L-esperiment dwar Manoel Island

Nhar il-Ħamis li għadda kont preżenti għal laqgħa pubblika tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn ġie diskuss il-Master-Plan tal-proġett.

Fost dawk li ma jaqblux mal-proġett ta’ żvilupp ta’ Manoel Island hemm żewġ linji ta’ ħsieb.

L-ewwel hemm dawk li ma jaqblux mal-proġett fil-prinċipju. Jiena ngħodd ruħi magħhom. Jidhrilna li d-deċiżjoni unanima tal-1999 tal-Parlament li għaddiet Tignè f’Tas-Sliema u Manoel Island lill-MIDI għall-iżvilupp kienet deċiżjoni żbaljata. Deċiżjoni li ma nistgħux naċċettawha qatt, jgħaddu kemm jgħaddu snin, għax qegħda iċċaħħad lilna lkoll minn l-aħħar spazji miftuħa fiz-zona. Biex tkompli iżżid, il-MIDI tul is-snin abbużat minn dak li jipprovdi l-kuntratt li għandha mal-Gvern billi xekklet l-aċċess f’Manoel Island bla ma kellha dritt tagħmel dan.

Min-naħa l-oħra hemm dawk li fil-waqt li ukoll ma jaqblux mat-trasferiment ta’ Manoel Island lill-MIDI imma jikkunsidraw lilhom infushom “nies prattiċi”. Dawn ippruvaw biex mill-mitluf isalvaw dak li jistgħu. Għal dan l-iskop twaqqfet il-Fondazzjoni dwar Manoel Island biex jiżviluppaw djalogu strutturat mal-MIDI u fl-istess ħin joħolqu mekkaniżmu għall-kontabilità tal-istess MIDI, għax hu ċar li f’dan il-qasam il-Gvernijiet kollha mill-1999 sal-lum fallew.

Dan l-esperiment tat-twaqqif tal-Fondazzjoni hu wieħed rari f’pajjiżna u ħadd m’għandu jagħti tort lil ħadd li hawn ħafna li huma xettiċi dwar kemm jista’ jkun effettiv. Ħadd ma għandu dubju li l-Kunsill Lokali tal-Gżira irid jiddefendi l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Imma huwa fl-istess ħin ovvju li fuq in-naħa l-oħra, għall-MIDI, l-profitti huma l-prijorità.

Huwa għal dan l-iskop li naħseb li għandna noqgħodu ftit iktar attenti. Filwaqt li d-dibattitu hu utli u jservi biex jikkuntrasta ideat differenti hemm bżonn li jieqaf il-kliem iebes li bħalissa qed jintuża fuq il-media soċjali fid-dibattitu dwar Manoel Island. Ma jagħmel ġid lil ħadd.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s