mmut jien hadd ma jkun jaf. Wara li tmut int forsi jkun ghad fadal xi hadd li jghid: dan kien ragel li ppersevera! Haqqu monument biex jigu jbulu mieghu il-klieb!